Baeza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Baeza
Flag of Spain.svg Spanja
Catedral de la Natividad de Ntra. Señora y Fuente de Santa María, en Baeza (Jaén, España).jpg
Bandera de Baeza (Jaén).svg Escudo de Baeza (Jaén).svg
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainAndalusija
Province of SpainProvinċja ta' Jaén
Kap tal-Gvern Lola Marín Torres (en) Translate
Isem uffiċjali Baeza
Kodiċi postali 23440
Ġeografija
Koordinati 37°59′N 3°28′W / 37.98°N 3.47°W / 37.98; -3.47Koordinati: 37°59′N 3°28′W / 37.98°N 3.47°W / 37.98; -3.47
Baeza is located in Spain
Baeza
Baeza
Baeza (Spain)
Baeza - Location.png
Superfiċjenti 194.2 kilometru kwadru
Għoli 769 m
Fruntieri ma' Bedmar y Garcíez (en) Translate, Begíjar (en) Translate, Ibros (en) Translate, Jimena (en) Translate, Jódar (en) Translate, Lupión (en) Translate, Mancha Real (en) Translate, Català (en) Translateu Úbeda
Demografija
Popolazzjoni 15,773 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Úbedau Carcassonne
baeza.net

Baeza (ippronunzjata bl-Ispanjol: [baˈeθa]) hija belt u muniċipalità ta' Spanja li tagħmel parti mill-provinċja ta' Jaén, fil-komunità awtonoma tal-Andalusija. Tagħmel parti mill-comarca ta' La Loma.

Baeza hija magħrufa l-iktar għall-uħud mill-aqwa eżempji ppreservati ta' arkitettura Rinaxximentali Taljana fi Spanja. Flimkien ma' Úbeda, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[1] L-eks veskovat tal-Viżigoti ta' Baeza għadu sede titolari Kattolika Latina.

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt tinsab f'xifer irdum fil-Loma de Úbeda li jissepara x-xmara Guadalquivir fin-Nofsinhar mix-xmara Guadalimar fit-Tramuntana.[2]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-faċċata tal-Palazz ta' Jabalquinto.

Il-belt tinsab f'elevazzjoni għolja madwar tliet mili (4.8 km) mix-xatt tal-lemin tax-xmara Guadalquivir fil-Loma de Úbeda. Taħt ir-Rumani, il-belt kienet magħrufa bħala Beatia. Wara l-ħakma tal-Viżigoti, Beatia saret is-sede tal-veskovat ta' Baeza. Mill-bidu tas-seklu 7 inħakmet minn diversi stati Għarab u Berberi matul il-perjodu ta' Al-Andalus, u ssejħet Bayyasa.[3]

Id-djoċesi Kristjana ġiet stabbilita mill-ġdid fl-1127 jew fl-1147 wara l-ħakma tal-belt minn Alfonso VII ta' Kastilja, iżda mbagħad reġgħet inħakmet mill-Almoħadi. Wara l-Battalja ta' Las Navas de Tolosa, Ferdinandu III ta' Kastilja fl-1227 reġa' ħakem il-belt u ta lil Fuero de Cuenca, korp leġiżlattiv, sabiex jiffaċilita l-Ordni Kastiljana u istituzzjonijiet ġodda.

Għall-kumplament tal-Medju Evu, Baeza baqgħet, flimkien ma' Jaén, Úbeda u Andújar fost il-bliet dominanti fir-Renju ta' Jaén, għalkemm il-ħakma tal-1248 ta' Jaén donnha ffavuriet ix-xorti ta' dik il-belt, li kienet tgawdi minn pożizzjoni strateġika fir-rigward tar-Renju ta' Granada.[4]

L-iżjed għelejjel importanti kienu dawk taċ-ċereali, ikkomplementati mid-dwieli, iż-żebbuġ u l-lewż.[5] Is-siġar taż-żebbuġ, xejn x'jaqsam mal-monokultivazzjoni ta' llum il-ġurnata, batiet mis-seklu 15 'il quddiem minħabba l-kultivazzjoni tas-sumak.[6]

Id-djoċesi ta' Baeza saret ħaġa waħda ma' Jaén fl-1248 jew fl-1249, iżda iktar 'il quddiem reġgħet inqatgħet għaliha bħala sede titolari tal-Knisja Kattolika Rumana.[7] Flimkien magħha ġiet stabbilita wkoll l-università, li sawret il-personalità kulturali tal-belt matul is-sekli ta' wara. Barra minn hekk, żewġ familji setgħana, Benavides u Carvajales, ikkompetew bejniethom għall-poter u ddeterminaw l-evoluzzjoni storika tal-belt, li kienet tirrikjedi l-intervent ta' Isabel I ta' Kastilja fl-aħħar tas-seklu 15.

Sal-bidu tas-seklu 16, il-ġurisdizzjoni ta' Baeza kienet estiża lil hinn mill-belt proprja sal-villaġġi ta' Begíjar, Lupión, Ibros, Rus, Vílchez, Bailén, Baños, Linares u Castro.

Il-Funtana ta' Santa Marija.

Is-seklu 16 kien l-epoka tad-deheb ta' Baeza (u ta' Úbeda fil-qrib). Il-belt saret sinjura permezz ta' diversi industriji, b'mod partikolari tat-tessuti, u l-familji nobbli, li kellhom konnessjonijiet tajbin mal-istat Imperjali Spanjol. Huma qabbdu arkitetti ewlenin ta' dik l-epoka (inkluż Andrés de Vandelvira) biex jiddisinjaw il-katidral, il-knejjes, il-binjiet pubbliċi u l-palazzi privati bl-istil Taljan li tant kien moda dak iż-żmien. Il-binja tal-università tal-belt tmur lura għall-1533. L-importanza tal-belt naqset fis-seklu 17, u l-unika industrija li kien għad fadal kienet tikkonsisti mill-produzzjoni lokali tal-qmuħ u taż-żejt taż-żebbuġa. Peress li nbnew inqas strutturi ġodda matul dan il-perjodu, dan wassal għall-preservazzjoni tal-legat Rinaxximentali tal-belt. L-università ngħalqet għal xi żmien qabel ma reġgħet infetħet sas-seklu 19 bħala seminarju. Fis-snin 70 tas-seklu 19, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq madwar 11,000 ruħ; matul il-ftit deċennji ta' wara nbniet il-linja ferrovjarja Linares–Almeria fil-qrib u l-popolazzjoni tal-belt kibret għal 14,000 ruħ sal-1900.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

It-torri tal-kampnar tal-Katidral ta' Baeza.

Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Attrazzjonijiet prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]

Baeza għadha tospita diversi binjiet pubbliċi fini:

  • Il-Katidral tan-Natividad de Nuestra Señora, li għandu pilastri Gotiċi bikrin u Platereski u volti li jidħlu f'xulxin li tlestew fis-seklu 16 bi stil Rinaxximentali mill-arkitett rinomat Andŕes de Vandelvira, u fl-1584 mill-arkitett u l-matematiku Juan Bautista Villalpando. It-torri tal-kampnar ġie rikostruwit fl-1549 u l-Kappella ta' San Mikiel żdiedet fl-1560.
  • Il-Muniċipju (Ayuntamiento), binja tal-istil Plateresk li oriġinarjament inbniet bħala qorti u ħabs f'daqqa, b'żewġ daħliet prinċipali separati.
  • L-Università ta' Baeza, stabbilita fl-1533 jew fl-1538, u issa skola sekondarja.
  • Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, knisja Rumaneska b'navata, żewġ korsiji u apsida semiċirkolari. Ħajt laterali tal-knisja jinkorpora ħnejja ta' żmien il-Viżigoti.
  • Il-Knisja ta' San Pawl, knisja Gotika b'portal Rinaxximentali, navata b'żewġ korsiji u kappelli Gotiċi. Tinkludi l-qabar ta' Pablo de Olavide.
  • Il-Kappella ta' San Franġisk, fil-fdalijiet ta' binja Rinaxximentali tal-1538 li qabel kienet tintuża bħala monasteru.
  • Il-Palazz ta' Jabalquinto (Palacio de Jabalquinto), li jinkludi daħla Gotika u maġenbha żewġ pilastri ċilindriċi b'kapitelli Platereski u tiżjin bil-mocárabes, bitħa Rinaxximentali u taraġ Barokk.
  • Il-Pjazza ta' Spanja (Plaza de España).
  • Il-Pjazza tal-Kostituzzjoni (Plaza jew Paseo de la Constitucíon), li tinkludi funtana tal-irħam imżejna bil-Karjatidi.
  • Il-Funtana ta' Santa Marija (1564).
  • Il-Funtana tal-Iljuni, mill-fdalijiet Ibero-Rumani ta' Cástulo li x'aktarx li jirrappreżentaw lil Himilce, il-mara tal-ġeneral Kartaġiniż Annibale.
  • Id-Daħla ta' Úbeda u d-Daħla ta' Jaén.
  • L-Arkata ta' Villalar (Arco de Villalar), li nbniet għaż-żjara tal-1526 ta' Karlu V bħala ġieħ għar-rebħa tiegħu tal-1521 f'Villalar.
  • Is-Seminarju u Oratorju ta' San Filippu Neri (1660).

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

Baeza tinsab 327 kilometru (203 mili) fin-Nofsinhar ta' Madrid bl-awtostrada. L-istazzjon ferrovjarju Linares–Baeza ta' RENFE jinsab 15-il kilometru (disa' mili) 'il bogħod lejn il-Lbiċ; jagħmel parti mil-linja ferrovjarja Linares-Almeria. Hemm konnessjonijiet bil-karozza tal-linja lejn Granada, Málaga u Madrid. Granada (132 km jew 82 mil 'il bogħod) u Málaga (241 km jew 150 mil 'il bogħod) huma l-eqreb ajruporti internazzjonali.

Nies notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Baeza hija ġemellata ma':

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Renaissance Monumental Ensembles of Úbeda and Baeza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  2. ^ "Paisaje de Úbeda y Baeza. Instituto Andaluz del Patrimonio Histórico. p. 5-6" (PDF).
  3. ^ Baeza. III. Miġbur 2022-08-24.
  4. ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 324.
  5. ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 327.
  6. ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 328.
  7. ^ Annuario Pontificio (bil-Latin), 2013, p. 847.
  8. ^ "Gaspar Becerra | Real Academia de la Historia". dbe.rah.es. Miġbur 2022-08-24.
  9. ^ "Baeza homenajea a San Juan de Ávila – Diócesis de Jaén" (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
  10. ^ "San Juan de Ávila, más de cerca en Baeza". www.diariojaen.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
  11. ^ Chicharro Chamorro, Dámaso (2018). De nuevo sobre san Juan de la Cruz en Baeza: entre el colegio de san Basilio y la universidad ("El nido de los conversos). Boletín. Instituto de Estudios Giennenses (bl-Ispanjol): 353–383. ISSN 0561-3590.
  12. ^ "Pablo de Olavide: biografia (1725-1803). Sevilla. Las Nuevas Poblaciones". personal.us.es. Miġbur 2022-08-24.
  13. ^ "Pablo de Olavide y Jáuregui - Universidad Pablo de Olavide, Sevilla". www.upo.es. Miġbur 2022-08-24.
  14. ^ "Carcassonne se trouve une jumelle". ladepeche.fr (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-24.