Aqbeż għall-kontentut

Klassifika dinjija tal-FIFA: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 94: Linja 94:
==Storja==
==Storja==


F'Diċembru 1992, il-FIFA ppublikat lista tal-membri tagħha kkumparati mas-saħħa tagħhom. F'Awwissu ta' wara, bi sponsorizazzjoni ta' [[Coca-Cola]], din il-lista kienet tiġi aġġornata aktar frekwenti, biex tiġi ppublikata f'ħafna xhur.<ref>{{cite web | title=Rankings Mondjali tal-FIFA/Coca-Cola | date=30-02-2006 | work=[[FIFA]] | url=http://www.fifa.com/en/mens/statistics/rank/procedures/0,2540,3,00.html}}</ref> Bidliet sinjifikanti saru fl-1999 u fl-2006, wara kritika tas-sistemà.<ref> [http://www.fifa.com/en/media/index/0,1369,118148,00.html Rankings Mondjali tal-FIFA/Coca-Cola Reviżati], FIFA Media Department (06-07-2006)</ref> Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 assoċċazzjoni minn meta r-''rankings'' bdew.
F'Diċembru 1992, il-FIFA ppublikat lista tal-membri tagħha kkumparati mas-saħħa tagħhom. F'Awwissu ta' wara, bi sponsorizazzjoni ta' [[Coca-Cola]], din il-lista kienet tiġi aġġornata aktar frekwenti, biex tiġi ppublikata f'ħafna xhur.<ref>{{cite web | title=Rankings Mondjali tal-FIFA/Coca-Cola | date=30-02-2006 | work=[[FIFA]] | url=http://www.fifa.com/en/mens/statistics/rank/procedures/0,2540,3,00.html}}</ref> Bidliet sinjifikanti saru fl-1999 u fl-2006, wara kritika tas-sistemà.<ref> [http://www.fifa.com/en/media/index/0,1369,118148,00.html Rankings Mondjali tal-FIFA/Coca-Cola Reviżati], ''FIFA Media Department'' (06-07-2006)</ref> Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 assoċċazzjoni minn meta r-''rankings'' bdew.


===Aġġornament ta' l-1999===
===Aġġornament ta' l-1999===
Linja 124: Linja 124:


Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir ta' l-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-[[Tazza tad-Dinja 1994]], sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Franza|Franza]] ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-[[Tazza tad-Dinja 1998]] u tal-[[Kampjonati Ewropej 2000]]. Is-suċċess tal-Brażil fit-[[Tazza tad-Dinja 2002]] reġgħety tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar ta' l-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-[[Tazza tad-Dinja 2006]] fil-[[Ġermanja]]. Xahar wara l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Arġentina|Arġentina]] ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja ħadu l-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-[[Copa América 2007]] f'Lulju, il-Brażil irritorna fl-aqwa post.
Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir ta' l-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-[[Tazza tad-Dinja 1994]], sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Franza|Franza]] ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-[[Tazza tad-Dinja 1998]] u tal-[[Kampjonati Ewropej 2000]]. Is-suċċess tal-Brażil fit-[[Tazza tad-Dinja 2002]] reġgħety tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar ta' l-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-[[Tazza tad-Dinja 2006]] fil-[[Ġermanja]]. Xahar wara l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Arġentina|Arġentina]] ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja ħadu l-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-[[Copa América 2007]] f'Lulju, il-Brażil irritorna fl-aqwa post.

==L-Użu tal-Klassifika==

Ir-''rankings'' huma wżati mill-FIFA biex tara' l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri. Din l-informazzjoni hi wżata wkoll mill-FIFA għal affarijiet vera żgħar, hekk kif il-FIFA tgħid illi din il-klassifika hi miżura ta' paragun għat-timijiet nazzjonali. Madanakollu, l-użu tagħhom hi wkoll bħala kalkulazzjoni għall-kompetizzjonijiet. Ir-''rankings'' jintużaw biex jiddeterminaw ir-rebbieħ għaż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali, skond il-prestazzjoni f'din il-klassifika.[http://www.mapsofworld.com/2006-fifa-world-cup/fifa-world-rankings.html Il-Pożizzjonijiet tat-timijiet li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja 2006], ''MapsofWorld.com'' (31-05-2006)</ref>


==Unuri==
==Unuri==

Reviżjoni ta' 12:43, 29 Settembru 2007

L-Aqwa 20 ta' Settembru 2007[1]
#
Skwadra
Punti
1
Italja
1488
2
Arġentina
1451
3
Brażil
1444
4
Ġermanja
1330
5
Olanda
1246
6
Franza
1220
7
Spanja
1178
8
Portugall
1169
9
Ingilterra
1165
10
Kroazja
1151
11
Repubblika Ċeka
1082
12
Rumanija
1037
13
Messiku
1026
14
Skozja
1025
15
Greċja
940
16
Polonja
926
17
Ukrajna
900
18
Stati Uniti
897
19
Urugwaj
889
20
Svezja
888

Ir-Rankings Mondjali tal-FIFA hi sistemà ta' klassifika tat-timijiet nazzjonali ta' l-irġiel tal-futbol. It-timijiet membri tal-FIFA, huma kklassifikati skond ir-riżultati tal-logħob li jilgħabu, bit-tim li jikseb suċċess fir-riżultati jiġi kklassifikat f'pożizzjonijiet għolja. Taħt is-sistemà preżenti, il-klassifika hija bbażata skond il-prestazzjoni tat-tim f'dawn l-aħħar erba' snin, bir-riżultati riċenti u partiti mportanti li jingħataw aktar importanza.

Sistemi oħra alternattivi ġew magħmula, bħal mhi l-World Football Elo Ratings, ibbażata skond is-sistemà ta' l-ELO, fejn tikklassifika t-timijiet skond ir-riżultati ta' kull żmien. Il-UFWC (bl-Ingliż: Unofficial Football World Championships) min-naħa l-oħra tikklassifika t-timijiet fuq in-numru ta' darbiet li jkunu ddifendew l-Kampjonat Mhux-Uffiċċjali tal-Futbol Mondjali, unur ibbażat għal dan l-iskop.

Storja

F'Diċembru 1992, il-FIFA ppublikat lista tal-membri tagħha kkumparati mas-saħħa tagħhom. F'Awwissu ta' wara, bi sponsorizazzjoni ta' Coca-Cola, din il-lista kienet tiġi aġġornata aktar frekwenti, biex tiġi ppublikata f'ħafna xhur.[2] Bidliet sinjifikanti saru fl-1999 u fl-2006, wara kritika tas-sistemà.[3] Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 assoċċazzjoni minn meta r-rankings bdew.

Aġġornament ta' l-1999

Meta l-klassifika kienet introdotta, tim kien jirċievi punt għal pari u tliet punti għal rebħa f'partiti rikonoxxuti mill-FIFA - jixbah ħafna s-sistemà tradizzjoni ta' kampjonat. Din kienet sistemà aktarx faċli, u l-FIFA stqarriet illi kien hemm diversi fatturi li kienu qed jaffettwaw l-logħob internazzjonali. Biex tilħaq aktar l-objettivi ta' paragun korrett tat-timijiet nazzjonali, is-sistemà tbiddlet. Il-metodu ta' kalkulazzjoni kienet tbiddlet biex daħlet fis-sistemà xi fatturi oħra bħal:

  • numru tal-gowls li ġew skurjati u li laqqtu
  • jekk il-partita ntlgħabitx barra jew ġewwa darhom
  • l-importanza tal-partita jew kompetizzjoni
  • is-saħħa tar-reġjun
  • punti fissi ma baqgħux jingħataw aktar għal rebħa jew pari
  • it-tim li jitlef għandu ċans li jikseb xi punti

Żewġ unuri ġodda ġew introdotti bħala parti mis-sistemà:

Il-bidliet li saru għal din is-sistemà kienu komplessi, imma għen biex jiżviluppa din is-sistemà

Aġġornament ta' l-2006

Il-FIFA ħabbret li s-sistemà tar-rankings kienet se tiġi aġġornata wara t-Tazza tad-Dinja 2006. Il-perjodu ta' evalwazzjoni kien imnaqqas minn tmienja għal erba' snin, u metodu aktar sempliċi ta' kalkulazzjoni kien implimentat. Il-gowls skurjati, u l-vantaġġ tal-partiti li jintlagħbu ġewwa jew barra minn darhom m'għadhomx jingħataw importanza, u aspetti oħra tal-kalukazzjoni, bħall-importanza tal-partita, ġew reviżati. Is-sett il-ġdid tal-klassifika reviżata ġew imħabbra fit-12 ta' Lulju 2006.

Din il-bidla saret minħabba l-kritika tas-sistemà ta' qabel. Ħafna entużjasti tal-futbol ħassew li ma kinitx sewwa - speċjalment meta kienu paragunati ma' sistemi ta' klassifika oħra - u ma kinitx tirrispondi għal bidliet tal-prestazzjoni tat-timijiet nazzjonali. Timijiet mir-Repubblika Ċeka sa l-Istati Uniti kienu s-sorpriża fil-postijiet l-aktar għoljin tal-klassifika, ġabu kritika akbar u affetwaw negativament fuq il-kredibilita tas-sistemà. L-eliminazzjoni ta' dawn iż-żewġ timijiet kmieni fit-Tazza tad-Dinja 2006 ġabu aktar fidi fil-kritika li kienu jsiru.

L-Ewwel Postijiet tal-Klassifika

Meta s-sistemà kienet introdotta, il-Ġermanja ddebutat bħala l-aqwa tim fil-klassifika wara żmien ta' dominanza fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn spiċċat dejjem fil-finali u rebħet darba. Il-Brażil ħadu l-ewwel post fil-fażi preliminatorja għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn rebħu tmienja u tilfu waħda mid-disa' partiti ta' kwalifikazzjoni, u skurjaw għoxrin gowl u laqqtu erba' biss. L-Italja ħadu l-ewwel post għal żmien qasir wara wkoll suċċess fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, wara li l-ewwel post reġa' ġie meħud mill-Ġermanja.

Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir ta' l-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-Tazza tad-Dinja 1994, sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. Franza ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 u tal-Kampjonati Ewropej 2000. Is-suċċess tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2002 reġgħety tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar ta' l-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Xahar wara l-Arġentina ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja ħadu l-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-Copa América 2007 f'Lulju, il-Brażil irritorna fl-aqwa post.

L-Użu tal-Klassifika

Ir-rankings huma wżati mill-FIFA biex tara' l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri. Din l-informazzjoni hi wżata wkoll mill-FIFA għal affarijiet vera żgħar, hekk kif il-FIFA tgħid illi din il-klassifika hi miżura ta' paragun għat-timijiet nazzjonali. Madanakollu, l-użu tagħhom hi wkoll bħala kalkulazzjoni għall-kompetizzjonijiet. Ir-rankings jintużaw biex jiddeterminaw ir-rebbieħ għaż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali, skond il-prestazzjoni f'din il-klassifika.Il-Pożizzjonijiet tat-timijiet li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja 2006, MapsofWorld.com (31-05-2006)</ref>

Unuri

Kull sena l-FIFA tagħti żewġ unuri għan-nazzjonijiet membri, ibbażt skond il-prestazzjoni tagħhom fir-rankings. Dawn huma:

Tim tas-Sena

It-Tim tas-Sena hu unur mogħti lil tim nazzjonali li l-aqwa sebgħa logħbiet tas-sena rċieva l-akbar ammont ta' punti.

L-Aqwa Progress tas-Sena

L-Aqwa Progress tas-Sena huwa unur mogħti lil tim li jkun għamel l-iktar progress matul dik is-sena fir-rankings mondjali. Fir-rankings tal-FIFA, dan mhuwiex sempliċi t-tim li tela' l-aktar postijiet, imma kalkulazzjoni issir minħabba li aktar ma tim ikun fl-aktar postijiet għolja, diffiċli tikseb aktar punti. Il-kalkulazzjoni tintuża' hu n-numru ta' punti fi tmiem l-istaġun (z) immultiplikat man-numru ta' punti li kiseb matul dik is-sena (y). It-tim bl-ikbar total jirċievi dan l-unur. It-tabella t'hawn taħt għandhom il-kalkulazzjoni għal dan l-unur ta' l-2002.

# Tim Punti fi tmiem l-2002 (z) Punti mirbuħa fl-2002 (y) Riżultat (z × y)
1
Senegal
646
107
69122
2
Wales
554
113
62602
3
Brażil
856
63
53928
4
Kamerun
685
76
52060
5
Mali
490
99
48510

L-Iskeda tar-Rankings

Ir-rankings huma ppublikati kull xahar, l-aktar kull nhar ta' Erbgħa. Il-logħob li jgħoddu qabel ma titħabbar il-klassifika finali, ikunu ta' nhar il-Ħamis ta' qabel dik il-ġimgħa. Din hija l-iskeda tas-sena 2007:

Xahar Il-Ġurnata ta' Publikazzjoni
Settembru
19
Ottubru
24
Novembru
21
Diċembru
17

Ara wkoll

Referenzi

  1. ^ Ir-Rankings Mondjali tal-FIFA tat-timijiet nazzjonali tal-futbol)
  2. ^ http://www.fifa.com/en/mens/statistics/rank/procedures/0,2540,3,00.html. Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |work= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ Rankings Mondjali tal-FIFA/Coca-Cola Reviżati, FIFA Media Department (06-07-2006)

Ħoloq Oħra