Wikipedija:Politika u linji gwida
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
Għajnuna
|
| Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna |
| Indiċi |
|
Kontenut |
| Ħoloq |
|
Politika u linji gwida |
Wikipedija huwa proġett kollaborattiv, u kemm il-fundaturi u l-kontributuri tiegħu għandhom għan komuni:
- L-għan tal-Wikipedija huwa li tinħoloq enċiklopedija ħielsa u ta' min jorbot fuqha; fil-fatt, l-ikbar enċiklopedija fl-istorja, kemm fil-kobor u fil-profondità.
Il-Wikipedija għanda politika u gwidi li jgħinuna nimxu lejn dan l-għan. Hemm xi wħud minnhom li għadhom qed jiġu ffurmati, kif ukoll oħrajn li ilhom li ġew deċiżi u li huma pjuttost kontroversjali.
Filwaqt li l-politika tagħna tkompli tevolvi, ħafna Wikipedjani jemmnu li r-regoli miktuba ma jolqtux kull aspett ta' l-imġieba ħażina. Per eżempju, utent illi jaħdem kontra l-ispirtu tal-politika miktuba tagħna jista' jiġi mwiddeb anki jekk ma jkun kiser l-ebda regola. Dawk li jagħmlu modifiki b'rieda tajba, juru mġieba ċivili, ifittxu l-kunsens, u jaħdmu lejn l-għan li tinħoloq enċiklopedija imparzjali, għandhom jsibu ambjent li jilqagħhom.
Werrej |
[editja] Politika
M'hemmx għalfejn taqra kull aspett tal-politika tal-Wikipedija biex tkun tista’ tikkontribwixxi, għalkemm aħna nissuġġerixxu li jkollok idea tajba tal-politika tal-Wikipedija sabiex ittejjeb l-esperjenza tiegħek.
- Il-Wikipedija hija enċiklopedija. Dak huwa l-uniku għan tagħha. Ara X’mhijiex il-Wikipedija għal aktar informazzjoni.
- Kun newtrali. L-artikli għandhom jiġu miktuba minn punt ta’ vista newtrali, u jirrappreżentaw veduti differenti fuq suġġett, fattwalment u oġġettivament.
- Tiksirx id-drittijiet tal-awtur u l-copyrights. Wikipedija hija enċiklopedija ħielsa liċenzjata taħt it-termini tal-GNU Free Documentation License. Is-sottomissjoni ta’ xogħol li jikser il-copyright huwa ta’ tfixkil għall-għan tagħna li noħolqu enċiklopedija verament ħielsa li kulħadd jista’ jiddistribwixxi. Apparti minn hekk, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur jistgħu jwasslu għall-problemi legali. Ara Propjetà letterarja tal-Wikipedija għal aktar informazzjoni.
- Irrispetta l-kontributuri l-oħrajn Il-kontributuri tal-Wikipedija jiġu minn bosta pajjiżi u kulturi differenti, u allura jkollhom veduti differenti. Billi titratta l-oħrajn b’rispett tkun qiegħed tikkollabora effettivament mal-enċiklopedija. Għal aktar gwidi ara Etiketta tal-Wikipedija, Wikipedija:Regoli tal-kittieba, Wikipedija:Imġieba ċivili, Riżoluzzjoni ta' argument.
[editja] Politika oħra u linji gwida
- Category:Politika uffiċjali tal-Wikipedija - politika li hija aċċettata u li kulħadd huwa mistenni li jsegwi
- Category:Linji gwida tal-Wikipedija - regoli inqas riġidi li ġeneralment japplikaw għal maġġor parti tal-każijiet
[editja] Konvenzjonijiet
Billi nsegwu dawn il-konvenzjonijiet jew standards, inkunu nistgħu noħolqu enċiklopedija iktar użabbli u konsistenti fil-kontenut tagħha:
- Kif teditja l-artikli
- Kif issemmi l-artikli
- X’tagħmel meta jkun hemm kunflitt bejn ismijiet ta’ paġni
- Politika dwar l-użu ta’ stampi
- Kif tinnomina paġni għat-tħassir
[editja] Mistoqsijiet
[editja] Kif tiġi deċiża l-politika?
Il-parti l-kbira tal-politika tal-Wikipedija ġiet formulata fuq il-mudell tal-politika tal-Wikipedija ingliża. Tibdil u żidiet jsiru b’kunsens, avolja fil-prattika kunsens fuq tibdil ta’ politika huwa diffiċli ħafna biex jinsab. F’ħafna każijiet, il-politika evolviet b’mod informali; il-politika bil-miktub normalment tkun ir-riżultat ta’ mġieba li tkun ilha ż-żmien issir.
Politka proposta u mhux aċċettata jinsabu f’dawn il-kategoriji:
Ara wkoll Wikipedija:Kif toħloq il-politika.
[editja] Kif tiġi rinforzata l-politika?
Int editur tal-Wikipedija. Wikipedija m’għandix kap tal-edituri li jaħdem biex jivverifika u japprova x-xogħol tal-enċiklopedija. Minflok, huma l-parteċipanti attivi illi jikkoreġu, jimmodifikaw u jsolvu l-iżbalji li jaraw fl-artikli. B’hekk, il-parteċipanti huma kemm il-kittieba kif ukoll l-edituri.
Ħafna mill-politika allura tiġi infurzata minn dawk l-individwi li jimmodifikaw il-paġni, liema modifiki jiġu diskussi mal-utenti l-oħra. Ċertu miżuri huma wkoll infurzati bi blokki mill-amministraturi, partikolarment bħala risposta għal ċerti atti ta’ vandaliżmu.
[editja] Faċċilitajiet ristretti
Ċerti faċċilitajiet li jistgħu jiġu użati ħażin, bħal ngħidu aħna, it-tħassir ta’ paġni jew l-ibblokkjar ta’ paġni, jistgħu jiġu wżati biss mill-Amministraturi, li huma membri fdati u ta’ esperjenza fil-komunità. Politika relevanti għall-amministraturi tinkludi:
- Politika dwar il-protezzjoni (Meta u kif tipproteġi paġna)
- Politika dwar l-ibblokkjar (L-ibblokkjar ta’ utenti biex tikkontrolla l-vandaliżmu)
[editja] Tipi ta’ linji gwida
[editja] Linji gwida ġenerali
- Ikkontribwixxi dak li taf jew dak li int tixtieq titgħallem
- Kun kolt waqt li taġġorna l-paġni
- Agħmel tneħħijiet expliċiti
- Ibni l-web
- Kif tuża l-Bots
- Provdi taqsira dwar l-edit
Għal aktar għajnuna, ara kif tevita żbalji komuni.
[editja] Linji gwida dwar l-imġieba
- Iffirma l-kitbiet tiegħek fil-paġni ta’ diskussjoni
- Evita profanità
- M’hemmx attakki personali
- L-Ebda theddied legali
- Responsabilità
- L-Ebda isem tal-utent offensiv
- Jekk jogħġbok ilqa' fostna utenti ġodda
- Toħloqx artikli dwarek innifsek
- Regola tat-tliet irkuprar
- Uża l-paġna tal-utent b’mod tajjeb
[editja] Linji gwida dwar il-kontenut
- Gwida biex tikteb artikli aħjar
- Fisser il-ġergo
- Stqarr l-ovvju
- Ċita sorsi
- Verifikabilità
- Evita stqarrijiet li jiskadu malajr
- Ibqa' fuq it-tema
- Wikipedija:Wissi qarrejja dwar xi spoilers
- Agħmel artikli utli għall-utent (u konsidra l-udjenza waqt li tkun qiegħed tikteb)
- Iċċekkja l-fatti
- Linji gwida dwar kif għandek tuża l-Paġni ta' diskussjoni
- Evita termini lapuni
- Evita termini ballottri
- Evita referenzi tiegħek stess
- Frażi li għandhek tevita
- Algorithms fuq Wikipedija
- Evita taqsira twal dwar kotba u films.