Wikipedija:Wikipedjani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-Wikipedjani huma dawk in-nies li jiktbu u jimmodifikaw artikli fuq il-Wikipedija. Qabel kien suġġerit li tintuża' l-kelma Wikipedisti minflok hekk kif din tixbah lil enċiklopedisti li jikkolaboraw f'enċiklopedija. "Wikipedjan", madankollu, jiddeskrivi aktar il-fatt li tkun parti minn grupp jew komunità. B'hekk, il-Wikipedjani huma nies li jiffurmaw parti mill-Komunità tal-Wikipedija.

In-numru ta' kontijiet fuq il-Wikipedija qiegħed bil-mod il-mod jikber, fejn kurrentament għandna 2,813 kont reġistrat fuq mt.wiki u l-lista tagħhom tinsab fuq Special:Listusers. Ma' dawn insibu wkoll numru ieħor ta' kollaboraturi li mhumiex reġistrati. Għal statistika fuq il-Wikipedija u min joperaha, ara en:Wikipedia:Statistics jew mur hawnhekk.

Id-diversità tal-Wikipedjani tagħmilha kważi impossibli biex tiġġeneralizza fuq il-Wikipedjani. Informazzjoni fuq il-ħafna utenti reġistrati fuq il-Wikipedija hi possibli permezz tal-paġna tal-utent. Madanakollu, m'hemmx bżonn li l-utenti jikkreaw dawn il-paġni jew jiktbu fuqhom, hekk kif din hi ħaġa oppzjonali u tista' tiġi evitata.

Xi Wikipedjani jilqgħu lill-utenti ġodda; xi Wikipedjani jagħtu xi unuri lil dawk li jħossu li ħaqqhom unur. Xi Wikipedjani jtellgħu immaġini; oħrajn jaħdmu fuq artikli tal-istorja; oħrajn jiċċekkjaw il-grammatika ta' artikli; u oħrajn jiċċekjaw artikli biex inaqqsu ċ-ċans ta' vandaliżmu. Ħafna jiddeċiedu li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet kollha. Fl-aħħar mill-aħħar, kull Wikipedjan huwa importanti.

[editja] Lista ta' Wikipedjani

Din il-paġna għandha wkoll lista ta' Wikipedjani. Kull lista għandha ismijiet tal-utenti li għandhom interess f'dak is-suġġett. Din mhijiex ħaġa obbligatorja, hekk kif il-Wikipedjani jistgħu jżudu lilhom infushom f'elenki approprjati.

Parir: Ninkuraġġuk biex tqatta' l-ħin tiegħek biex tikkategorizza l-kontenut tal-enċiklopedija, aktar milli toqgħod tikkategorizza lilek innifsek!