Għajnuna:Kif timmodifika artiklu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Kontenut
Kif tirreġistra
Kif timmodifika artiklu
Kif tibda artiklu
Skop u użu tal-kategoriji
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Tutorjal
Wikiketta
Konvenzjonijiet

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

B'eċċezzjoni ta' xi ftit paġni protetti, kull paġna fuq il-Wikipedija tippermetti lil kulħadd biex tkun editjata. Din il-modifika hi ħafifa biex issir; wieħed għandu jikklikja fuq editja fuq in-naħa ta' fuq ta' kull paġna. Din il-ħolqa tħalli 'l wieħed jimmodifika l-paġna li jkun qed jara.

Werrej

[editja] Kif timmodifika paġna

Biex tagħmel tibdil fil-kontenut ta' paġna ikklikja fuq editja li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-paġna. Biex tikteb fil-paġna ta' diskussjoni li tikkkorrispondi mal-paġna, ikklikja fuq diskussjoni u wara fuq editja; wara tidher il-paġna b'kaxxa tat-test li jista' jinbidel. Biex timmodifika sezzjoni jew sottosezzjoni, ikklikja fuq editja fejn it-titlu ta' dik is-sezzjoni partikulari.

Meta tispiċċa tikteb, ikteb deskrizzjoni qasira tal-modifika li tkun għamilt fl-ispazju Sommarju: taħt il-kaxxa tal-modifikazzjoni. Jekk dik li mmodifikajt hi modifika minuri, indika l-modifika bħala din. Jekk tixtieq, int tista' tara l-modifika qabel ma tissejvja billi tagħfas fuq l-anteprima. Fl-aħħar għafas fuq Issejvja l-paġna.

Ħafna drabi hu aktar komdu li wieħed jikkopja u jinkolla t-test tal-paġna f'editur ta' testi preferit, jimmodifikah u jikkontrolla l-ortografija u wara jikkopja dan it-test modifikat fil-browser għall-anteprima. Dan il-mod jgħinek biex iżżomm kopja lokali ta' backup tal-paġni tiegħek biex b'hekk tkun tista' tagħmel xi modifiki waqt li ma tkunx fuq l-internet. Xi edituri ta' testi jistgħu jkunu adattati biex jimmodifikaw l-artikli tal-Wikipedija.

[editja] Markup

Fuq il-Wikipedija, il-formattazzjoni tat-test (per eżempju l-possibilità li tikteb fil-korsiv, jew li tagħmel titlu ta' paragrafu) issegwi regoli proprji li huma differenti mill-programmi komuni wżati għall-proċessar tat-testi (word processor).

Il-Wikipedija taċċetta xi ftit mill-format HTML, imma hu rakkomandat li wieħed juża l-lingwaġġ ta' markup tal-MediaWiki, u fuq kollox li f'każ ta' kmandi analoġiċi bl-HTML u fil-markup wieħed għandu dejjem jagħżel it-tieni.

[editja] Werrej

Jekk ikun hemm erba' jew aktar sezzjonijiet f'paġna jidher l-indiċi tas-sezzjonijiet ta' l-artiklu (bl-Ingliż "Table of contents", minn fejn ġej l-akronimu TOC); dan il-werrej jidher quddiem l-ewwel sezzjoni.

Hu possibli li wieħed jevita d-dehra awtomatika tal-werrej billi jikteb __NOTOC__ f'punt kwalunkwe tat-test jew, viċi-versa, wieħed jista' jinfsisti li jidher l-indiċi anki jekk il-paġna jkollha inqas minn erba' sezzjonijiet billi jikteb __FORCETOC__.

Aktar minn hekk, hemm il-possibbiltà li l-indiċi jitqiegħed fejn trid, li tirreptih għal diversi drabi fil-paġna, u li tuża' verżjoni kompatta.

[editja] Tabelli

L-użu tat-tabelli jista' jidher li hu punt importanti biex wieħed jikkontrolla l-aspett ta' artiklu u biex iddaħħal serje ta' dati uniformi.

Hu possibli li ddaħħal kemm tabelli fis-sintassi HTML kif ukoll ta' sintassi aktar simplifikata (imma mhux għalhekk inqas qawwija) magħmula speċifikament mis-software tal-wiki.

[editja] Ara wkoll