Għajnuna:Wikiketta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
Għajnuna
|
| Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna |
| Indiċi |
|
Kontenut |
| Ħoloq |
|
Politika u linji gwida |
Billi l-kontributuri tal-Wikipedija ġejjin minn pajjiżi u kulturi diversi, jista' jkollhom ideat u fehmiet differenti ħafna. Hu funadmentali li nittrattaw lil kulħadd bir-rispett biex naħdmu bis-serjetà flimkien ħalli nibnu enċiklopedija msejsa fuq il-prinċipju ta' kolleġġjalità u ta' għaqda ta' fehma.
Din il-paġna toffri l-prinċipji tal-"Wikiketta", jew aħjar, linji ta' gwida fuq kif wieħed jista' jaħdem mal-oħrajn fuq il-Wikipedija biex jiġi evitat il-ġlied u t-tagħjir.
Werrej |
[editja] Prinċipji ta' etiketta tal-Wikipedija
- Aħseb l-aħjar fl-oħrajn u dejjem assumi li huma ta' rieda tajba meta jkun possibbli. S'issa, il-Wikipedija ħadmet tajjeb billi bbażat ruħha fuq pulitka ta' libertà ta' reviżjoni kważi assoluta. In-nies jiġu hawn biex jikollaboraw u jiktbu artikli tajbin.
- Evita li tmur lura għall-verżjonijiet preċedenti u tħassar kull fejn hu possibbli. Segwi r-regola li tgħid "terġgħax lura għall-paġna iktar minn 3 darbiet f'24 siegħa", ħlief f'każijiet ċari ta' vandaliżmu. Spjega t-tibdil tiegħek fis-sommarju.
- Ikkoreġi, irrevedi, iddiskuti.
- Kun edukat.
- In-nies ma jistgħux jarawk u jkun jafu x'burdata għandek. L-ironija mhux dejjem tidher ċara, u test niggieżi u insensibbli jista' faċilment jispiċċa li jkun pastas. Oqgħod attent għall-kliem li tuża: dak li tixtieq tgħid mhux dejjem ikun dak li jinftiehem mill-qarrej.
- Iffirma l-interventi tiegħek fid-diskussjonijiet (u mhux fl-artikli!).
- Aħdem sabiex jintlaħaq kunsens
- Tinjorax il-mistoqsijiet.
- Jekk xi ħadd ma jaqbilx mar-reviżjoni tiegħek, agħti motivazzjonijiet validi l-għaliex taħseb li l-verżjoni tiegħek hija t-tajba.
- Anqas int m'inti skużat mill-preġudizzji: ammettihom u rażżanhom.
- Ċedi l-punt jekk m'għandikx risposta; jew inkella ammetti li ma taqbilx skond il-fehma jew il-gosti tiegħek.
- Iġġiegħelx nies jiddiskutu fuq pożizzjonijiet li ma jistgħux issostnu.
- Kun lest li titlob skuża.
- Fid-diskussjonijiet sħan, ħafna drabi nispiċċaw ngħidu affarijiet li l-quddiem jiddispjaċina minnhom. Ammetti l-iżbalji tiegħek.
- Kun lest li taċċetta l-iskużi b'mod edukat, mingħajr ma togħrok il-melħ fil-ferita.
- Faħħar meta hemm bżonn. Kulħadd jieħu gost jiġi apprezzat, speċjalment f'ambjent li ta' spiss jinħtieġu kompromessi.
- Neħħi jew erġa' ibda l-argumenti li bdejt.
- Kun medjatur meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-utenti.
- Jekk il-kliem bil-ħlewwa ma jirnexxix, ħu pawża jekk tkun qed tiddiskuti, jew issuġġerixxi pawża jekk tkun medjatur.
- Erġa' lura wara ġimgħa jew tnejn. Jekk m'hemm ħadd medjatur, ħajjar lil xi ħadd joqgħod hu.
- Għamel pass lura jew sib artiklu biex jaljenak. Aqbad proġett tal-Wikipedija; is-servizzi tiegħek huma dejjem meħtieġa kabbar u żid l-informazzjoni f'xi artiklu, għin artiklu. Jew inkella ikteb artiklu ġdid.
- Ftakar x'mhuwiex il-Wikipedija.
- Ara l-lista ta' żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija.
[editja] Kif tevita l-abbuż tal-paġna ta' diskussjoni
Ħafna nies huma kburin bix-xogħol tagħhom u l-opinjoni tagħhom. Xi reviżjoni tista' tweġġek jew ittellagħhomlok, imma il-paġni ta' diskussjoni m'humiex il-post fejn tirreaġixxi bl-ikraħ. Dawn il-paġni jtuk iċ-ċans li ttaffi - b'konfront paċifiku - dak li jinkwietak, u fuq kollox, huma l-post fejn għandu jinstab l-aħjar qbil possibli dwar il-kontenut tal-artikli marbuta magħhom.
[editja] Xi affarjiet li għandek iżżomm f'moħħok
- L-artikli tal-Wikipedija għandhom jirrapreżentaw il-punti di vista kollha (ara NPOV) u ma jżommux ma' wieħed jew ieħor, il-paġni ta' diskussjoni huma l-post fejn għandhom jiġu diskussi l-affarijiet li ma jaqbilx magħhom kulħadd. Jinħtieġ, però, li wieħed jibqa' strettament fuq is-suġġett.
- Jekk xi ħadd ma jaqbilx miegħek, dan mhux bilfors ifisser li (1) jobgħodok, (2) jaħseb li int stupidu, (3) hu stupidu, (4) hu kattiv, eċċ. Fil-prattika, meta xi ħadd idaħħal fehmiet li m'għandhomx effetti diretti u konkreti fuq l-artiklu, l-aħjar ħaġa hi li tinjorahom u twaqqa' d-diskussjoni.
- Il-Wikipedija tistiednek biex ma toqgħodx lura. Qabel tibda diskussjoni staqsi lilek innifsek: huwa verament neċessarju li tiddiskuti? Nista' nagħti l-verżjoni tiegħi u nistenna l-oħrajn jibdew jiddiskutuha, jekk jaħsbu hekk?
- Tista' wkoll taqleb id-diskussjoni għal fuq e-mail jew għal fuq il-paġna tal-utent tiegħek , jekk mhijiex essenzjali għall-artiklu.
[editja] Xi ftit iktar pariri biex tiddiskuti b'mod edukat
- Kun dejjem ċar u konċiż fil-punt li qiegħed tagħmel, speċjalment meta twieġeb.
- Tikkwota post huwa tajjeb, imma tgħid kif tinterpretaha huwa aħjar. Qabel ma tagħti t-tort lil xi ħadd, żomm f'moħħok li jista' jkun li int fhimtu ħażin.
- Tattakkax direttament u personalment il-persuni jew ir-reviżjonijiet tagħhom.
- Termini bħal "razzista", "sessista", "injorant", "missek tistħi", jew anki "miktub ħażin" huma meqjusa bħala termini offensivi.
-
- Huma kliem li jagħmluha diffiċli biex tinħoloq diskussjoni produttiva.
- Ipprova tużax kliem "baxx". Anke jekk lilek ma jaffettwawkx, termini bħal dawn jistgħu jurtaw u jdejqu lil xi nies.
[editja] Iktar pariri
Xi pariri mingħand Larry Sanger:
- kun miftuħ u akkoljenti, mhux iżolat,
- ikkonċentra fuq il-kitba ta' l-enċiklopedija u tqisx din il-biċċa xogħol bħala dibattitu,
- irrikonoxxi u faħħar xogħol tajjeb; xogħol dettaljat li jillimita ruħu għall-fatti, jinforma tajjeb u fih referenzi tajbin,
- aħdem biex tifhem il-għaliex tintalab in-newtralità u għaliex hi hekk meħtieġa u tajba għal dan il-proġett,
- ittratta dawk il-membri produttivi u ta' rieda tajba tal-Wikipedija b'rispett,
- faħħar lil dawk il-persuni li huma informati tajjeb f'qasam partikulari u li jafu jiktbu sew fuqu.
Mingħand Kingturtle:
- Ġiegħel lill-oħrajn iħossuhom komdi (anki min ilu żmien ma jieħu sehem, anki dawk li tqis anitpatki)
- Oħloq u żomm ambjent ta' ħbiberija
- Dawwar wiċċek in-naħa l-oħra (u tbigħed minn gwerer ta' l-editjar)
- Għid x'laqtek minn xogħol partikolari, speċjalment jekk ikun ta' xi ħadd li ma tafux (ħafna nies jieħdu gost jaraw li huma mfittxija u apprezzati)
- Aħfer
- Fuq kollox, ħu gost !!!
U biex ngħalqu, last but not least, bħalma jgħidu l-Ingliżi, l-iStatement of principles ta' Jimbo Wales, missier il-Wikipedija.