Wikipedija:Mistoqsijiet rikorrenti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Mistoqsijet rikorrenti

Abbrevjazzjoni:
WP:FAQ

Din il-paġna għandha lista lista ta' mistoqsijiet rikorrenti rigward il-Wikipedija. Din hi taqsira tal-mistoqsijiet frekwenti bit-tweġibiet rispettivi tagħhom. Jekk għadek kif tiskopri il-Wikipedija, agħti daqqa t'għajn lejn il-paġna tal-merħba għall-utenti l-ġodda. Tista' ssib l-informazzjoni bażika kollha fuq dan is-sit, u għajnuna fuq is-sintassi biex tiffamiljarizza ruħek mal-kodiċi li jintuża' f'din il-wiki.

Werrej

Dwar il-Wikipedija

Xi tfisser "wiki"?

"Wiki" ġejja mill-Ħawajjan u li tfisser "jgħaġġel" (cfr. Wiki Wiki).

Mt.wiki huwa portal?

Le, huwa enċiklopedija on-line. Ara wkoll: Għajnuna:Xi tpoġġi fuq il-Wikipedija.

Mt.wiki huwa dizzjunarju?

Le, huwa enċiklopedija on-line. Ara wkoll: Għajnuna:Xi tpoġġi fuq il-Wikipedija.Però, jeżisti proġett "dizzjunarju". Jekk int interessat, żur il-Wikizzjuanarju

Min imexxi l-Mt.wiki?

M'hemmx persuna waħda li tmexxi l-wiki. Fil-fatt, peress li kulħadd għandu l-poter biex jimmodifika u joħloq paġni u artikli ġodda, dawk il-persuni li jaħdmu huma fir-realtà, il-persuni li jmexxu. Ovvjament, hemm xi utenti li għandhom naqra iktar poter iktar mill-oħrajn biex jipprevenu atti ta' vandaliżmu jew imġieba offensiva.

Biex tibda

X'għandi nagħmel biex nibda artiklu ġdid?

Ara Wikipedija:Kif tibda artiklu ġdid.

Kif nirreġistra?

Ara Għajnuna:Kif tirreġistra.

Huwa neċessarju li tkun taf l-HTML biex tikteb artiklu?

Le m'hemmx għalfejn. Biex tikkontribwixxi huwa biżżejjed li tikteb it-test tiegħek u tħalli linja vojta biex toħloq il-paragrafi. Biex tirreferi għal artikli oħra preżenti fis-sit, kullma trid tagħmel huwa li tuża żewġ parentesi kwadrati. Per eżempu: [[artiklu]].
Il-Wikipedija għandha lingwa markup li tissostitwixxi kważi għal kollox l-użu tal-HTML: għal iktar fuq din il-lingwa aqra l-artiklu Għajnuna:Kif timmodifika artiklu.

Għaliex meta nimmodifika artiklu u noħloq ħolqa, xi drabi din tidher blu u darbi oħra ħamra?

Jekk il-ħolqa tidher ta' kulur blu din tfisser li hemm artiklu diġà miktub, u għalhekk li diġà jeżisti. Ħoloq ta' kulur ħomor jirreferu għal artikli li għadhom ma nkitbux.

Nista' nibdel il-kulur tal-karattri jew l-isfond tal-paġni?

Iva, jekk int utent reġistrat. Ara l-istruzzjonijiet f'Wikipedija:Monobook.css biex tippersonalizza d-dehra tal-wiki.

Ħloqt artiklu imma ħadt żball fit-titlu; kif nagħmel biex inħassru?

Paġni jistgħu jiġu mħassra biss minn l-amministraturi. Li tista' tagħmel huwa li turihom li l-paġna hija għat-tħassir billi tuża' s-sintassi {{Ħassar}} jew {{Ħassar minnufih}}, skont il-każ, u tħalli kollox f'idejn l-amministraturi. Jekk min-naħa l-oħra, tixtieq tħassar il-paġna għal raġunijiet oħra, ara l-punt li jmiss.

Sibt artiklu li fl-opinjoni tiegħi m'għandux ikun fuq il-Wikipedija. X'għandi nagħmel biex inħassru?

Ħalli nota fuq il-Paġni għat-tħassir flimkien mar-raġunijiet tiegħek għaliex taħseb li dan l-artiklu għandu jiġi mħassar. B'hekk il-Wikipedjani l-oħra jkollhom ċans jikkummentaw fuq ir-rikjesta tiegħek, u wara sebat ijiem tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandux jitħalla l-artiklu jew le.

Nista' ndaħħal ħoloq esterni f'artiklu tal-Wikipedija?

Iva, bil-patt u l-kundizzjoni li dawn il-ħoloq ikunu fuq l-istess tema tal-artiklu u ma jkunux jindirizzaw lejn ħoloq pubbliċitarji. Preferibilment, il-ħolqa għandha tkun għas-sit kollu u mhux għall-kontenut speċifiku (fi kliem ieħor, evita dak li hu magħruf bħala deep linking). Ġeneralment, il-ħoloq esterni għandhom jiġu mniżżla f'sezzjoni lejn it-tmiem tal-artiklu.

Stampi

Tista' tpoġġi stampi f'artiklu?

Iva, ara Markup stampi: is-sintassi bażiċi biex iddaħħal stampa diġà preżenti fil-Wikipedija hija [[Stampa:isem_tal-istampa.png]]. Biex tinserixxi stampi residenti fuq server differenti, kemm tikteb l-url: http://www.eżempju.org/image.png.
Biex tkun tista' ttella' stampi, trid tkun reġistrat. X'ħin tkun fil-kont mur fuq Speċjali:Tella' fil-menu li jinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-paġni tal-Wikipedija.
Tista' jekk trid, tfittex artiklu fuq l-istess argument f'lingwa oħra u tara jekk għandhomx xi stampa adattata. Attenzjoni: żomm dejjem f'moħħok il-politika dwar l-użu ta' stampi tal-Wikipedija.

Kif tista' tagħmel ħolqa testwali għal stampa?

Kemm iddaħħal il-punti ":" fil-bidu tal-ħolqa, bħal dan il-każ: [[:Stampa:Eżempju.png|agħfas hawn]].

Għaliex ma nistax nara stampi fl-artikli tal-Wikipedija?

Jekk tara biss il-logo tal-Wikipedija u l-browser tiegħek ma jġiblekx l-istampi l-oħra, iċċekkja mill-opzjonijiet tal-brower jekk jiġux aċċetati stampi li jiġu minn server differenti minn dak tal-paġna kurrenti.

Tellajt aċċidentalment stampa ħażina. X'għandi nagħmel biex inħassarha?

Minħabba li l-amministraturi biss għandhom il-poter biex iħassru l-affarijiet, mur fil-paġna ta' deskrizzjoni tal-istampa u daħħal jew {{Ħassar}} jew {{Ħassar minnufih}} skont il-każ, jew inkella tista' terġa itella' l-istampa korretta u żżom l-istess isem ta' dik li ġiet imtella' qabel. B'hekk l-ewwel waħda tiġi mibdula awtomatikament.

Nista' nippublika fuq il-Wikipedija dawk l-istampi li nsib fuq siti oħra tal-internet?

Ġeneralment, le. Dejjem jekk fuq din il-paġna ma ssibx awtorizzazzjoni ċarissima li tagħtik permess tikkopja l-materjal. Jekk ma ssib l-ebda indikazzjoni, trid tikkunsidra l-istampa bħala koperta bil-copyright u allura mhux adattata biex tiġi ppubblikata fuq il-Wikipedija. Xejn ma jżommok milli tikkuntattja s-sid tas-sit stess u titlob awtorizzazzjoni biex tuża l-istampi. Jekk jirnexxielek, jekk jogħġbok ikkopja din l-awtorizzazzjoni fil-paġna ta' deskrizzjoni tal-istampa stess.

Qxur ta' diski, fotogrammi, ritratti ta' persunaġġi famużi, eċċ. huma fid-dominju pubbliku?

Ara r-risposta preċedenti.

Nista' nippubblika fuq il-Wikipedija stampi li nsib fuq Wikipediji b'lingwi oħrajn?

Ġeneralment, iva. Iċċekkja fuq kollox li l-istampa fiha liċenza t'użu li biha ġiet ippubblika fuq il-Wikipedija l-oħra. Jekk ma jkunx hemm xi ħaġa li ma tippermettix l-ikkupjar tal-istampa, din tista' tiġi wżata wkoll fil-Wikipedija Maltija. L-istampi kollha li ssib fuq il-proġett Commons jistgħu jiġu wżati b'mod ħieles fl-artikli tal-Wikipedija.

Drittijiet tal-awtur u l-copyright

Huwa possibbli ma tiksirx id-drittijiet tal-awtur?

Dażgur. Fil-prattika, basta tevita li tikkopja frażijiet sħaħ, jew inkella paragrafi miktuba mill-oħrajn.
Biex issir taf iktar, ara Dritt tal-awtur.

Min jista' jwaqqafni milli nikser id-drittijiet tal-awtur?

Ħadd... u kulħadd. Kull min jinduna jista' jirrimedja billi jaqbad u jħassar it-test. Biex issir taf iktar: Wikipedija:Suspettt ta' vjolazzjoni ta' copyright

Jien nitlef id-drittijiet kollha fuq dak li nikteb?

Le, anqas xejn! L-awtur iżomm id-drittjiet kollha fuq it-test tiegħu. Jekk trid tista' minn naħa minnhom tpoġġi l-artiklu tiegħek fuq mt.wiki u min-naħa l-oħra tippubblikah fuq rivista u żżomm id-drittijiet kollha.
Għal iktar dettallji, ara GNU Free Documentation License (il-liċenzja li biha jiġu ġestiti id-drittijiet tal-awturi tal-artikli ippostjati fuq mt.wiki)

Min ħoloq paġna, jista' ukoll iħassar il-kontenut tagħha?

Kull utent jista' jimmodifika t-test, u allura jista' wkoll iħassru. Iżda t-test preċedenti xorta jibqa' fil-kronoloġija. Amministratur biss jista' jħassar il-kronoloġija ta' artiklu fuq il-Wikipedija (anki f'dan il-każ, xorta jkun hemm backup li tippermetti li l-artiklu jkun irkuprat).
Meta niktbu fuq il-Wikipedija, il-kontenut jista' jiġi "modifikat u ridistribwit minn kulħadd". Jekk il-kontenut tal-paġna li ktibt huwa interessanti u korrett, iżda xorta trid tħassru, tista' teliminah mill-verżjoni kurrenti tal-artiklu. Iżda kwalunkwe persuna fuq il-Wikipedija jista' jirkuprah u dan għaliex meta tikteb fil-Wikipedija inti tkun awtomatikament qed tagħti permess lil kulħadd li jirridistribwixxi l-kontenut skond il-GNU FDL. B'din il-liċenzja, ma tistax terġa' tmur lura: la darba tkun irrilaxxajtu, il-kontenut jiġi kopert bil-liċenzja għal dejjem. Allura, tista' tħassar il-paġna iżda ma tistax tevita milli xi ħadd jerġa' jirkupraha.
Minn naħa l-oħra, jekk il-paġna li ħloqt għandha l-karatteristiċi ta' paġna għat-tħassir, din ser tiġi mħassra waqt l-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jseħħu fil-Wikipedija.

Imġieba

X'iżommni milli ngħarraq l-artikli kollha?

Assolutament xejn.

Min jista' jwaqqafni milli nikteb affarjiet stupidi, ħżiena jew barra t-tema?

Ħadd. Imma tistgħaġibx jekk issib minn jikkoreġilek xogħlok jew li tiġi mblukkat għal perjodu ta' żmien kawża tal-azzjonijiet tiegħek.


Nuvola apps khelpcenter.png

Il-mistoqsija tiegħi ma nistax insibha f'din il-lista. X'għandi nagħmel?
Ejja sal-Pjazza u saqsi hemmhekk. Jekk tirrigwarda artiklu speċifiku, ħalli l-mistoqsija tiegħek fil-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu stess.

Għodda personali

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn