Wikipedija:Merħba

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Contactus-wmcolors.png

Merħba fil-Wikipedija, il-verżjoni bil-lingwa Maltija tal-Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa fejn il-qarrejja stess jistgħu jkunu awturi.

Kulħadd jista' jieħu sehem billi joħloq artikli ġodda jew ittejjeb il-kontenuti ta' artikli li diġà jeżistu; ovvjament, biex il-proġett jirnexxi, jeħtieġ l-akbar kollaborazzjonijiet possibili, inkluża dik tiegħek; kull min irid jgħin f'dan il-proġett, irid jirrispetta r-regoli fundamentali.

Billi l-wikipedjani, inklużi l-utenti anonimi, jistgħu jikontribwixxu bla rbiet u b'xejn, il-Wikipedija ma tista' tagħti l-ebda garanzija tal-validità u tal-akkuratezza tal-kontenut. Avolja l-komunità ta' utenti tipprova toqgħod għassa u tkun eżatta kemm jista' jkun, f'kull mument, kwalunkwe paġna tista' tisfa vandalizzata jew modifikata b'informazzjoni żbaljata, illegali jew inkella projbita mil-liġi u kontra d-drawwiet tal-post jew komunità fejn tgħix.

Jekk jogħġbok, aqra attentament iċ-ċaħda u żomm f'moħħok li l-informazzjoni misjuba hawn għandha biss użu illustrattiv. Għall-pariri mediċi, legali u professjonali, irreferi għal espert f'dak il-qasam partikolari.

Werrej

[editja] Kif tikkonsulta lill-Wikipedija

Il-kaxxa tat-tfittxija

Tista' tinnaviga permezz ta' termini, billi tidħol fil-Paġna prinċipali u ssegwi l-ħolqa għal artiklu li jinteressak. Jekk, min-naħa l-oħra qed tfittex artiklu partikulari, ikteb xi kelma jew aktar fil-kaxxa tat-tfittxija li hemm fuq in-naħa xellugija tal-paġna (ara l-immaġini) u ikklikja fuq il-buttuna Mur:

  • jekk it-terminu miktub hu titlu ta' artiklu diġà eżistenti, allura dan jindirizzak mal-ewwel għal din il-paġna.
  • jekk qed tfittex kelma li tinsab f'waħda jew aktar artikli eżistenti, tista' tidentifikaha billi tikklikja fuq Fittex.

[editja] Trid tipprova tikteb?

Biex tibda tikteb mhuwiex diffiċli, basta tipprova u timita. Biex tagħmel xi provi mingħajr ma' tħassar xi kontenut ta' artikli ta' din l-enċiklopedija żur il-paġna tal-provi, fejn tista' twettaq il-modifiki tat-test u tippratika l-format. Jekk tippreferixxi tesperimenta f'artiklu diġà eżistenti (bħal dan), ikkopja u nkolla l-kontenut tiegħu fil-paġna tal-provi u biddlu kif tixtieq. Biex issir taf kull m'hu meħtieġ fuq dan il-proġett, mur fuq Gwida essenzjali.

[editja] Kif tikkollabora fuq il-Wikipedija

L-ebda vjolazzjoni tal-copyright
Wikipedija mhix dizzjunarjuo
Wikipedija mhix gazzetta
L-ebda riċerka oriġinali

Hemm diversi mod kif tikkontribwixxi fuq il-Wikipedija. L-aktar sempliċi u immedjat hu billi tikteb artikli ġodda tal-enċiklopedija u tikkollabora fit-titjib ta' artikli eżistenti. Nistednuk taqra l-pilastri fundamentali.

Attenzjoni, imma:

Modi oħra kif tikkollabora tista' ssibhom spjegati dettaljati fil-paġni li ġejjin:

[editja] Għadek mintix reġistrat?

Jekk mistenni li tipparteċipa b'ċerta kontinwità fuq il-Wikipedija, billi tikteb xi artiklu jew tipparteċipa mad-diskussjoni, ir-reġistrazzjoni hi utli ħafna.

Il-vantaġġi li tkun utent reġistrat huma:

[editja] Għandek aktar domandi?

Jekk xi ħaġa oħra għadha mhix ċara, jew għandek aktar mistoqsijiet, agħti daqqa t'għajn għar-risposti fuq il-mistoqsijiet frekwenti.

[editja] Ara wkoll