Wikipedija:Amministraturi
Amministraturi, magħrufin ukoll bħala operaturi tas-sistema, huma edituri tal-Wikipedija li ngħataw fiduċja mill-komunità għal aċċess ta' faċilitajiet tekniċi li jgħinu fil-manteniment tal-wiki. Utenti jingħataw status ta' amministratur jekk ikun attiv u regolari fi ħdan il-wiki, huwa familjari u jirrispeta l-politika tal-Wikipedija, u li għandu l-kunsens tal-komunità, kif jiġri fit-talbiet għall-amministrazzjoni. Fost il-kapaċitajiet tekniċi, amministraturi jistgħu jipproteġu, iħassru u jirkupraw paġni, iħassru u jaħbu reviżjonijiet ta' paġna, u jimblukkaw utenti oħrajn.
L-amministraturi jieħdu dawn ir-responsabilitajiet taħt idejhom bħala volontiera; huma m'humiex impjegati mal-Fondazzjoni Wikimedia. Mhumiex obbligati li jagħmlu użu mill-għodod tagħhom, u m'għandhomx jużaw dawn tal-aħħar bħala vantaġġ f'xi kunflitt li huma huma involuti fih.
Bħalissa, hemm 4 amministraturi fil-Wikipedija Maltija.
Werrej |
[editja] Storja
Fiż-żmien bikri tal-Wikipedija, kull utent kien jiffunzjona bħala amministratur sabiex jesegwixxi azzjonijiet amministrati, fil-kunċett xorta għadhom ikunu. Mill-bidunett, kien indikat li dawn m'għandhomx jiżvillupaw f'subgrupp speċjali tal-komunità iżda jibqgħu parti integrali tal-komunità bħal ħaddieħor. Ġeneralment, il-manteniment u amministrazzjoni tal-Wikipedija tiġi kondotta minn kulħadd, mingħajr il-funżjonijiet li jinbgħataw 'l amministraturi. Waqt li l-għodda li jingħataw 'l amministraturi huwa tekniċi u jagħtux awtorità per se, amministraturi huma persuni li ngħataw għodda li potenżjalment jistgħu jagħmlu ħsara.
Minħabba li amministraturi huwa mistenna li jkunu membri esperjenzati tal-komunità, utenti li qegħdin iffitxu l-għajnuna ġeneralment ifittxu l-għajnuna ta' amministratur għal avviż u informazzjoni, jew f'argument. Ġeneralment, amministraturi jaħdmu b'irwol newtrali; u m'għandhomx bżonn li jkollhom involviment dirett fl-affarijiet f'xiex jgħinu l-utenti.
[editja] Għodda tal-amministratur
Dan is-software tal-wiki għandu ftit faċċilitajiet importanti ristretti. L-Għodda jkopru proċessi bħal tħassir tal-paġna, protezzjoni tal-paġna, blokkar u sblokkar, u aċċess biex tagħmel modifiki f'paġni protetti u fl-interfaċċia tal-mediawiki. Huma jistgħu jagħtu u jieħdu drittijiet ta' rollback u jagħtu eżenzjoni mill-blokkar tal-IP 'l utenti oħrajn.
Għal aktar dettalji, u kummenti dwar l-użu tagħhom, qegħdin imniżżlin hawn Wikipedija:Amministraturi/Għodda.
- Nota li l-amministraturi bħala regola jaraw l-istess informazzjoni tal-IP tal-utenti, li utenti oħrajn (mhux amministraturi) jaraw, u la jistgħu jaraw paġni mħassra bl-użu ta' oversight, u lanqas jistgħu jagħmlu modifiki fl-istatus amministrattiv jew dak ta' bot ta' amministraturi oħra. Dawn kollha għandhom bżonn l-istatus ta' Burokrata.
[editja] Amministrazzjoni
M'hemm l-ebda rikjesti uffiċjali li għandhek bżonn sabiex issir amministratur tal-Wikipedija. Kulħadd jista' japplika anke dawk li jkunu niqsien mill-esperjenza tal-Wikipedija. Madankollu, hemm ċerta standards li għandhek tkun taf dwarhom.
L-Amministrazzjoni hija orjentata fuq bażi ta' kunfidenza u għafdar, milli fuq kemm għamilt modifiki jew kontroll; kull utent jkollu l-mod tiegħu sabiex jiġġudika l-kunfidenza tagħhom ta' kemm huma tassew preparati għall-irwol.
[editja] Xejn speċjali
Fi Frar 2003, Jimbo Wales għamel użu minn parafrażi f'kumment dwar it-titlu u l-proċess tal-amministrazzjoni — referrut hawnhekk bħala operaturi tas-sistemà:
Jien biss ridt ngħid li tkun amministratur m'hija *xejn speċjali*.
Jien naħseb li se nagħmel kif ġie ġie koċċ persuni li ilhom hawn mhux ħażin operaturi tas-sistemà. Jien irrid ineħħi s-sensazzjoni ta' "awtorità" madwar din il-pożizzjoni. Hija pjuttost ħaġa teknika li poteri li jingħataw 'l operaturi tas-sistemà ma jingħatawx lil kulħadd.
Ma togħġobnix is-sensazzjoni hawnhekk li jekk tingħata l-istatus ta' operatur tas-sistemà hija xi ħaġa speċjali.
– Jimbo Wales, arkivju ta' wikimedia.org, arkivju ta' gmane
Tifsira moderna tal-istqarrija mill-2008, huwa li tgħid li waqt l-użu korretta tal-għodda u kondotta tajba hija kunsidrata xi ħaġa importanti, it-titlu ta' "amministratur" m'hija xejn speċjali, u lanqas il-proċess sabiex takwistaha m'għandha tkun xi ħaġa speċjali. Hemm pjuttost ftit aktar abilitajiet fl-għamliet ta' deċiżjonijiet li jiġu mal-amministrazzjoni, u ma żżidx vuċi aktar f'deċiżjoni li jinvolvu kunsens. B'hekk, jekk persuna tkun amministratur jew le, ma tagħmilx differenza.
[editja] Biex issir amministratur
Jekk inti nteressat li ssir amministratur, int trid l-ewwel taqra il-gwida għall-kandidatura għall-amministrazzjoni u l-istruzzjonijiet għan-nominazzjoni. Meta tkun lest, inti tista' iżżid in-nominazzjoni tiegħek fil-paġna tat-talbiet għall-amministrazzjoni, skont dawn l-istruzzjonijiet. Diskussjoni (mhux vot, xi kultant tiġi miktuba !vot mis-simbolu tax-xjenza tal-komputer bħala negazzjoni) tissawwar fost il-modifikaturi dwar jekk inti għandhekx tkun amministratur. Wara seba' t'ijiem, burokrata jara jekk m'hemmx kunsens dwar jekk għandhekx tingħata l-istatus ta' amministratur. Din hija ġeneralment diffiċli biex tara jekk m'hemmx kunsens jew le, u mhijiex ikalkulata numerikament, iżda bħala regola ġenerali deskrittiva dawk li jkollhom aktar minn ~80% ta' appoġġ jgħaddu, ħafna minn dawk li jkollhom inqas minn ~70% ta' appoġġ ma jirnexxux, u ż-żona tan-nofs xejn m'hu ċert.
Int għandhek tkun familjari mal-Wikipedija billi tagħmel modifiki għal ftit żmien qabel ma tagħmel rikjesta jew taċċetta n-nominazzjoni għall-istatus ta' amministratur; inti trid tkun taf xi tkun qiegħed tagħmel, u utenti oħrajn irridu jagħrfuk sabiex ikunu jistgħu javdawk bl-għodda ta' amministratur. Żomm f'moħħok li kull verżjoni tal-Wikipedija għandha l-politika tagħha dwar l-amministraturi, li huma ftit differenti minn dawk tal-Wikipedija Maltija.
Għalkemm aktar minn kont wieħed huma permess fuq il-Wikipedija, ġeneralment, kont wieħed biss tal-utent jista' jkollu għodda tal-amministraturi. L-unika eċċezzjonijiet ikunu wara qbil mal-komunità.
-
-
Jekk jogħġbok, oqgħod b'seba' għajnejn! Jekk issa għandek aċċess, int trid tieħu ħsieb li dawn il-funzjonijiet il-ġodda, speċjalment l-abilità li tkun tista' tħassar paġni u li tkun tista' timblokka indirizzi tal-IP. Tista' titħarreġ ukoll bl-użu tal-gwida għall-amministraturi jew billi tidħol fl-iskola tal-amministraturi. Jekk jogħġbok ara wkoll paġni li jwasslu mil-lista tal-qari għall-amministraturi qabel ma tibda tuża' l-abilitajiet amministrativi.
L-għodda tal-amministratur jiġu wżati wkoll b'ġudikament; tista' tieħu ftit żmien qabel amministratur ġdid jitgħallem meta l-aħjar juża' l-għodda, u tista' tieħu xhur qabel sens tajjeb dwar kemm kif tiddeċiedi dwar il-perjodi, meta tuża' għodda bħal dawk tal-imblukkar u tipproteġi paġna f'argumenti diffiċli. Amministraturi ġodda huma inkoraġġuti li jibdew bil-mod qabel u jibni esperjenza fuq żoni li huma mdorrija fuq, u billi jistaqsu oħrajn jekk mhux ċerti.
Amministraturi u l-utenti kollha b'għodda speċjali huma mistennija li jkollhom password b'saħħita, sabiex tkun ferm diffiċli li wieħed jidħol fil-kont ta' ħaddieħor b'intenzjonijiet ħżiena. (Ara wkoll Wikipedija:Sigurtà.)
-
[editja] Kondotta tal-amministraturi
L-amministraturi, bħal kull utent ieħor, m'humiex perfetti. Madankollu, ġeneralment, għandhom ikunu ta' eżempju fil-komunità, u jrid ikollhom standard ġenerali ta' ċivilità, kondotta u jaf jmur tajjeb man-nies. Meta taħdem bħala amministratur, irridu jitrattaw il-kulħadd l-istess, jagħmlu ġudizzji tajbin, u jagħtu spjegazzjonijiet u jkunu kommunikattivi kemm ikun neċessarju.
Amministraturi li jaħdmu b'manjiera problematika jew tilfu l-kunfidenza tal-komunità jistgħu jiġu mneħħija mill-pożizzjoni tagħhom. Fil-passat, dan ġara jew kien suġġerit għal:
- Użu tal-għodda b'mod ħażin (tħassir, protezzjoni, timblokka f'ċirkustanzi pjuttost ħżiena)
- Politika bażika ma tiġix segwita (attakki, ċivilita, kunflitt fil-modifikar, privatezza, etċ)
- Ġudizzjar ħażin ta' spiss/konsistenti
- Ġlied bl-għodda (magħruf bħala "kunflitt bl-għodod"). Meta amministratur jneħħi l-azzjonijiet ta' amministratur ieħor, m'għandhiex terġa' tiġi mwettqa mill-utent oriġinali jew kull l-amministratur oriġinali, anke jekk l-intenzjoni kienet tajba, mingħajr kunsens. Hemm ftit eċċezzjonijiet, però; ara #eċċezzjonijiet hawn taħt.
- Kommunikazzjoni pjuttost ħażina
- Amminstratur b'"fidi ħażina" (idejn tajba/idejn ħażina, etċ)
- Kondotta barra mis-sit mhux kompatibbli ma' dan l-irwol (attakki barra mis-sit, etċ).
[editja] Postijiet fejn għandek tirraporta lill-amministraturi
Drittijiet tal-amministratur jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira jekk tkun qiegħed taħdem f'ċerta żoni fuq il-Wikipedija.
-
- Inċidenti li għandhom bżonn intervent ta' amministratur
- Vjolazzjoni tar-regola tat-tliet modifiki
- Intervent kontra l-vandaliżmu
- Problemi dwar propjetà letterarja
- Proposti għat-tħassir minnufih
- Backlog tal-amministraturi
- Amministraturi jistgħu jsibu l-għodda tagħhom utli għal kontroll ta' modifiki riċenti.
- Wikipedija:Kunsensi ġenerali
[editja] Għali mill-utenti ("abbuż tal-amministratur")
Jekk utent jaħseb li amministratur għamel xogħlu ħażin fil-konfront tiegħu jew ta' modifikatur ieħor, hu għandu jikkomunika l-ħsieb tiegħu direttament 'l amministratur responsabbli u jipprovaw jaslu għal soluzzjoni b'mod ċivili u regolari. Madankollu, jekk kwistjoni ma tiġix solvuta bejn iż-żewġ naħat, l-utenti jistgħu jieħdu aktar azzjoni (ara Wikipedija:Riżoluzzjoni tal-argument). Għal aktar possibilitajiet, ara Rikjesti għal kumment/Kondotta tal-utent: Użu ta' privileġi ta' amministratur u Tabella għall-avviżi tal-amministraturi: Inċidenti.
[editja] Użu ħażin tal-għodda
Użu tal-għodda b'mod ħażin huwa kkunsidrat kwistjoni pjuttost serja. L-għodda amministrativi provduti lill-utenti afdati għal manteniment u xogħol ieħor, u għandu jiġi wżat bi ħsieb, użu ħażin tal-għodda jista' jfisser tisħiq jew saħansitra t-tneħħija tagħhom.
Sitwazzjonijiet komuni li l-għodda m'għandhomx jiġu wżati jinkludu:
-
- Kunflitt ta' interess/l-ebda newtralità/argument dwar il-kontenut — Amministraturi m'għandhomx jagħmlu użu mill-għodda għall-vantaġġ tagħhom, jew f'argument dwar il-kontenut (jew artiklu) ma' modifikatur sinjifikanti, jew fejn kunflitt ta' interess sinjifikanti jista' jkun li jeżisti. Bi ftit eċċezzjonijiet speċifiċi fejn l-għodda huma permessa minn kull amministratur, l-amministratur għandu jagħmel ċert li huma newtrali meta jkunu qegħdin jagħmlu użu mill-għodda.
-
- Norma komuni/politika — Meta l-politika tkun ċara u tonda li l-għodda m'għandhomx jintużaw, mingħajr spjegazzjoni li turi li l-kwistjoni kienet ikkunsidrata u għala din l-eċċezzjoni (rari) hija ġenwina u kkunsidrata raġjonevoli.
-
- Tirkupra verżjoni li kienet imneħħija (xi kultant magħrufa bħala "kunflitt bl-għodod") — ara hawn taħt għal dan u l-ftit eċċezzjonijiet.
Ħafna mill-każijiet anke meta l-użu tal-għodda huwa raġjonevoli, jekk dubji jeżistu, huwa aħjar li kieku tistaqsi amministratur indipendenti sabiex jara u (jekk ġustifikabbli) jieħu azzjoni. Din hija kwistjoni ta' ġudizzju jekk neċessarju.
- Amministraturi mhux involuti
L-amministratur huwa kkunsidrat "mhux involut" jekk huwa ċar li se jagħmel użu mill-għodda b'mod newtrali. Jekk l-amministraturi involuti kienu f'argument dwar il-kontenut, l-amministratur ma jikwalifikawx bħala li mhuwiex involut.
Madankollu, twissija importanti hija li l-amministratur li għamel kuntatt mal-utent jew artiklu bl-irwol amministrativ (jiġifieri, sabiex jindirizza argument, kondotta problematika, assistenza amministrativa, opinjoni/avviż barrani, isaħħaħ il-politika, u affarijiet oħra) jew sabiex jagħmel azzjonijiet żgħar, ovvji, u m'humiex imxaqilba fuq naħa waħda tal-argument, huma ġeneralment mhux imwaqqfa milli jagħmlu dawn l-azzjonijiet fuq l-artiklu, utent, jew argument. Dan huwa minħabba li wieħed mill-irwoli tal-amministratur huwa preċiżament li jieħu ħsieb dawn l-affarijiet u jekk neċessarju, ikompli jieħu ħsiebhom. L-amministratur jista' madankollu xorta jixtieq li jgħaddi din il-kwistjoni 'l amministraturi l-oħrajn bħala "l-aqwa prattika" f'ċerta każijiet (għalkemm m'hemmx bżonn). Jew, jistgħu jixtiequ li jkunu żguri li l-ebda problema "teħel", f'ċerta każijiet eċċezzjonali .
Jekk kwistjoni hija tassew ovvja (per eżempju, ġenwiwament vandalistika), allura, storikament, il-komunità dejjem appoġġjat amministratur biex jagħmel azzjoni fuqha.
Madankollu, jekk hemm xi dubji, jew żvillupat raġuni personali, huwa dejjem aħjar li tagħti lill-oħrajn meta possibli.
[editja] Tirkupra azzjoni mneħħija ("Kunflitt bl-għodod")
Amministraturi huma projbita milli jkollhom kunflitt fuq l-użu tal-għodda amministrativi billi jagħmlu użu minn dawn l-għodda stess.
Wikipedija:Kunflitt bl-Għodod jiddiskrivi kunflitt bl-għodod b'dawn it-termini:
-
Kunflitt bl-għodod hija taqbida bejn żewġ jew aktar amministraturi li tikkonsisti f'wieħed li jneħħi l-azzjonijiet amministrativi tal-ieħor. Terġax tirrepeti azzjoni amministrativa meta taf li amministratur ieħor jopponiha. Tkomplix katina ta' azzjonijiet amministrativi rikorrenti bla diskussjoni. Kastigi għal kunflitti bl-għodod ivarjaw minn ċanfira u twissija, sa blokkijiet temporanji u mit-tneħħija minn status ta' amministratur, anke għal inċidenti tal-ewwel darba.
Meta azzjoni li hija mwettqa mill-għodda tal-amministraturi ma tiġix aċċettata minn amministratur ieħor sal-punt li jibda jneħħi l-azzjonijiet tiegħek, rari jkun hemm raġuni valida sabiex l-amministratur oriġinali jew ieħor jerġa' jirkupra l-verżjoni preċedenti, mingħajr l-ebda forma ta' diskussjoni qabel sabiex jintlaħaq kunsens. Amministraturi involuti f'kunflitti bl-għodod ikollhom l-aċċess amministrativ tagħhom revokat sabiex ma jkunx hemm aktar inċidenti.
Bħala nota apparti, tneħħija ta' azzjoni amministrativa minn amministratur ieħor m'hijiex xi ħaġa żgħira, sakemm ma tkunx għal skop tajjeb.
[editja] Ċirkustanzi eċċezzjonali
B'ftit eċċezzjonijiet, jekk l-azzjoni li tinvolvi l-użu tal-għodda tiġi mneħħija, għodda m'għandhomx jiġu użati mill-amministratur orġinali (jew ieħor) f'din il-kwistjoni (anki għar-raġunijiet mixtieqa). Hemm ftit, speċifiki, eċċezzjonijiet meta l-użu mill-ġdid tal-għodda hija raġunevoli:
-
- Wikipedija:Bijografiji ta' persuni ħajjin—materjal li huwa mħassar minħabba li jopponi l-politika dwar BPĦ jista' jerġa' jiġi mħassar mill-ġdid jekk jiġi rkuprat, jekk tkompli ma tkunx taqbel mal-politika tal-BPĦ.
- Privatezza—informazzjoni personali mħassra taħt l-politika ta' privatezza tal-Fondazzjoni tista' tiġi mħassra mill-ġdid jekk tiġi rkuprata.
- Emerġenza—f'ċerta sitwazzjonijiet jista' jkun hemm emerġenza li ma tistax tistenna għal diskussjoni. Amministratur m'għandux jistqar emerġenza sakemm ma jkunx ċert dwar emerġenza serja preżenti u raġunevoli (ie, possibilità attwali raġunevoli, imminenti, ta' xi ħsara 'l proġett jew utent jekk mhux se jkun hemm l-intervent bl-użu tal-għodda tal-amministraturi), u għandu immedjament iffitex sabiex jiddiskrivi u jindirizza l-kwistjoni, iżda f'każ bħal dan però l-azzjoni mhux soltu tiġi mneħħija (u tista' tiġi rkuprata) sakemm diskussjoni li tixraq issir.
- Protezzjoni tal-Paġna waqt kunflitt fil-modifikar'—azzjonijiet raġunevoli meħuda minn amministraturi mhux involuti sabiex jikkalmaw kunflitt ta' modifikar viżibli u kunflitt tal-modifikar sħuna billi jipproteġu paġna kontestata trid tiġi rrispetata minn kull utent, u protezzjoni tista' tiġi irkuprata mill-gġdid, sakemm il-kunflitt tal-modifikar ma jkompliex jew ikun hemm kunsens.
Nota li dawn huma eċċezzjonijiet inklinati fuq "naħa waħda"; per eżempju, eċċezzjoni għal tħassir mill-ġdid ma tfissirx li hemm eċċezzjoni oħra biex terġa' tmur lura, sakemm m'hemmx kunsens.
[editja] Tneħħija mill-amministrazzjoni
Amministraturi jistgħu jiġu mneħħija mill-istatus jekk jagħmlu użu ħażin mill-għodda tagħhom. Bħalissa fil-Wikipedija Maltija, utent jista' jitneħħa mill-amministrazzjoni wara kunsens mill-komunità. L-Abbilità teknika li wieħed jitneħħa minn status ta' amministratur tibqa' f'idejn l-istwetti.
Nota teknika- tneħħija tad-drittijiet bħalissa ma tidhirx fil-logs tal-utenti tas-soltu.
[editja] Tneħħija volontarja
Amministraturi jistgħu jagħmlu rikjesta sabiex l-aċċess għall-għodda amministrativi tiġi revokata hawnhekk. Amministrativi li kellhom l-għodda revolkati iżda mhux għal xi ċirkustanzi ħżiena (jiġġiefieri mhux għal ċirkustanzi kontraversjali) jistgħu jkollhom l-istatus ta' amministratur irkuprat meta rridu b'rikjesta lil burokrat. Dan ġeneralment issir fit-tabella tal-avviżi tal-burokrati.
[editja] Revokazzjoni mill-amministrazzjoni
Ċerta amministraturi jpoġġu ruħhom "miftħin għar-revokazzjoni", dan iffiser li titneħħa volontarjament jekk ammont ta' modifikaturi jagħmlu rikjesta għal dan. Il-Kriterja speċifika kif se ssir jiġi interpretat minnhom stess u ġeneralment jiġi deskritt dettaljat fil-paġna tal-utent tagħhom. Jekk il-proċess jirriżulta li l-amministratur m'għadux iggawdi kunsens mill-komunità, wieħed għandu jagħmel rikjesta normali għat-tneħħija hawnhekk.
[editja] Sigurtà
Huwa importanti ħafna li l-amministraturi jkollhom password b'saħħita u issegwi prattiki ta' sigurtà personali minħabba li jekk jispiċċaw fl-idejn ħżiena hemm il-potenzjal li jsir xi ħsara kbira fis-sistemà b'modifika waħda biss, kont ta' amministratur li jiġi invadud jiġi blokkat u l-privileġġi tiegħu jitneħħew għal skopijiet ta' sigurtà tas-sit. F'ċerta ċirkustanzi, ir-revokazzjoni tal-privileġġi tista' tkun permanenti. Id-Deċiżjoni jekk l-utent m'għandux jingħata lura l-istatus ta' amministratur lura tibqa' fl-idejn il-burokrati, li jagħmlu għażla jekk is-sid safi jiġi identifikat mill-ġdid, u l-opinjoni dwar l-inċident u l-imaniġjar u is-sigurtà (li tinkludi sigurtà futura) tal-kont.
[editja] Ara wkoll
- Gwida għall-amministraturi
- Lista tal-Qari għall-amministraturi
- Paġni dwar l-amministraturi tal-wiki fuq meta