Diskussjoni utent:Leli Forte
[editja] Risposta
Sieheb, ħallejtlek kumment fil-pjazza - meta tħalli kummenti hemm l-aħjar tiffirmhom billi tikteb "~~~~" wara l-kumment tiegħek. Alternattivament, tista' tagħfas il-buttuna ta' qabel ta' l-aħħar, mill-lista ta' buttuni li jidhru fuq it-tieqa tal-modifiki (dil-buttuna għandha qisha firma mħarbxa fuqha). B'hekk jiġi jidher l-isem ta' l-utent tiegħek, u dak li jkun, ikollu wkoll link għall-paġna personali tiegħek tal-Wiki. Fuq kollox, huwa mod kif kull modifika jew kumment li tagħmel fil-wiki, tiġi attribwita lilek. insellimlek :)) --JoeLeMaltais/Tħaddet 10:02, 8 Lulju 2007 (UTC)
[editja] Risposta fuq il-Kategoriji
Leli, fuq dak li staqsejtni ħallejtlek risposta hawnhekk User_talk:Joelemaltais#Risposta:Kategoriji --Joe
[editja] Nicolò Isouard
Għal Joe Miceli:
Nispera li taqbel mat-tibdiliet li għamilt. Sibtha interessanti li Isouard kien diġà miżżewweġ lil Partemia Dimech meta kien Malta (Ara [1]). X'sar minnha ? Mietet sa meta mar Franza jew iddivorzja? Ma nafx jekk id-divorzju kienx jeżisti fi żmien Napuljun.
X'jidhirlek?
Awguri
"Leli Forte 09:25, 25 Settembru 2007 (UTC)"
- Qatt ma kien aktar faċli tieħu divorzju milli kien fi żmien Napuljun: w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution :)) Joe
[editja] Ħajr
Sieheb, għalkemm hawnhekk dejjem ngħaddsu rasna għall-affari tagħna, illum kelmtejn ta' kuraġġ biex tissokta bl-artikli li qiegħed tikteb. Jgħamlu differenza !! ;*) --Joelemaltais 19:51, 10 Ġunju 2008 (UTC)
[editja] Grazzi tal-Kuraġġ
Leli, nirringrazzjak talli għidtli biex nibda il- Portal. Tista' tara fejn wasal minn hawn: Portal:Kimika. Ser nbda xi traduzzjonijiet ta' artikli għall-Malti għax fuq kollox anke aħna l-maltin għandna d-dritt għat-tagħlim!.
Dylan Borg 19:31, 9 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Template:Kimika
Leli, għadni kif ħloqt it-Template tal-Kimika u bdejt inpoġġiha f'xi artikli (tista' tittawwal fl-artiklu tiegħek fuq l-Elementi). Ħallili kumment fuq User talk:Borgdylan.
Dylan Borg 08:09, 11 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Kimika
Leli, komplejt nirranġa fis-sezzjoni tal-Kimika u ħloqt żewġ templates, waħda għan-navigazzjoni u l-oħra(xogħol għadu miexi) biex tiġi mgħuri l-informazzjoni fuq l-Element Kimiċi. Tista' tħares lejn dawn l-artikli: Ħadid u Idroġenu. Jekk jgħoġbok iċekja l-paġna li ktibt fuq l- Element kimiku għax ċerti numri ma jaqblux mal-Wikipedija Ingliża li jiena inżomm bħala s-sors prim għall-informazzjoni.
Dylan Borg 13:01, 13 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Amministratur
Leli, jekk tista' ara il-paġna tiegħi u ħalli kumment hawn:Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/Borgdylan
Dylan Borg 13:55, 18 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Template:Kimika
Hello Leli, tgħoġbbok din it-template li qabel kienet HTML table imma issa biddilta biex tkun isbaħ. Din hi t-template: Template:Kimika
Dylan Borg tħaddet 07:38, 23 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Tavla Perjodika
Jien ħa nagħmel traduzzhoni taħdem(links) tat-Tavla Perjodika li ser tkun tinstab hawn. Fil-kas npoġiha minflok dik bl-Ingliż fl-artiklu tiegħek ukoll.
Dylan Borg 17:29, 23 Lulju 2008 (UTC)
[editja] Kużità żgħira (u personali)
Kurżità Leli, int għandek xi ħadd Mallia fil-familja? Għax jiena jidhirli li xi nanna jew bużnanna minn ta' missieri, kienet fil-fatt kunjomha Forte. U naqtagħha li m'hawnx wisq nies kunjomhom Forte jiġru mas-saqajn :) --Roderick Mallia 10:41, 11 Awwissu 2008 (UTC)
Ma naf il-ħadd Mallia fil-familja. Il-familja ġejja mill-Birgu. Awguri.
"Leli Forte 10:44, 11 Awwissu 2008 (UTC)"
Jien familti maqsuma bejn l-Isla u l-Kalkara :) Minjaf, minjaf ... --Roderick Mallia 10:48, 11 Awwissu 2008 (UTC)
[editja] Ratchet
Skond id-dizzjunarju tiegħi: ratchet, ratch, nn. & vv.t. Krikk, mekkaniżmu li jikkonsisti f'ringiela dras, jew snien, immejla f'ċirku ta' rota jew ta' ħadida dritta li, flimkien ma' lsien jew molla li taqbel magħhom ma jħallix illi d-dawrien isir, ħlief f'naħa jew direzzjoni waħda v.t. Forma b'dal-mekkaniżmu. Taqdik biżżejjed? --Roderick Mallia 15:33, 15 Awwissu 2008 (UTC)
- Ma nafx jekk nistax ngħinek jien ukoll; jien sibt ukoll reċit. Ma nafx jekk taqbilx. Chrisportelli 15:44, 15 Awwissu 2008 (UTC)
Nirringrazzjakom Roderick u Chris għar-risposta pronta!
"Leli Forte 16:32, 15 Awwissu 2008 (UTC)"
[editja] Re: Ta'
Jien kont tkellimt ma' Roderick fuq din il-ħaġa ta' ta' l- u tal-. Milli jidher tal- saret qisha l-forma ta' artiklu, u minkejja li għalissa wieħed mhuwiex obbligat li juża' l-aħħar verżjoni, aħjar li kieku nibdew nagħmlu użu minn din il-forma minn issa, ħalli nnaqsu telf ta' ħin fl-editjar. Skond xi dokumenti pdf tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti jidher li tal- hi l-forma wżata u b'hekk għandna nużaw lilha. Chrisportelli 15:46, 18 Awwissu 2008 (UTC)
[editja] Aldo
Grazzi tar-riferenzi nispera li jirnexxieli naghmilha. grazzi hafna
[editja] Għajnuna f'Ir-Rivoluzzjoni Franċiżia
Tista' tgħinna nimmodifika dan il-paragrafu għax qed insibha diffiċli:
- There were also social and political factors, many of which involved resentments and aspirations given focus by the rise of Enlightenment ideals, which included resentment of royal absolutism, resentment by the ambitious professional and mercantile classes towards noble privileges and dominance in public life, many of whom were familiar with the lives of their peers in commercial cities in The Netherlands and Great Britain, resentment by peasants, wage-earners, and the bourgeoisie toward the traditional seigneurial privileges possessed by nobles, resentment of clerical privilege (anti-clericalism) and aspirations for freedom of religion, and resentment of aristocratic bishops by the poorer rural clergy, continued hatred for Catholic control and influence on institutions of all kinds, by the large Protestant minorities, aspirations for liberty and (especially as the Revolution progressed) republicanism, and anger toward the King for firing Jacques Necker and A.R.J. Turgot (among other financial advisors), who were popularly seen as representatives of the people. [minn w:French Revolution]
Grazzi. Chrisportelli (d) 12:57, 21 Ottubru 2008 (UTC)
Nipprova
"Leli Forte 12:59, 21 Ottubru 2008 (UTC)"
- Nirringrazzjak tal-interess. Jien diġà bdejt xi ħaġa. Araha fuq Talk:Ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Chrisportelli (d) 13:01, 21 Ottubru 2008 (UTC)
- Prosit tat-traduzzjoni... u grazzi! Chrisportelli (d) 11:29, 23 Ottubru 2008 (UTC)
[editja] Re: Urġenti
Naf b'din il-problema tat-Tibdil riċenti. Ikkuntatjajt lil Roderick biex nara x'inhi din il-problema. Jien naħseb li hemm xi forma ta' redirect bejn Tibdil riċenti u Tibdil relatat. Fuq tal-upload dik kienet diġà hekk, u fil-fatt kont se nissenjalaha lil xi amministratur, imma qabżitli minn moħħi. Nispera li tinstab xi soluzzjoni mill-aktar fis. Chrisportelli (d) 15:40, 25 Ottubru 2008 (UTC)
- Infurmajt lil User:Cbrown1023 fuq meta u dan għamel rapport fuq bugzilla. Chrisportelli (d) 16:36, 25 Ottubru 2008 (UTC)
[editja] Ekwazzjoni ta' Schrödinger
Fuq dik it-tabella pruvajt nirranġaha kif stajt u nsib is-sintassi biex nagħmilha li x'ħin tidher tkun moħbija. Però issa nara nistax insib xi sintassi oħra li jagħmlu l-burdura madwar it-tabella bħalma kienet qabel. Minħabba ta' [uri] u [aħbi], ma ngħidx li nistgħu nirranġawhom però niċċekja fuqhom ;) Bilħaqq, nixtieq nissuġerilek (jekk tista') biex tibda tuża' għall-apostrofu dan il-karattru ' minflok dan ’. Minkejja li fil-viżwalizzazzjoni normali dawn jidhru qishom l-istess, fil-fatt dawn mhumiex; l-aħħar wieħed nafuh aktar għal fuq MS Word u li hu taħt forma ta' kurva, fejn jidher daqxejn imxaqleb mill-ewwel wieħed u ma jaqbilx mat-titli ta' artikli. Dan li qed ngħid jgħodd biss għal meta tuża' apostrofi wara xi kelma u mhux għall-kwotazzjoni. Iċċekkja WP:PUNC għal aktar dettalji. Chrisportelli (d) 17:36, 28 Ottubru 2008 (UTC)
[editja] Traduzzjoni għall-Malti
Billi int intiż fis-suġġett bijoloġiku, tista' tgħidli kif jissejjaħ bil-Malti l-għasfur "Hoopoe" għax utent minn fuq il-Wikipedija Ingliża għamel rikjesta għat-titlu bil-Malti ta' dan l-għasfur. Grazzi. 77.126.53.209 10:18, 3 Novembru 2008 (UTC)
[editja] Tavla Perjodika Vizwali
Hello Leli, Sibt tavla perjodika viżwali tajba u tfajt link għaliha fil-paġna li qed neditja, Tavla perjidika. Fittex il-link taħt Ħoloq Esterni. Kont ħa nżid links fil-paġni rigward l- Elementi. Ara l-paġna Idroġenu.
[editja] Grazzi
Grazzi Lel talli irranġajt it-Template:Kimika imma jekk thun tista għidli qabel ma tkisser il-framework ta' links li kont ħloqt. Issa irranġajt kollox b'numru ta'Templates ġodda. mur arahom hawn
[editja] Per favore potresti tradurre in maltese en:Lola Pagnani?
Buongiorno a te, ti scrivo se per cortesia potresti tradurre l'articolo della mia amica in maltese? Visto che si prendono molti progammi televisivi italiani a Malta, forse la conoscerai. Comunque io ricambierò la cortesia che mi farai traducendo in italiano una biografia o un articolo geografico di tuo interesse, infatti sulla Wikipedia Italiana sono biografo e geografo, ma posso dare un piccolo contributo in varie culture generali, eccetto la matematica e il calcio, non sono bravo lì. Nell'attesa di una tua certa risposta ti ringrazio in anticipo!--Lodewijk Vadacchino 12:47, 14 Diċembru 2008 (UTC)
[editja] Tibdil Riċenti
Bħalissa Speċjali:TibdilRiċenti tidher sewwa. Ma nafx eżatt x'inhi l-problema. L-unika problema li jien sibt illum rigward din il-paġna speċjali kienet li ma kinitx qed tidher għal ftit, imma wara reġgħet bdiet tidher. Nispera li għintek. Jekk le erġa ikkuntatjani. Il-Milied u s-sena t-tajba lilek ukol!! Chrisportelli (d) 18:25, 23 Diċembru 2008 (UTC)
- Għażiż Leli (u Chris), mill-ewwel darba li irrapurtajt difett fit-"Tibdil Riċenti" l-hawn innutajt li funzjonijiet kunnessi ma dawk l'ispazji ta' l'isem li ġew maqluba għal-malti (specjali, diskussjoni_utent u għajnuna) minn ħin għal-ieħor mhux qed jaħdmu sew. Per eżempju illum fl-22:39 speċjali:TibdilRiċenti reġa ma kienx qed jaħdem. Peress li m'inhix involut fix-xogħol tal-lokalizazzjoni ma nistax ngħid x'qed jiġri. Żewġ utenti oħra bagħtu messaġġ b'rikjesta simili u għalekk ser nieħu ftit-ħin għada nara x'qed jiġri. Il-festi t-tajba lilek wkoll :)) --Joelemaltais 22:46, 25 Diċembru 2008 (UTC)
- Leli, erġajt ftaħt ir-rapport kunness ma speċjali:TibdilRiċenti 16687.Insellimlek, --Joelemaltais 09:50, 26 Diċembru 2008 (UTC)
Grazzi Joe.
[editja] Il-paġna tiegħi
Il-paġna tal-utent tiegħi issa vojta u mhemmx rekord ta' x'ġara fil-kronoloġija! Tista' tgħin?
Leli Forte 17:56, 25 Diċembru 2008 (UTC)
- c.f.Diskussjoni_utent:Joelemaltais, https://bugzilla.wikimedia.org/show_bug.cgi?id=16800 --Joelemaltais 14:28, 26 Diċembru 2008 (UTC)
- Mexxejt il-paġna personali u l'istorja tal-paġna mill-ispazju tal-isem 'broken'. Neħħejt wkoll ir-rindirizz redundanti u mexxejt id-diskussjoni tiegħek, fliemkien ma l'istorja tal-paġna, fejn suppost :)) --Joelemaltais 14:57, 26 Diċembru 2008 (UTC)
[editja] Prosit!
Nixtieq ngħidlek prosit tal-kontribuzzjonijiet kbar u eċċellenti li għamilt fuq il-Wikipedija. Diversi artikli dwar bijografiji ta' nies li ħallew marka fl-istorja ta' diversi setturi huma ta' kwalità tajba u li tieħu gost taqrahom. Kompli sejjer hekk. Hawnhekk qed nagħtik barnstar li tingħatha lil xi utenti li jagħmlu xogħol iebes u siwi b'kontribuzzjonijiet tajbin fuq il-wiki, u din l-"istilla" għandha sservi ta' rikonxximent da parti tal-komunità Maltija lejk. Prosit u kompli sejjer hekk!! –Chrisportelli (d) 05:13, 31 Marzu 2009 (UTC)
- Grazzi ħafna għall-kumpliment, però nixtieq li kien hemm iżjed bħalna! Forsi fis-sajf in-nies ikollhom iżjed ħin. Sadatant inkomplu nagħmlu li nistgħu. Qed nipprova kemm nista' nżid mal-artikli xjentifiċi (l-iżjed Matematika u Fiżika) imma dawn diffiċli u allura bejniethom nikteb artikli oħra. Bhal issa qed nikteb fuq Charles Darwin billi dis-sena hi t-tieni ċentinarju minn twelidu. Awguri. Leli Forte 08:26, 1 April 2009 (UTC)
[editja] Proposti għall-vetrina
Biex ikollna mod formali kif ninnominaw artikli għall-vetrina, dan l-aħħar ħdimt fuq il-paġna u l-mudell għal dan il-proċess. Tista' tagħmel użu għal dan permezz tal-mudell {{kandidat vetrina}} u taqra l-istruzzjonijiet fuq Wikipedija:Vetrina/Senjalazzjonijiet. Grazzi! —Chrisportelli (d) 13:01, 9 Mejju 2009 (UTC)
Grazzi.Leli Forte (d) 14:59, 9 Mejju 2009 (UTC)
- Il-mudell {{kandidat vetrina}} jrid dejjem jitpoġġa fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu li trid tinnomina. Jien irranġajthomlok. Issa, biex tinnomina ż-żewġ artikli mur fuq il-paġna ta' diskussjoni ta' Isaac Newton u ta' Ludwig van Beethoven u hemmhekk agħfas il-ħolqa l-ħamra li tgħid "tibda n-nominazzjoni". Hemhekk segwi l-istruzzjonijiet. X'ħin tlesti agħfas biex issalva l-paġna u mur fuq Wikipedija:Vetrina/Senjalazzjonijiet u hemmhekk żid fil-lista tan-Nominazzjonijiet is-sintassi {{Wikipedija:Vetrina/Senjalazzjonijiet/Isaac Newton}} u {{Wikipedija:Vetrina/Senjalazzjonijiet/Ludwig van Beethoven}}. Dan tal-aħħar agħmlu wara li tkun lestejt il-paġna tan-nominazzjoni taż-żewġ artikli. —Chrisportelli (d) 17:35, 9 Mejju 2009 (UTC)
- Nissuġġerilek li tibda n-nominazzjoni tal-artiklu Isaac Newton. —Chrisportelli (d) 14:38, 13 Ġunju 2009 (UTC)
[editja] Isaac Newton
Kont bi ħsiebni nibda nagħmel xi modifiki fuq dan l-artiklu, sabiex inkunu nistgħu ntellgħuh fil-vetrina. X'taħseb? —Chrisportelli (d) 11:27, 21 Ġunju 2009 (UTC)
- Idea tajba, però noqgħodu attenti meta tidħol il-matematika etċ.
- Idea oħra: tista' tirranġa li l-paġni mill-vetrina jidhru fil-paġna prinċipali każwalment?
- Awguri.Leli Forte (d) 14:36, 21 Ġunju 2009 (UTC)
-
- X'jiġifieri eżatt każwalment? Qisu random? Ma nafx eżatt... naħseb nistgħu nagħmluha però l-ewwel ħaġa rridu nżommu mal-format tal-vetrina tal-Wikipediji l-oħra (li jidhru għal perjodu speċifiku) u t-tieni għax irridu nkunu ċerti tal-kwalità tal-artikli li nuru fil-vetrina. —Chrisportelli (d) 15:58, 21 Ġunju 2009 (UTC)
Iva, każwalment hi randomly. Jekk l-artikli jkunu fil-vetrina ġa nkunu aċċertajna l-kwalità. L-idea tiegħi li billi jkollna ftit fil-vetrina mhux dejjem nuru l-istess wieħed. Leli Forte (d) 18:12, 21 Ġunju 2009 (UTC)
- Jien kont tal-idea li nbiddlu l-artiklu kull ġimgħatejn jew perjodu ieħor. Jien naraha li jekk l-artiklu jiġi mibdul prattikament kull darba li tagħmel refresh, se jkun tedjanti għall-qarrej, għax jista' jiġri li tagħmel kemm tagħmel refresh xi drabi se jibqa' jidher l-istess artiklu. Aħna rridu naqblu mal-istess sistemi ta' vetrina li jintużaw fuq il-wikis l-oħra. S'issa għadni ma nafx liema Wikipedija tagħmel użu minn vetrina li turi artikli każwali. —Chrisportelli (d) 18:21, 21 Ġunju 2009 (UTC)
[editja] Aggiornamento Campora San Giovanni in maltese
Ciao Leli, sono un utente nativo di Campora San Giovannni. ti scrivo se per cortesia potresti aggiornare la pagina di wikipedia con alcune news che ho inserito in quella inglese e italiana.....compresa di foto.....se hai bisogno di qualche favore in cambio io sono qui.....a buon rendere!--Lodewijk Vadacchino (d) 17:22, 8 Lulju 2009 (UTC)
[editja] Grazzi
Nixtieq nirringrazzjak tar-reviżjoni li għamilt fuq l-artiklu Struttura .NET. Għalkemm jien it-traduttur prinċipali għall-paġni .NET napprezza ħafna l-għajnuna tiegħek u għandek il-permess mingħandi biex tagħmel il-modifiki. Grazzi ukoll talli stennejt rispota mingħandi fil-paġna tad-diskusssjoni tal-paġna rigward iż-żewġ argumenti u talli fhimt ir-raġuni li kelli fuq il-kelma Assemblea.
Dylan Borg (d) 08:56, 8 Awwissu 2009 (UTC)
[editja] Translation of a short story
Hi my friend!
You translated the article of my village, Ecser. I would like to request something from you. Yes, translation, again. I hope, it's not a bad thing for you. Some years ago I wrote a (really) short story about a lonely man (actually symbolized the Saami nation). I translated into some languages and I thought, it would be great to have it more, like also in Malti :) I made this page, the English / Italian / Arabic translation is somewhere there. You can put the Malti translation there. Thank you again! Sorry for my disturb... again :( - hu:User:Eino81
[editja] No Problem
No problem. Jhendin (d) 22:53, 4 Ġunju 2010 (UTC)
[editja] Almanakk
Il-bieraħ ġiet imnedija Paġna prinċipali ġdida bi grafika ġdida. Naf li inti l-kontributur ewlieni għall-Almanakk, u bil-bidla li saret se teffettwa l-format tal-almanakk. Nissuġġerilek tuża' l-mudell {{PaġnaPrinċipali/Almanakk/Mudell}} sabiex iddaħħal l-almanakki tal-ġranet. Il-parametri ewlenin tal-mudell huma:
{{PaġnaPrinċipali/Almanakk/Mudell
|data =
|stampa =
|daqs = <!-- awtomatikament tkun 95px -->
|deskrizzjoni = <!-- id-deskrizzjoni tal-istampa meta wieħed iserraħ il-maws fuqha -->
|ġrajjiet =
|twelid =
|imwiet =
|kommemorazzjonijiet =
}}
Il-mudell tal-5 ta' Settembru diġà ġie mbiddel għall-format il-ġdid. Jekk tiċċekkja s-sors tiegħu tara sewwa sew kif inhu; tista' tinduna wkoll bil-parametru opzjonali ġranet u dan jiġi wżat biex isiru ħoloq għall-almanakk ta' ħames ġranet riċenti, ie. jekk hu l-5 ta' Settembru, il-ġranet ikunu t-3, ir-4, il-5, is-6 u s-7 ta' Settembru. Jekk ikollok bżonn xi għajnuna jew għandek xi dubji fuq il-format il-ġdid ikkuntatjani. Grazzi u l-ħidma t-tajba. —Chrisportelli (d) 11:56, 29 Lulju 2010 (UTC)
- Chris, għamilt 6/9 kif xtaqt imma noqgħodu attenti milli noħolqu iżjed xogħol mill nifilħu. Nawguralek! Leli Forte (d) 21:30, 29 Lulju 2010 (UTC)
[editja] Artikli fil-vetrina
Nissuġerilek sabiex tibda n-nominazzjoni għall-vetrina għal kull artiklu nominat billi tagħfas fuq il-ħolqa l-ħamra ;) —Chrisportelli (d) 14:02, 30 Marzu 2011 (UTC)
[editja] Stella Mwangi
Hi could you help me translate the Stella Mwangi article into Maltese?. Chrisportelli has halped alot but he is not arround right now it seems. cheers.--90.225.122.124 18:55, 9 Mejju 2011 (UTC)
