Diskussjoni:Ludwig van Beethoven

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Artiklu fil-vetrina Ludwig van Beethoven hu artiklu fil-Vetrina; dan l-artiklu (jew verżjoni preċedenti tiegħu) ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa artikli prodotti mill-komunità tal-Wikipedija. Anke jekk għandu dan l-istatus, inti tista' taġġornah u ttejbu, dejjem b'fini tajba.
Paġna Prinċipali

Il-verżjoni tal-artiklu tal-31 ta' Mejju 2009 dehret fil-Paġna prinċipali tal-Wikipedija Maltija matul ix-xahar ta' Ġunju 2009.

Diskussjoni[immodifika s-sors]

  • daħħalaha jew daħħalha?
  • Kliem bħal Mozartina, Baruni u Prinċep naħseb dawn iridu jinkitbu bl-ewwel ittra kapitali
  • Fl-1796 Beethoven mar fuq dawra jagħti l-kunċerti li ħaditu minn Vjenna sa Berlin [...] — il-kelma "dawra" naraha wisq dgħajfa biex tispjega l-veru sinjifikat. Ma nafx x'nistgħu nużaw għax bil-Malti naħseb m'għandniex kelma għal tour jew kliem relatati. Forsi tûr tkun għażla tajba, però ma nafx jekk jeżistix dan l-aċċent (^) fil-Malti. —Chrisportelli (d) 05:47, 16 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Għażilt "dawra" għax ma stajtx insib kelma aħjar, però "tur" ma tantx toġgħobni lanqas. Dawn fil-lingwi l-oħra.

Taljan: Nel 1796 Beethoven intraprese un giro di concerti
Franċiż: Beethoven entreprend une tournée de concerts qui le mène

Saħħiet
Leli Forte (d) 10:03, 19 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Chris
Grazzi talli qed tifli u tikkoreġi Ludwig van Beethoven. Naqbel mal-modifikazzjonijiet kważi kollha imma għandi xi dubji fuq xi wħud:

Suggeriment: Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta wasal biex jgħid:
Ara

Taljan: Egli ha meritato nei primi anni del Novecento la celebre affermazione dello scrittore e Premio Nobel Romain Rolland
Franċiż: il a mérité cette affirmation de Romain Rolland:
  • (jew Nhar il-mewt ta' Joseph II jew Nhar il-miġja ta' Leopold II)/(jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II)

Mhux aħjar inżommu l-ismijiet oriġinall Ġermaniżi Joseph u Leopold?

  • durabbli/twila

"twila" dgħajfa wisq minflok "durabbli". "durevoli"?

  • tqassir ta' Numru

Għaliex mhux Nu?

  • "virtuoso" huwa terminu tekniku fil-mużika u m'għandux jiġi ttradott! L-stess "virtuosità"
  • fl-ischerzo/fl-ischerzo. Billi scherzo hi kelma Taljana m'għandnix ngħaqqdu l-i tal-leħen magħha.
  • għixien/għajxien

Busuttil jagħti "għixien"

  • Il-perijodu msejjaħ Erojku/Il-perjodu tal-Erojku

"Erojku" hawn aġġettiv.
Ara

Taljan:il periodo detto eroico
Franċiż:la période Héroïque

Awguri
Leli Forte (d) 11:37, 18 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

  • Fuq l-ismijiet tal-imperaturi u rejiet naħseb aħjar li nsibu verżjoni ta' isimhom bil-Malti bħalma użajna per eżempju għal Napuljun I, Alessandru II, etċ. F'ċerti każi fejn ma nsibux sostituti bil-Malti, naqbel li għandna nużaw l-ismijiet oriġinali, però mhux għad-detriment tal-istess ismijiet bil-Malti.
  • Fil-Malti durabbli ma tantx tintuża' u naħseb f'dan il-każ twila qed isservi tajba. Kellha idea li forsi nużaw persistenti imma din tal-aħħar naraha wisq imperattiva.
  • Fuq li nużaw Nu qalb l-artiklu ma narahiex bħala idea ħażina, anzi, idea tajba ħafna. Imma, ma nissuġġerixix din l-abrevjazzjoni għal isem ta' artiklu (jiġifieri meta nkunu se nagħmlu ħolqa għal paġna oħra) — jew nużaw n. jew nu.. L-aħħar waħda naraha aħjar.
  • Fuq virtuż, ninsab f'dilemma jekk għandniex nużaw virtuoso jew virtuż. Ipproponejt l-aħħar waħda għax x'ħin iċċekjajt virtuoso fuq il-wiki Ingliża, rajt li diversi lingwi ma jużawx din il-kelma, u forsi jkun aħjar li nadottaw kelma għalina bil-Malti. La teżisti virtuż bil-Malti, u li tagħti tifsira wkoll għall-mużika, nużawha hux. Dan ma jfissirx li fil-ktiba tagħna nevitaw li nsemmu virtuoso.
  • Fuq għixien, jien minn dejjem rajtha għajxien... fil-każ insaqsu lil Rmjd.
  • F'dik il-parti Erojku hu referenza għas-sinfonija numru 3 li Beethoven kiteb; għalhekk trid tibqa' "tal-Erojku". —Chrisportelli (d) 13:53, 18 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Ħa nikkummenta xi ftit fuq il-punti li għamiltu hawn:

  • Naqbel perfettament li l-ismijiet tal-imperaturi u rejiet jinkitbu bil-Malti, din m'għandhiex tkun biċċa xogħol kbira peress li ssoltu naqbdu l-isem Taljan u naddattawh għall-Malti jekk ma jkunx jeżisti jew ma jkunx komuni bil-Malti.
  • Flok "durabbli" tista' forsi tgħid "dejjiema" jew "li tibqa'"?
  • Jiena f'testi Maltin it-taqsira ta' "numru" dejjem rajtha miktuba "nru.", naħseb qatt ma rajtha "nu." jew "n." (sibt dan l-eżempju http://www.doi.gov.mt/en/legalnotices/2009/03/LN73.pdf)
  • Naħseb li l-kelma "virtuoso" daħlet f'bosta lingwi u toħroġ is-sens kollhu tat-tifsira tagħha.
  • Aquilina jagħti "għajxien", u dejjem hekk rajtha wkoll infatti.

Nispera li għint b'xi mod :) --Rmjd (d) 15:13, 18 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi Rmjd. Leli Forte (d) 15:35, 18 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Naqbel ma' Rmjd li nużaw "nru." u nħallu "virtuoso" Leli Forte (d) 10:07, 19 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]


Diffikultajiet oħra:
Taħsbu li għandna nużaw Renanja minflok Rhineland. La nużaw Renu, m'għandniex nara għala m'għandniex nużawha. Naraha tistona mal-artiklu jekk nużaw Rhineland. Dan is-sit [1] jużaha.
Bil-Malti ma ngħidx li teżisti Pajjiżi Baxxi. Bil-Malti, kemm biex nirreferu għal Holland u anki għal Netherlands nużaw Olanda. —Chrisportelli (d) 16:39, 31 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Fil-fatti, il-kelma li użajt hi "Rheinland" (bil-Ġermaniż) mhux "Rhineland". Ma nafx liema hi l-aħjar, forsi nużaw "Renanja" u nagħmlu nota tiddeskrivi fejn hi.
Il-ħbieb tiegħi mill-Pjjiżi Baxxi jieħdu għalihom jekk insejjaħ 'il pajjiżhom Holland għax fil-fatti Holland hi provinċja waħda mill-pajjiż!
Leli Forte (d) 17:56, 31 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Leli, l'użu ta' ismijiet oriġinali jiġi preferut f'linjigwida ta'ħafna lingwi u f'gwidi ta' edizzjonijiet oħra tal-wikipedija (cf. w:en:Wikipedia:COMMONNAME#Use_English_words). Sakemm m'hemx isem bi-Malti li għandu tradizzjoni ta' użu jew li qabad sew inhalliha "Rheinland". --Joelemaltais (d) 19:07, 31 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]