Dwari
Merħba fil-paġna tal-utent tiegħi. Jiena Christopher Portelli mir-Rabat, Għawdex. Twelidt fil-25 ta' April 1992 (17-il sena) u nattendi ċ-Ċentru Sir MA Refalo ġewwa l-istess Rabat, Għawdex. L-interessi tiegħi huma l-aktar l-isport, l-istorja, l-informatika, u l-mużika. Jekk tridu tgħidu xi kelma, żuru l-paġna ta' diskussjoni, u ħallu l-kummenti tagħkom.
Fuq mt.wiki
Ilni fuq mt.wiki ftit iktar minn sentejn u f'dan il-perjodu rnexxieli nagħmel numru kbir ta' kontribuzzjonijiet biex ngħin dan il-proġett jestendi ruħu. Wara li l-ewwel kandidatura għal amministratur ma kinitx ta' suċċess, fl-4 ta' Novembru 2008 inħtart bħala r-raba' amministratur ta' din il-wiki wara t-tieni kandidatura. Nixtieq li fuq din il-Wikipedija ikun hawn hawn aktar utenti attivi u artikli ta' standard.
Barra minn hekk, nhar is-6 ta' Awwissu 2009 ġejt maħtur bħala amministratur temporanju fuq il-proġett sieħeb tal-Wikipedija — il-Wikizzjunarju.
Kontribuzzjonijiet
Dawn huma paġni li qiegħed attwalment naħdem fuqhom u anki dawk li nixtieq li jsiru fil-futur qarib:
Kwotazzjonijiet
Dawn huma ftit kwotazzjonijiet li jistgħu jolqtu l-interessi tagħkom:
“ Mużika u silenzju... flimkien jikkomibinaw b'mod qawwi minħabba li l-mużika ssir bis-silenzju, u s-silenzju hu mimli mużika ”
“ Il-ħajja għandha valur sakemm wieħed jattribwixxi valur għall-ħajja tal-oħrajn, permezz tal-imħabba, il-ħbiberija, ir-rabja u l-kompassjoni. ”
“ Jekk ma tasalx biex tagħmel l-għarfien bħala l-qaddej tiegħek, għamlu ħabibek. ”
“ Biex issalva d-dinja hemm bżonn il-fidi u l-kuraġġ: fidi fir-raġuni, u kuraġġ li tipproklama liema raġuni tidher li hi vera ”
Paġni ta' interess
Dawn il-ħoloq għandkom issibuhom interessanti waqt li qegħdin tesploraw lill-Wikipedija.
Dawn huma ħoloq oħra barra l-Wikipedija. Jekk għandek xi ħolqa relatata mal-Malti, ipproponiha fil-paġna ta' diskussjoni personali.
| Din hi paġna personali ta' utent reġistrat mal-Wikipedija.
Dan mhuwiex artiklu ta' enċiklopedija. Jekk issibu din il-paġna fuq sit ieħor minbarra l-Wikipedija tkunu qegħdin taraw klone. F'dak il-każ, hemm ċans li l-paġna ma tkunx aġġornata u b'hekk l-utent ma jintgħarafx. Jista' jagħti l-każ li l-utent la japprezza u lanqas ikun irid affiljazzjoni mas-sit li qed taraw. Il-paġna oriġinali tinsab hawn http://mt.wikipedia.org/wiki/Utent:Chrisportelli.
|