Wikipedija:Amministraturi/Kandidati

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Talba għall-Amministrazzjoni (TgħA) u Talba għall-Burokrazija (TgħB) huma proċessi fejn il-komunità tagħmel għażla min għandu jsir amministratur (magħrufin ukoll bħala Operaturi tas-Sistema) u dawk li għandhom ikunu burokrati. Dawn huma utenti b'aċċess għall-faċċilitajiet tekniċi miżjuda li jgħinuhom fil-manteniment tal-Wikipedija. Utent jista' jew japplika huwa stess għal kandidatura jew jiġi nnominat minn utent ieħor. Jekk jogħġbok qabel ma tapplika kun familjari mal-gwida għall-amministraturi, Lista tal-Qari għall-amministraturi u Argumenti li għandhek tevita.

Werrej

[editja] Dwar TgħA

Il-komunità tagħti l-pożizzjoni ta' amministratur 'il dawk l-utenti l-aktar avdati, u għalhekk dawk nominati għandhom ikunu ilhom biżżejjed fuq il-wikipedija sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni jekk dawn l-utenti m'humiex onesti. Amministraturi għandhom ikunu ddixiplinati ħafna minħabba li utenti oħra dduru lejhom ta' spiss għal għajnuna u avviżi.

Standàrd Meħtieġa għan-nominazzjoni
M'hemm l-ebda kundizzjonijiet sabiex isir amministratur, minbarra li jkollhok kont u livell ta' fedelità mal-utenti l-oħrajn. Il-Komunità tħares lejn varjetà ta' fattizzi tal-kandidat, u kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu dwar dan; per eżempju dwar xiex il-komunità qegħda tfittex, jinsabu hawn TgħA b'Suċċess u oħrajn TgħA bla Suċċess.
Proċess għall-deċiżjoni
Kwalunkwe utent jista' jiġi nominat b'kont. Nominazzjonijiet personali huma permessa. Jekk inti inċert jekk m'għandhekx tinnomina lilhek innifsek għal amministrazzjoni, inti tista' tikonsulta mal-taħriġ għal-amministrazzjoni l-ewwel, sabiex jkollhok idea x'taħseb il-komunità dwar it-talba tiegħek. Tista' ukoll tesplora adozzjoni minn utent aktar esperjenzat. Nominazzjonijiet għandhom jibqgħu ippustjata għall-sebgħa t'ijiem miż-żmien ta' nominazzjoni, fejn matul dan iż-żmien l-utenti jagħtu l-opinjoni, jistaqsu mistoqsijiet u jagħmlu kummenti. Fl-aħħar tal-perjodu, burokrat jara d-diskussjoni biex jara jekk m'hemmx kunsens għall-promozzjoni.
Burokrati għandhom l-awtorità li jagħlqu nominazzjonijiet kmieni, jekk il-każ ta' promozzjoni huwa minimu u ma jarawx benefiċċju li jħallu l-applikazzjoni miftuħa. Borukrati biss jistgħu jagħlqu nominazzjonijiet bħala promozzjoni definitiva, iżda kull utent jista' jagħlaq talba li m'għandix ċans li tgħaddi; jekk jogħġbok tagħlaqx talb li int tkun ħadt sehem fih. Fil-każ ta' vandalizmu, formatjar ħażin jew irtirar ta' nominazzjoni, dawk li m'humiex burokrati jistgħu ineħħu n-nominazzjoni mill-lista, però għandhom iħallu nota mal-kandidat, u jekk neċessarju żżidu t-talba ma' TgħA bla Suċċess
F'każijiet eċċezzjonali, burokrati jestendu t-TgħA għal aktar minn sebgħa t'ijiem jew jerġaw jibdew in-nominazzjoni sabiex jagħmlu l-kunsens aktar ċar. Jekk in-nominazzjoni tiegħek ma tgħaddix, stenna perjodu raġunevoli qabel terġa' tinnomina lilhek innifsek jew taċċeta nominazzjoni oħra. Ftit kandidati irnexxilhom f'xahar, filwaqt li oħrajn jippreferu jistennew xhur qabel ma jerġaw japplikaw.
Espressjoni tal-opinjonijiet
Kull wikipedjan b'kont huwa merħba li jikkumenta fis-sezzjonijiet Appoġġja, Opponi jew Newtrali. Il-Kandidat jista' jirrispondi l-kummenti ta' oħrajn. Ċerta kummenti jistgħu jiġu mwarrba jekk hemm suspett ta' fraudi; dawn jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ta' utenti ġodda, "sockpuppets", u "meatpuppets". Jekk jogħġbok spjega l-opinjoni tiegħek billi tinkludi spjegazzjoni żgħira tar-raġunament tiegħek. Il-kontribuzzjoni tiegħek tkun aktar kredibli jekk idaħħal evidenża f'dak li qiegħed tgħid.
Biex iżżid kumment. Agħfas il-link "Semma l-vuċi tiegħek" għal kandidat relevanti. Kull persuna, li jinkludu dawk li m'ghandhomx kont u/jew m'humiex logged in, huma invitati li jiparteċipaw fis-sezzjoni tal-kummenti u jistaqsu mistoqsijiet. Ftakar dejjem għandhek tkun ċivili lejn l-oħrajn fil-kummenti tiegħek. Argumenti li għandhek tevita.

[editja] Kif tinnomina

Nominazzjonijiet irridu jkunu aċċettati mill-utent li qiegħed jieħu sehem. Jekk tixtieq tinnomina utent, agħmel kuntatt magħhom l-ewwel qabel ma tagħmel il-paġna tan-nominazzjoni. Jekk jaċċettaw, oħloq in-nominazzjoni u staqsihom jaċċettaw l-istediena. Biex tinnomina jew lilhek jew utent ieħor għall-amministrazzjoni segwi dawn l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna. in-nominazzjoni tista' tkun ikkonsidrata "malformata" u tista' tiġi imneħħa jekk ma issegwix dawn l-istruzzjonijiet jew traskluża b'mod tajjeb fil-paġna tal-kandidati.


[editja] TgħA kurrenti

Bħalissa l-ħin huwa 07:06:34, 12 Novembru 2009 (UTC)

Żvojta l-cache jekk in-nominazzjonijiet mhux qegħdin jiġu aġġornati.