Wikipedija:Politika dwar il-protezzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Green check.svg Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Abbrevjazzjonijiet
WP:PROT
WP:PROTEZZJONI

Waħda mill-funzjonalità tal-amministraturi hi dik li tagħtihom il-permess li "jipproteġu" l-paġni fejn b'hekk jimpedixxu ċerti operazzjonijiet fuq l-istess paġna.

Jintużaw diversi livelli ta' protezzjoni:

  • Protezzjoni kompluta: ma tħallix li jsiru modifiki fuq il-paġna minn ħadd, minbarra l-amministraturi. Fajls multimedjali li huma totalment protetti ma jistgħux jittellgħulhom verżjoni ġdida tagħhom.
  • Protezzjoni parzjali: (li tissejjaħ ukoll "semi-protezzjoni") il-modifika hi permessa biss lil utenti reġistrati iktar minn erbat ijiem.
  • Protezzjoni miċ-ċaqlieq: tipproteġi l-paġna minn ċaqlieq
  • Protezzjoni mill-ħolqien: ma tħallix li paġna li tkun ġiet imħassra terġa' tiġi moħluqa.

F'każ ta' paġna protetta, il-kelma "editja" li tinsab fit-tielet għażla tal-menù ta' fuq ta' kull paġna modifikabbli, issir "ara l-fonti".

Regoli ġenerali[editja]

  • Il-protezzjoni tal-paġna trid tiġi wżata biss f'ċirkostanzi li huma definiti, minħabba li din tillimita l-użu normali tal-Wikipedija. Il-Wikipedija hi enċiklopedija miftuħa għall-kontribuzzjonijiet ta' kwalunkwe persuna u l-limitazzjoni, anki parzjali, ta' dan il-prinċipju fundamentali jrid ikun fundat fuq esiġenzi ta' sigurtà konkreti u gravi.
  • Il-motiv għal protezzjoni ta' paġna irid ikun dejjem preċiżat fil-kaxxa relattiva b'mod li tkun tista' tinqara fil-log tal-protezzjoni
  • Il-protezzjoni tal-paġni m'għandhiex tkun użata bħala miżura "preventiva" biex tipproteġi paġni li jkunu viżitati ħafna (per eżempju minħabba li għandhom x'jaqsmu ma' avvenimenti ta' kronaka jew minħabba li jkunu riveduti minn sit estern). Hu preferut li f'dan il-każ il-paġna ma tiġix protetta u hu aħjar li kieku żżidha ma' lista t'osservazzjoni personali, fejn b'hekk tkun tista' żżomm ħarstek fuq dak li jkun qed isir u tkun tista' taġixxi f'każ ta' vandaliżmi.
Padlock klódka ubt.JPG

Fil-waqt tal-protezzjoni, fuq il-parti ta' fuq tal-paġna trid tkun miżjuda t-template ta' avviż li tikkorispondi mat-tip ta' protezzjoni (ara Avviżi), fejn tispeċifika fis-Sommarju l-motiv tal-protezzjoni. Ikun aktar preferut li tagħti l-motiv ta' protezzjoni fil-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu, fejn tinvita lill-utenti biex isolvu l-argument f'dik il-paġna.

L-amministraturi ma jistgħux jipproteġu paġni li jaraw lilhom innifshom involuti fihom minħabba li jkunu effettwaw modifiki sostanzjali fil-paġna jew preċedentament esprimew opinjonijiet fuq il-kontenut tal-artiklu fuq il-paġna ta' diskussjoni. L-abilitajiet tal-amministraturi ma jagħtuhomx il-privileġġ fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kontenuti tal-artikli: l-amministratur li jkun irid jipproteġi artiklu u li jkun involut direttament fih, hu mitlub li jistaqsi l-intervent ta' amministratur ieħor (li attwalment hemm 5).

L-amministraturi jridu jastjenew milli jagħmlu modifiki fil-kontenut tal-paġna. Jekk, minħabba raġunijiet tekniċi jkun neċessarju li jiġu effetwati xi modifiki (żieda ta' xi template, korrezzjoni ta' link, korrezzjoni ta' kategoriji u similaritajiet), dawn iridu jkunu murija fil-kaxxa tas-Sommarju. Meta jkunu qed jimmodifikaw artiklu, l-amministraturi huma utenti bħall-oħrajn kollha u b'hekk, mhuwiex permess, li joperaw modifiki ta' kontenut li huwa projbit għall-utenti l-oħra, anki jekk, teknikament, huma jkollhom l-possibilità.

Protezzjoni kompleta[editja]

L-artikli li huma kompletament protetti huma senjalati, fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin, b'din l-ikona

Paġna li hi bi protezzjoni kompluta tista' tkun modifikata biss mill-amministraturi. Il-protezzjoni tista' tkun ta' perjodu limitat, bħal 7 jew 14-il ġurnata, jew tista' tista' tiskadi f'ċertu ħin.

Kull modifika fuq paġna bi protezzjoni kompluta trid tiġi diskussa fuq il-paġna ta' diskussjoni tagħha jew fuq forum ieħor approprjat. Meta jintlaħaq kunsens fuq il-bidla, amministratur partikulari jista' jagħmel l-modifiki neċessarji fuq il-paġna protetta.

Argumenti fuq il-kontenut[editja]

Fuq paġni li qed jesperjenzaw gwerra tal-editjar, protezzjoni kompluta temporanja tinforza biex jiġu diskussi l-modifiki tagħhom fuq il-paġna ta' diskussjoni, fejn hemmhekk jistgħu jilħqu kunsens. Inċidenti iżolati ta' gwerra tal-editjar, u kunflitti persistenti minn utenti partikulari, ikunu aħjar li jkunu indirizzati b'imblukkar, biex ma jkunx impedit modifikazzjoni normali tal-paġna minn oħrajn.

Meta tipproteġi paġna minħabba argument fuq il-kontenut, l-amministraturi normalment jipproteġu l-verżjoni kurrenti, minbarra meta l-verżjoni kurrenti jkollha kontenut li tkun tivvjola biċ-ċar l-politika tal-kontenut, bħal vandaliżmu u vjolazzjoni tal-copyright. Paġni li jkunu protetti minħabba argumenti fuq il-kontenut m'għandhomx ikunu modifikati minbarra biex isiru xi tibdil li ma jkunux jikkonċernaw dak l-argument, jew biex isir tibdil li fih hemm kunsens ċar. Amministraturi m'għandhomx jipproteġu jew ma jipproteġux paġna biex jallargaw il-pożizzjoni tagħha f'argument tal-kontenut.

Protezzjoni tal-paġna ta' diskussjoni[editja]

L-amministraturi jistgħu jipproteġu paġna ta' diskussjoni ta' utent imblukkat jekk il-paġna tkun qed tiġi wżata għal modifikazzjoni inapproprjata. Din tinkludi abbużi ripetuti fuq it-template {{żblukkar}}, jew rimarki offensivi u inċivili kontinwi. Jekk il-blokk hi ta' perjodu indefenit, il-protezzjoni tista' tkun l-istess.

Protezzjoni parzjali[editja]

L-artikli li huma semi-protetti huma senjalati, fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin, b'din l-ikona

Il-protezzjoni parzjali hi wżata meta paġna tkun suġġett għall-atti gravi ta' vandaliżmu min-naħa ta' utenti anonimi u m'hemmx soluzzjonijiet oħra possibli (per eżempju l-imblukkar ta' IP). Jekk il-vandaliżmi jduru madwar sett ta' IP statiċi li joqogħdu jippersegwitaw paġna partikulari, is-soluzzjoni preferibbli tkun dik tal-imblukkar.

L-amministraturi jistgħu jaġixxu b'inizzjativa proprja, meta jindunaw personalment bil-problema, jew inkella minn senjalazzjoni ta' utent. Hu rakkomandat li l-protezzjoni parzjali tinżamm attiva għal perjodi qosra.

L-għan tal-mekkaniżmu ta' protezzjoni parzjali hu dak li jikkunsenti titjib fil-modifiki anki fil-preżenza ta' problema gravi ta' vandaliżmu legat ma' paġna. Hu stmat li f'ċerti każi, anki jekk il-proċedura hi teknikament possibli, mhijiex l-istrument adattat:

  • M'għandhiex tiġi wżata biex tikkumbati l-każi ta' gwerra tal-editjar jew il-gwerer ta' revert li jinvolvu lil utenti reġistrati u utenti anonimi.
  • Mhijiex miżura preventiva biex tevita vandaliżmi eventwali, relatati per eżempju mal-fatt li xi paġni jispiċċaw taħt għajnejn ta' ħafna nies minħabba avvenimenti kurrenti jew inkella minħabba li jkunu ppuntaw lejhom frekwentament minn diversi siti. Tintuża' biss għal xi templates li huma wżati ħafna, jekk ma tkunx neċessarja l-protezzjoni kompluta.
  • Mhijiex miżura ġeneralizzata biex timpedixxi l-modifiki min-naħa tal-anonimi u ma tirrapreżentax soluzzjoni għal każijiet ta' vandaliżmu żgħir.
  • M'għandhiex tirrigwarda l-paġni ta' diskussjoni, kemm jekk huma tal-artikli u anki tal-utenti, b'eċċezzjoni jekk ikunu għal xi każi estremi.

Protezzjoni miċ-ċaqlieq[editja]

L-artikli li huma protetti miċ-ċaqlieq huma senjalati, fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin, b'din l-ikona

Paġni li huma protetti miċ-ċaqlieq ma jistgħux jitmexxew għal titlu ġdida, minbarra minn amministratur. Il-protezzjoni miċ-ċaqlieq hi ġeneralment applikata lil:

  • Paġni li huma suġġetti għal vandaliżmu persistenti taċ-ċaqlieq tal-paġna.
  • Paġni li huma suġġetti għal argument fuq l-isem tal-paġna.
  • Paġni viżibbli li m'għandhom l-ebda raġuni li jitmexxew.

Awtomatikament, paġni li huma bi protezzjoni kompluta huma wkoll protetti miċ-ċaqlieq. Jekk paġna protetta tkun immexxija minn amministratur, il-paġna tiġi protetta fil-lokazzjoni l-ġdida, imma r-redirect tal-lokazzjoni l-oriġinali ma tkunx protetta.

Bħall-protezzjoni kompluta, l-amministraturi jridu jevitaw li jiffavorixxu isem fuq ħaddieħor, u l-protezzjoni m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala approvazzjoni tal-isem kurrenti.

Protezzjoni mill-ħolqien[editja]

L-artikli li huma protetti mill-ħolqien huma senjalati, fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin, b'din l-ikona

Paġni li ma jeżistux jistgħu jkunu protetti, għal kwalunkwe perjodu ta' ħin, jekk ikunu qed jiġu ripetutament rikreati wara t-tħassir tagħhom skond il-politika ta' tħassir. L-amministraturi jistgħu japplikaw protezzjoni lejn paġni ineżistenti bl-istess proċedura bħall-paġni l-oħra. Protezzjoni bħal din mhijiex sensittiva skond kif jinkitbu l-ktieb (jekk jinkitbux kapitali jew le). Lista ta' titli protetti tista' tinstab fuq Speċjali:TitliProtetti.

L-amministraturi ma jistgħux jużaw il-protezzjoni mill-ħolqien bħal miżura pre-matura, imma wara avvenimenti attwali. Restrizzjonijiet pre-maturi ta' titli ta' artikli ġodda jridu jkunu murija permezz tat-titleblacklist, li tippermetti għal protezzjoni aktar flessibli. Jekk xi kontributuri jkunu jridu li jerġgħu jikkreaw artiklu li jkunu protett mill-ħolqien tiegħu b'kontenut aktar approprjat iridu jikkuntatjaw amministratur.

Protezzjoni permanenti[editja]

L-artikli li huma protetti permanentament huma senjalati, fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin, b'din l-ikona

Xi partijiet tal-Wikipedija huma permanentament protetti mis-software tal-MediaWiki. L-ispazju tal-isem tal-MediaWiki, li jiddefenixxi partijiet tal-interfaċċa tas-sit, hu kompletament protett; l-amminisitraturi ma jistgħux ineħħu l-protezzjoni. Aktar minn hekk, il-paġni CSS u JavaScript tal-utent, bħal per eżempju Utent:Eżempju/monobook.css u Utent:Eżempju/cologneblue.js, huma awtomatikament protetti kompletament. Kontijiet li huma assoċjati ma' dawn il-paġni jew amministraturi biss għanndhom l-abilità li jimmodifikawhom. Din il-protezzjoni tapplika għal kwalunkwe sotto-paġna ta' utent bl-estenzjoni ".css" jew ".js", kemm jekk teżisti aspett grafiku (skin) tal-MediaWiki ekwivalenti jew le. L-amministraturi jistgħu jimmodifikaw dawn il-paġni, per eżempju, biex ineħħu xi kitba ta' utent li kienet użat b'mod inapproprjat.

Barra mill-protezzjoni ta' kodiċi tqil, l-amministraturi jistgħu jipproteġu paġni permanentament li jaqgħu f'waħda minn dawn il-kategoriji:

  • Paġni li huma viżibbli ħafna, bħall-Paġna prinċipali jew Stampa:Wiki.png.
  • Paġni li huma transklużi b'ħafna frekwenza, bħal {{tl}} jew {{ambox}}, biex tiġi prevenuta vandaliżmu. Din tinkludi immaġini jew templates li jiġu wżati f'paġni oħra viżibbli jew li jkunu transklużi frekwentament.
  • Paġni li ma jistgħux jiġu modifikati minħabba raġunijiet ta' copyright jew legali, bħaċ-Ċaħda ġenerali jew il-politika tal-liċenzja.

Rikjesta għal protezzjoni[editja]

Għal rikjesti ta' protezzjoni ta' paġni dawn għandhom jinkitbu fil-paġna Rikjesti għall-protezzjoni tal-paġna.

Avviżi[editja]

Avviżi li jistgħu jintużaw, skond il-każijiet:

Lista tal-paġni protetti[editja]

Lista tal-paġni protetti hi disponibbli fil-paġna jew fil-kategorija relattiva, li hi ġestibbli awtomatikament bl-użu tat-templates korrispondenti.

Jekk int amministratur u tipproteġi paġna jew, inkella, sibt paġna li mhix elenkata fil-kategorija, żid it-template korretta jew almenu żidha fil-kategorija stess. Deskrizzjoni qasira tal-motiv wara l-protezzjoni tal-paġna trid tkun imdaħħla fil-parti ta' fuq tal-paġna. Spjegazzjonijiet oħra u diskussjonijiet għandhom jinstabu fuq il-paġna ta' diskussjoni.

Ara wkoll[editja]

Ħoloq esterni[editja]