Għajnuna:Kif tirreġistra
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
Għajnuna
|
| Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna |
| Indiċi |
|
Kontenut |
| Ħoloq |
|
Politika u linji gwida |
Biex tirreġistra fuq mt.wiki ikklikkja fuq il-link Idħol jew oħloq kont ġdid li jidher fuq in-naħa ta' fuq, fir-rokna tal-lemin ta' kull paġna, jew inkella għafas hawn.
Werrej |
[editja] Isem tal-utent
Daħħal l-isem tal-utent u għażel password (din tiġi mitluba darbtejn biex tevita eventwali żbalji ta' battitura); x'ħin tlesti, daħħal ukoll l-indirizz e-mail u klikkja fuq Oħloq kont ġdid.
Ftakar li din l-operazzjoni irriversibbli; is-software ta' Wikipedia ma jippermettix it-tħassir ta' kontijiet imma biss l-assenjazzjoni ta' ismijiet ġodda.
[editja] Indirizz tal-email
Għandek tkun taf li m'hemmx bżonn iddaħħal indirizz tal-email, imma dan hu utli u ma jirrapreżenta l-ebda riskju minħabba li dan ma jkunx imxerred ma' l-ebda persuna mingħajr il-kunsens tiegħek.
Jekk speċifikajt indirizz validu u kkonfermajt l-eżistenza mas-server tal-Wikipedija, tista' tagħżel li tattiva l-funzjoni li tirċievi l-posta.
B'dan il-mod tista' tirċievi posta minn utenti oħra (mingħajr il-bżonn tal-utenti li jkunu jafu l-indirizz tiegħek), tikteb lil utenti oħra (f'dan il-każ l-indirizz jidher biex tkun tista' tagħti r-risposta), u biex tirkupra l-password jekk din għal xi raġuni ntilfet.
[editja] Test
Biex tevita lill-programmi wżati biex jagħmlu spamming billi jirreġistraw awtomatikament, ġie attivat filtru magħruf bħala captcha. Biex turi li int persuna ta' demm u l-laħam, int tiġi mistoqsi biex tinterpreta kelma miktuba b'forma konfuża u tiktibha f'kaxxa tal-kontroll. Din hi operazzjoni relativament faċli għal bniedem imma hi diffiċli għal programm.
Sfortunatament, dan it-test jista' jagħti xi diffikulta lill-utenti bi problemi ta' vista jew dawk li jużaw browser testwali jew fuq sinteżi vokali. Għal dan il-mument m'hux disponibbli mekkaniżmu alternattiv ieħor; jekk tixtieq tirreġistra fuq il-Wikipedija imma t-test joħloqlok problemi, ikkuntatja lill-amministraturi jew inkella ibgħat messaġġ fuq l-indirizz info-mt@wikimedia.org biex titlob assistenza.
[editja] Ftakar il-password
Jekk tagħżel l-opzjoni Ftakar il-password minn sessjoni għall-oħra ma jkollokx għalfejn iddaħħalha kull darba li tkun trid tidħol fil-Wikipedija minn fuq l-istess kompjuter. Tkun idea tajba li ma tagħżilx din l-opzjoni jekk il-kompjuter tiegħek jintuża minn iktar minn persuna waħda.
[editja] Irreġistrajt?
La darba tkun għamilt login, tkun tista' tikklikkja fuq il-ħolqa preferenzi biex tiftaħ il-paġna tal-kont tiegħek fejn tkun tista':
- timmodifika l-password
- timmodifika l-email tiegħek
- timmodifika il-viżwalizzazzjoni tat-tibdil riċenti
- timmodifika il-ħin viżwalizzat fit-tibdil riċenti
u ħafna iktar...
X'ħin tlesti, tista' tikklikkja fuq l-isem tal-utent tiegħek u timmodifika il-paġna personali tiegħek, li hija magħrufa bħala l-Paġna tal-utent. Fuq il-Wikipedija teżisti l-konvenzjoni li utent ma jimmodifikax il-paġni ta' Wikipedjani oħra, iżda tiegħu biss. Għalhekk, jekk trid tikteb lil xi utent tista' tuża' l-paġna ta' diskussjoni tal-utent stess (kull utent għandu waħda).
Meta xi ħadd jiktiblek messaġġ fil-paġna tal-utent tiegħek, jidhirlek rettanglu oranġjo bil-kitba "Għandek messaġġi ġodda!" f'kull paġna tal-Wikipedija li jkollok miftuħa. Dan il-messaġġ jitlaq biss wara li inti tkun żort il-paġna ta' diskussjoni tiegħek billi tagħfas fuqu. Huwa importanti li taqra l-messaġġi li jħallulek il-wikipedjani l-oħra.
[editja] Problemi bir-reġistrazzjoni
Biex il-proċess ta' reġistrazzjoni jaħdem tajjeb, kun ċert li l-browser tiegħek jaċċetta l-cookies. Iċċekkja wkoll li wikipedia.org mhux imniżżla fil-lista ta' siti li l-browser ma naċċettax cookies minnhom. Kun żgur ukoll li l-ħin u d-data tal-kompjuter tiegħek huma mpostati tajjeb għax jista' jagħti l-każ li l-cookies jiskadu qabel iż-żmien.