Għajnuna:Gwida essenzjali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    

Gwida essenzjali tal-Wikipedija – Merħba!

Il-Wikipedija hija enċiklopedija modifikabbli fejn int tista' tikkontribwixxi fiha. Din il-gwida tgħinek issir Wikipedjan.

Il-paġni segwenti se jagħtuk gwida fuq l-istil u l-kontenut tal-artikli tal-Wikipedija, u jitkellmu fuq il-komunità tal-Wikipedija u politiki u konvenzjonijiet importanti tal-Wikipedija.

Din hija gwida essenzjali bażika, u mhijiex manwal estensiv. Jekk trid aktar dettalji, hemm ħoloq li jorbtu lejn paġni oħra għal aktar informazzjoni. Dawn il-paġni jkun fihom informazzjoni iktar estiża u preċiża minn dik li qed nippreżentaw hawn: mhux neċessarju li taqrahom issa, allavolja taf issibhom utli. Għalissa tista' tkompli b'din il-gwida sabiex tieħu idea ġenerali.

Agħmel użu mill-paġna tal-provi sabiex tpoġġi fil-prattika dak li qed titgħallem: ħadd m'huwa se joġġezzjona għall-esperimenti tiegħek, għalhekk tista' tesperimenta bil-libertà kollha.

Li jmiss: Editjar