Wikipedija:L-ebda attakk personali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Politika tal-Wikipedija
Standards tal-imġieba
Bots
Ċiviltà
Politika dwar il-modifiki
L-ebda theddida legali
L-ebda attakk personali
Pussess ta' artikli
Pupazzi
Regola tat-tliet irkuprar
Kontijiet tal-utenti
Vandaliżmu

Tagħmilx attakki personali mkien fuq il-Wikipedija. Ikkumenta fuq il-kontenut, mhux fuq il-kontributur. Attakki personali mhux se jgħinu biex tagħmel il-punt tiegħek; dawn iweġġgħu lill-komunità tal-Wikipedija u jiskurraġġixxu lill-utenti biex ma jkomplux jeditjaw biex joħolqu enċiklopedija tajba.

X'inhu meqjus bħala attakk personali?[immodifika s-sors]

Id-dibattitu hu parti essenzjali tal-kultura tal-Wikipedija. Il-kontributuri xi kultant ma jaqblux mal-kontenut f'xi artiklu. Xi kontributuri huma membri ta' komunitajiet li jixtiequ li jkollhom il-fehma tagħhom inkluża fl-artiklu. L-għaqda ta' dawn il-fehmiet joħolqu artikli aħjar, u artikli aktar NPOV għal kulħadd. Kull min jeditja artiklu hu parti mill-istess komunità kbira — aħna lkoll Wikipedjani.

L-edituri għandhom ikunu ċivili u jagħmel użu tajjeb ta' etiketta tal-wiki meta jesprimu diżapprovazzjoni. Il-kummenti m'għandhomx ikunu ndirizzati personalment imma għandhom ikunu diretti għall-kontenut u l-azzjonijiet aktar milli għan-nies. Madanakollu, meta ma jkunx hemm qbil fuq il-kontenut, meta tirreferi għal edituri preċedenti mhux dejjem hu attakk personali. Kitba li tgħid "L-istqarrija tiegħek dwar X hi ħażina minħabba l-informazzjoni f'Y", jew "Il-paragrafu li żidt f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali", ma jitqiesx bħala attakk personali. Tista' wkoll tgħid "Il-paragrafu li żdied f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali" u hekk tevita t-tieni persuna.

Ir-risposta adattata għal stqarrijiet bħal dawn hi li tindirizza l-kwistjonijiet tal-kontenut aktar milli takkuża lill-persuna li mar kontra din il-politika. Takkuża lil xi ħadd mingħajr ġustifikazzjoni li qiegħed jagħmel attakki personali hi wkoll forma ta' attakk personali.

Attakki personali[immodifika s-sors]

M'hemmx regola li tgħid fiex jikkonsisti attakk personali, imma tipi ta' kummenti m'huma qatt aċċettati:

  • Kummenti razzisti, sesswali, omofobi, deskrinanti minħabba l-età, reliġjużi, politiċi, etniċi, jew twemmin li jmur kontra nies oħra (bħal kontra nies li huma b'diżabilità) diretti kontra kontributur ieħor. In-nuqqas ta' qbil dwar ir-reliġjon, razza, preferenza sesswali, etniċità mhijiex skuża leġittima.
  • Tuża' l-affilljazzjonijiet ta' xi ħadd bħala mezzi biex tirrifjuta biex taċċetta l-fehmiet tiegħu.
  • Tindika għal attakki esterni, harassment, jew materjal ieħor, għal raġuni biex tattakka editur ieħor.
  • Theddid, inklużi:
    • Theddid ta' azzjoni legali
    • Theddid ta' vjolenza jew azzjoni li m'għandhiex x'jaqsmu mal-wiki (partikularment minaċċi ta' mewt)
    • Theddid ta' vandaliżmu ta' paġni tal-utenti jew paġni tad-diskussjoni.
    • Theddid jew azzjonijiet li deliberatament jesponu edituri oħra tal-Wikipedija għal persekuzzjonijiet politiċi, reliġjużi jew persekuzzjonijiet oħra mill-gvern, l-impjegatur tagħhom jew xi ħaġa oħra. Vjolazzjonijiet ta' dan it-tip jista' jirriżulta f'sospensjoni (magħrufa aħjar bħala "block") għal perjodu ta' żmien estensiv, li tista' tiġi applikata minn kwalunkwe amministratur. L-amministraturi li japplikaw dawn is-sanzjonijiet iridu kunfidentalment jinformaw lill-membri tal-Kumitat Arbitrazzjonali ta' x'għamlu u għaliex.

Dawn l-eżempji mhumiex ristretti. Insulti jew tikkritika editur hu attakk personali f'kull mod li hu magħmul.

Il-projibizzjoni kontra attakki personali tapplika ugwalment għal kull Wikipedijan. Hu inaċċettabli daqskemm li tattakka utent bl-istorja ta' mġiba kretìna, jew anki wieħed li kien suġġett ta' azzjoni dixxiplinarja mill-Kumitat Arbitrazzjonali. Il-Wikipedija tinkoraġġixxi komunità pożittiva fuq l-internet: in-nies jagħmlu żbalji, imma huma nkorraġġati biex jitgħallmu minnhom u jbiddlu d-direzzjoni. Attakki personali huma kontra dan l-ispirtu u ta' ħsara għal ħidma biex tinbena enċiklopedija.

Risposti għal attakki personali[immodifika s-sors]

Għażliet inizzjali[immodifika s-sors]

Sikwit, l-aħjar mod biex tirrispondi għal attakk personali iżolat hu billi ma tirrispondix. Wikipedija u d-dibatti fiha jistgħu jkunu stressanti għal xi edituri, li jistgħu okkażjonalment jirreaġixxu lura. Addizzjonalment, id-diskussjonijiet tal-Wikipedija huma miktubin kollha bil-kliem, u għalhekk ma tantx jistgħu jxandru l-vera emozzjonijiet; din tista' wkoll ġġib għal nuqqas ta' ftehim. Waqt li l-attakki personali mhumiex skużati minħabba għal dawn il-fatturi, l-edituri huma nkoraġġati biex jinjoraw posti li juru rrabjar jew ta' bla ebda manjieri meta hu possibli li tagħmel dan, u li tkompli tiffoka l-isforzi biex tiżviluppa l-enċiklopedija.

Jekk tħoss li hemm bżonn ta' risposta, trid tħalli messaġġ pulit fuq il-paġni ta' diskussjoni tal-utent l-ieħor. Tirrispondix fuq il-paġni ta' diskussjoni tal-artiklu; din tgħin biex jikbru l-manjieri. Importanti li tevita li ssir iżjed argumentattiv. Minkejja li templates kienu wżati xi drabi għal dawn l-iskopijiet, messaġġ modifikabbli li jirrelata s-sitwazzjoni speċifika hu rċevut. Meta hu possibli, ipprova sib kompromess.

Attakki personali ma jinkludux lingwa ċivili użati biex jiddeskrivu azzjonijiet ta' xi editur, u meta huma magħmula mingħajr l-involviment tal-karattru personali, dawn m'għandhomx jkunu nterpretati bħala attakki personali, eżempju, "Din l-istqarrija hi attakk personali..." mhijiex attakk personali.

Attakki li huma partikularment offensivi (bħal theddid fiżiċi jew legali) m'għandhomx ikunu njorati. Sitwazzjoni straordinarji li jkollhom bżonn intervent immedjat huma rari, imma jistgħu jkunu rappuratati lill-amministraturi.