Wikipedija:Politika tal-bots
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Politika tal-bots tfassal l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn bots u skripts awtomatiċi li jintużaw sabiex isiru edits awtomatiċi. Hemm bosta tipi ta' bots differenti. Filwaqt li hemm dawk li huma kompletament awtomatiċi, wieħed jista' ssib ukoll bots li jagħmlu edits b'rata mgħaġla, jew inkella sempliċiment jaħdmu sabiex jgħinu 'l edituri umani fix-xogħol tagħhom biss.
Werrej |
[editja] Definizzjoni
- Bots (taqsira għal kelma ingliża "robots") huma ġeneralment programmi jew skripts li jagħmlu edits awtomatiċi mingħajr in-neċessità ta' utent uman.
- Assistent tal-editjar jkopru speċifikament għodda li jimxu bil-mod u kodiċi li jgħinu 'l utenti jagħmlu deċiżjonijiet, madankollu fl-aħħar l-utent jieħu d-deċiżjoni (ara l-Gwida tal-assistent tal-editjar hawn taħt). Kull programm u għodda li ma tħallix utent li jara kull edit jew jagħti struzzjonijiet sabiex jagħmel dik l-edit (li huwa, wieħed li jista' jagħmel edit mingħajr l-operatur joqgħod miegħu jew japprova l-bidliet) huwa konsidrat bot.
- Skripts ikunu kodiċi personalizati (tipikament ikun miktub bil-javascript) li jistgħu jagħmlu proċessi awtomatiċi, jew jistgħu sewwa sew jtejjbu l-interfaċċia kurrenti tal-MediaWiki.
[editja] Użu tal-bot
Bots għandhom potenzjal li jagħmlu edits aktar malajr minn utenti umani b'inqas osservazzjoni. B'hekk huma jistgħu faċċilment jagħmlu ħsara kbira jekk ma jaħdmux tajjeb jew inkella jekk mhux użati b'mod ġust. Bots għalhekk irridu jkunu mantenuti b'standards għoljien mill-komunità u irridu jkollhom il-kunsens tal-komunità. Dawk il-bots li huma operati mingħajr il-kunsens tal-komunità, jew użu ta' bots li huma approvati iżda użati b'mod ħażin, huma projbita u f'ċerta każijiet jista' jiġi blokkjat kemm il-kont tal-bot kif ukoll tal-operatur.
Nota li proċessi b'rata għolja jew proċessi awtomatiċi parzjali jistgħu jiġu kkonsidrati bots f'ċerta każijiet. Jekk għandhek dubbju, verifika.
[editja] Kontijiet tal-bots
Kontributuri jridu jagħmlu kont tal-utent separat sabiex jkunu jistgħu jħaddmu l-bot. L-Isem tal-kont irrid jidentifika l-operatur jew l-funżjoni tal-bot, u jinkorporaw in-natura tal-kont billi jinserixxu l-kelma "bot", b'eċċezzjoni għal dawk il-bots li huma attivati fuq wikis oħrajn. Għodda li m'humiex konsidrati bots m'għandhomx bżonn kont separat, għalkemm ċerta utenti xorta jagħżlu li jagħmlu kontijiet separati għal għodda li jagħmlu edits b'rata għolja.
Il-Kontribuzzjonijiet tal-kont tal-bot jibqgħu r-responsabilità tal-operatur tagħhom, li jrid ikun faċċli sabiex tkun tista' tagħmel kuntatt miegħu fuq il-paġna tal-utent tal-bot stess. Partikularment, l-operatur tal-bot huwa responsabli li jagħmel tiswija fuq kull ħsara li jista' jkollha l-bot li taħdem b'mod ħażin. Kull politika tgħodd ukoll għall-kontijiet tal-bots bħalikieku kien utent normali. Kontijiet tal-bots huma konsidrati kontijiet alternativi tal-operatur għar-raġunijiet tal-politika tal-kontijiet tal-utenti.
Kontijiet tal-bots m'għandhomx ikunu użati għal kontribuzzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-iskop tal-proċessi tal-bot. Operaturi tal-bots, m'għandhomx jagħmlu użu mill-kontijiet tal-bots sabiex jirrispondu mistoqsijiet dwar il-bot. Operaturi tal-bots ikunu jippreferu jagħmlu rindirizz għal paġna tad-diskussjoni tagħhom.
[editja] Il-Bandiera tal-'bot'
Kontijiet tal-bot irridu jkunu markati minn burokrat wara kunsens mill-komunità. Din hija bandiera fuq il-kont tagħhom sabiex tindika li l-kont huwa użat għar-raġunijiet ta' bot, u b'hekk jnaqqas il-limiti tekniċi offruti mis-softwer tal-Mediawiki. Edits minn dawn il-kontijiet huma moħbija b'istruzzjoni predefinita fit-tibdil riċenti.
[editja] Kwalifiki li bot irrid ikollu
Sabiex bot jkollu l-kwalifiki sabiex ikun kandidat għall-approvazzjoni tal-komunità, Hemm kwalifiki minimi li mingħajrhom m'hemmx ċans li se jiġi approvat, l-operatur tiegħu rrid juri li l-bot:
-
- ma jagħmel l-ebda ħsara
- huwa utli
- ma jixrobx riżorsi mhux neċessarji
- jagħmel dawk il-proċessi li għandu l-kunsens fuqhom biss
- jimxi mal-politika u gwida relevanti.
- jagħmel użu minn messaġġi informativi, miktuba tajjeb, f'sommarji tal-edit mħallija għar-referenza tal-utenti.
Il-Paġna tal-utent tal-kont tal-bot irrid ikun magħruf bl-użu tat-tabella {{bot}}. L-Informazzjoni segwenti jrid ikun provdut fuq, jew linkjat minn, kemm l-paġna tal-utent tal-kont tal-bot u fir-rikjesta għall-approvazzjoni:
-
- Detallji tal-affarijiet li jagħmel il-bot (jew proċessi)
- Jekk il-bot ma jaħdimx manwalment jew jaħdem awtomatikament.
- Meta jaħdem (bla waqfien, b'mod intermedju, jew b'intervali speċifiki), u f'liema rata
- Il-lingwa u/jew il-programm fuq xiex qiegħed jitħadem.
Filwaqt li l-għemil mhux ġeneralment kwistjoni, operaturi tal-bots irridu jagħrfu li l-bot li qiegħed jagħmel ir-rikjesta jew l-editing b'rata għolja għandu effett ferm akbar minn dak ta' kontributur intermedju, Operaturi jridu joqgħdu attenti li ma jagħmlux rikjesta żejda 'l web, u jkunu konservattivi fir-rata tal-editjar tagħhom. Żvillupaturi jinformaw l-komunità jekk kwistjonijiet tal-għemil sinifikanti jiġru, u f'dawn is-sitwazzjonijiet, id-direttivi tagħhom irridu jkunu segwiti.
-
- Bots li huma f'perjodu ta' prova, u bots approvati li jagħmlu x-xogħol kollu barra l-affarijiet l-aktar urġenti u trivjali, rridu jkunu mħaddma b'rata li tħalli ċans għar-reviżjoni tal-edits meta huwa neċessarju.
- Bots bla bandiera rridu jagħmlu edits aktar bil-mod minn dawk li għandhom, minħabba li l-edits tagħhom huma viżibli fil-lista t'osservazzjoni tal-utent.
- L-Urġenża tax-xogħol irrid ikun dejjem ikonsidrat, xogħoljiet li m'għandhomx bżonn ikunu spiċċuti malajr kemm jista' jkun (per eżempju, tagħti isem ġdid 'il kategoriji) jistgħu u għandhom jkunu magħmula b'rata aktar bil-mod mill-oħrajn (per eżempju, jneħħu l-vandaliżmu).
- Ir-Rata ta' kemm bot jagħmel edits irrid ikun rregulat b'xi mod jew ieħor; b'hekk bots li jagħmlu xogħol mhux urġenti jistgħu jagħmlu edit ċirka darba kull għaxar sekondi, filwaqt li bots li jagħmlu xogħol aktar urġenti jistgħu jagħmlu edits ċirka darba kull ħames sekondi.
- Bots li jagħmlu xogħol mgħaġel għandhom jagħmlu x-xogħol tagħhom aktar bil-mod waqt is-siegħat bikrin tal-ġurnata.
- Ir-Rata tal-bot ta' kemm jagħmel xogħol jista' jiġi modifikat sabiex jgħin l-għemil tas-server.
Bots li jniżlu ammont sustanzjali ta' porzjonijiet tal-kontenut tal-Wikipedija billi jagħmlu rikjesti għal ħafna paġni individwali m'humiex permessa. Meta kontenut huwa rikjest, niżel minn hawn minflok. Bots li għandhom bżonn aċċess sabiex jkunu jistgħu jagħmlu inkjesti fuq il-databases tal-Wikipedija jistgħu jiġu mħaddma fuq toolserver; dawn il-proċessi m'humiex parti mill-iskop ta' din il-politika.
[editja] Komunikazzjoni tajjba
Utenti li jaqraw messaġġi jew sommarji tal-edits tal-bots ġeneralment ikunu jixtiequ li jara standard għoli ta' sinċerità u informazzjoni, li jkun fih minn għajnuna lesta u ċivili mill-operatur tal-bot jekk ikun hemm xi inkjesta. Operaturi tal-bots jridu jieħdu ħsieb affarijiet bħal komunikazzjoni, u jkunu jistgħu jsibu tarf l-inkjesta li jkun hemm dwar il-bot b'mod kurdjal, malajr, u kif sippost. Din hija il-kondizzjoni ta' kif għandu jaħdem il-bot ġeneralment.
[editja] Avviż dwar il-konfigurazzjoni
L-Operaturi tal-bots li jkollhom xewqa li jimplementaw dawn il-faċċilitajiet segwenti jistgħu sakemm huwa fin-natura tax-xogħol tal-bot:
- Bots li jibgħatu messaġġi fid-diskussjonijiet tal-utent huma nkoraġġuti li jagħmlu mod sabiex jkunu jistgħu jagħżlu li ma jibqgħux jirċievu messaġġi mhux importanti, u jirreklamaw dak il-metodu fuq il-paġna tal-utent tal-bot.
- Bots li jagħmlu ħafna edits, iżda li fl-istess ħin jkunu mwaqqfa milli jagħmlu edits f'paġni partikulari, jistgħu jagħmlu hekk billi jagħmlu interpretazzjoni ta' {{Bots}}; ara il-paġna tat-template għal-ispjegazzjoni għal kif din taħdem.
- Tagħmel mekkaniżmu li tħalli 'l kontributuri l-oħrajn jkunu jistgħu jikkontralaw il-bot huwa utli f'ċerta ċirkustanzi - il-bot jkun jista' jiġi mixewl u mitfi' mingħajr ma jkun hemm bżonn blokkjar, u jista' ikun ukoll konfigurat f'modijiet oħrajn. Per eżempju, il-bot jista' jiverifika kontenut ta' paġna partikulari u jaħdem skont il-valur li jsib hemmhekk. Jekk huwa mixtieq, paġni jistgħu jkunu protetti jew semi-protetti biex inaqqas l-abbuż. Operaturi tal-bots li jagħmlu dan irridu jżommu f'moħħhom li huma għandhom ir-responsabilità sħiħa għall-edits tal-kont tal-bot tagħhom.
- Sabiex tnaqqas blokkijiet mhux neċessarji, il-bot jista' jivverifika jekk il-kont mhux mixgħul, u jieqaf jagħmel edit jekk dan mhux minnufih. Dan jista' jsir bl-użu ta' Estenżjonijiet tal-edits.
[editja] Restrizzjonijiet fuq xogħol speċifiku
- Kategorizazzjoni tan-nies
Assenjazzjoni tan-nies f'kategoriji m'għandiex tkun magħmula minn bots. Qabel ma żżied kategoriji sensitivi lill-artikli b'użu ta' bot, il-kontenut irrid ikun verifikat minn artiklu għall-artiklu, mhux imtella' mil-lista eżistenti tal-Wikipedija. (Ara Wikipedija:Kategorizazzjoni tan-nies)
- Verifikar ta' kif tispelli l-kliem
Proċessi tal-bots ma jistgħux jirranġaw żballji fil-kitba tal-kliem mingħajr ma jkunu assistiti, minħabba li inti mintiex tqiss li jkun hemm kliem spelluti mhux tajjeb apposta. Verifikaturi assistiti huma aċċettabli, u tista' ma tikkonsidrahomx bots.
- Links interwiki
- Ara wkoll: Wikipedija:Link interlingwali
Operaturi ta' bots li jagħmlu links interwiki, sakemm mhux involuti fl-iżvillup tal-bot biss, irridu jkunu familjari mal-lingwi li huma qegħdin jagħmlu l-links minn u fuq, sabiex tikkonferma li links bejn iż-żewġ proġetti qegħda ssir b'mod korrett.
Operaturi tal-bots li jagħmlu użu mill- pywikipedia framework irrid ikun ċert li qiegħed jagħmel użu mill-aħħar verżjoni tal-framework u tkun aġġornata fuq bażi ta' kuljum.
[editja] Proċess tal-approvazzjoni
[editja] Approvazzjoni
Bots irridu jkunu approvati qabel ma jkunu jistgħu jibdew jagħmlu xogħolhom. Kontributuri jistgħu jagħmlu ammont limitat ta' testjar tal-proċessi tal-bots mingħajr approvazzjoni, provdut li l-edits tat-test huma baxxi ħafna fin-numru u frekwenza, u huma ristretti fil-paġni tat-testjar bħal paġna tal-provi. Dawn l-edits jistgħu jsiru minn kwalunkwe kont tal-utent. Barra minn hekk, kull bot jew proċess tal-editjar awtomatiku li jaffetwa l-paġni tal-utent u tad-diskussjoni tal-operatur (jew subpaġni), u li ma jagħmlux differenza, jistgħu jkunu mħaddma mingħajr approvazzjoni. Rikjesti għall-approvazzjoni tal-bots irridu jsiru hawnhekk. Rikjesti rridu preċiżament jgħidu x'ħa jagħmel il-bot, kif ukoll informazzjoni li huwa relevanti mal-operazzjoni. Ir-Rikjesta imbgħad tkun miftuħa għal perjodu ta' żmien fejn il-membri tal-komunità jistgħu jagħmlu kummenti jew jistaqsu mistoqsijiet. Id-Deċiżjoni meħuda trid tirrefleti l-kwalifiki li jinsabu hawn fuq. Il-bżonn li kont ikun miżjud fil-grupp tal-utent tal-bots tkun determinata minn burokrat skont jekk m'hemmx kunsens mill-komunità.
Waqt ir-rikjesta għall-approvazzjoni, jista' jagħti lok li l-komunità qabel ma tagħmel deċiżjoni definita, tagħżel li tagħti lill-bot perjodu ta' prova fejn fil-perjodu l-bot jiġi studjat biex jaraw li qiegħed jaħdem b'mod korrett. It-terminu kemm ikun twil il-perjodu ta' prova għandu jkun ta' ġimgħa. Proċessi awtomatiċi rridu jkunu spezzjonati waqt il-perjodu ta' prova sabiex problemi jistgħu jkunu indirizzati mill-aktar fiss possibli.
Barra minn hekk, kandidati għall-operaturi ta' bots irridu jkunu edituri b'kondotta tajjba, u rrid ikollu esperjenza f'dan ix-xogħol.
Jekk l-operatur jixtieq jestendi jew jbidel l-operazzjoni tal-bot, huma rridu jkunu ċerti li qegħdin jagħmlu dan biex jirrefleti din il-politika. Tibdil żgħir, per eżempju biex issewi problemi jew itejjeb l-operazzjoni ta' settur partikulari, m'għandhomx ikunu kwistjoni, iżda dawk li huma akbar ma rridux ikunu implementati mingħajr diskussjoni. Funżjoni totalment ġodda ġeneralment ikollhom bżonn rikjesta ta' approvazzjoni separata. Operaturi tal-bots jistgħu wkoll joħolqu kont ta' bot separat għal kull funżjoni.
Kontijiet li jagħmlu funżjonijiet awtomatiċi mingħajr approvazzjoni għandhom ikunu blokkati minn amministratur.
[editja] Appell għar-reviżjoni ta' approvazzjoni
Rikjesti sabiex ikun hemm reviżjoni ta' approvazzjoni preċedenti tista' ssir hawnhekk. Dan jista' jkun kemm ta' forma ta' appell għar-rikjesti ta' bot li ma ngħatawx l-istatus, jew inkella reviżjoni ta' bot li ġie mogħti s-sensja. F'ċerta każijiet, Wikipedija:Rikjesti għal kumment jista' jkun ta' għajnuna.
Reviżjoni tista' tirriżulta:
- F'sensja jew revokà ta' approvazzjoni ta' ċerta xogħol tal-bot;
- Tneħħija jew tpoġġija tal-kont fil-grupp tal-utenti tal-bot; jew inkella
- Timponi aktar kundizzjonijiet fuq il-bot sabiex jżomm l-istatus tiegħu ta' approvazzjoni.
[editja] Kwistjonijiet oħrajn dwar il-bots
[editja] X'għandek tagħmel
Jekk sibt xi problema dwar xi bot partikulari, jew għandhek ilment jew suġġeriment li tixtieq tagħmel, int trid tagħmel kuntatt mal-operatur tal-bot. Jekk il-bot qiegħed joħloq problemi sinjifikanti, u taħseb li hemm bżonn diskussjoni aktar urġenti, l-aħjar huwa li tħalli messaġġ hawnhekk, billi tindika fejn għaraft l-operatur tal-bot.
L-amministraturi jistgħu jimbukkaw kontijiet tal-bots li joperaw mingħajr approvazzjoni, jew joperaw barra mit-termini li għandhom kunsens fuqhom (per eżempju jagħmlu modifiki wisq malajr). Blokk jista' wkoll ikun ippubblikat jekk il-proċess tal-bot jopera mingħajr ma tkun wettaqt aċċess fil-kont, jew wettqet aċċess f'kont li mhux tagħha.
[editja] Bots operati minn aktar minn utent wieħed
Kontijiet użati għal bots approvati li jistgħu jagħmlu edits ta' tip desinjat speċifiku, li huwa dderiġut minn aktar minn persuna waħda, m'għandhomx ikunu problema sakemm jkun hemm:
- tgħarif dwar l-operatur – l-utent tal-Wikipedija li jkun qiegħed jagħmel xi edits dejjem se jkun identifikabbli.
- verifikazzjoni tal-operatur – utenti li jkollhom l-abbilità li jidderiġu bot li jagħmel edits irrid jkun identifikat pożitivament fir-rigward tal-bot fil-ħin tal-edit.
- fiduċja tal-operatur - jekk xi ħadd ieħor minbarra l-ħalieq tal-bot se jopera l-bot, irrid ikun hemm ċertezza li dan l-utent għandu l-abbilità li jħaddem il-bot b'standard għoli.
[editja] Gwida tal-assistent tal-editjar
"Editjar assistit" jkopru użu tal-għodda li jassistu f'xogħol repetitiv, però ma bidlux il-kontenut tal-Wikipedija mingħajr komunikazzjoni ma' utent uman. Eżempji ta' dan jinkludi tikkoreġi żballji tal-tipografija, isewwi links lejn paġni ta' disambigwazzjoni, tneħħi vandaliżmu u tirranġa l-istubs.
Filwaqt li dawn il-kontribuzzjonijiet ġeneralment m'humiex konsidrati li huma bot, jekk hemm xi dubbju, l-aħjar huwa li tagħmel rikjesta għall-approvazzjoni; ara Approvazzjoni hawn fuq. F'dawn il-każijiet, il-komunità tara jekk m'hemmx bżonn il-proċess sħiħ u kont seperat ta' bot m'huwiex neċessarju. Ġeneralment, proċessi li huma operati f'rata għolja, b'ammont ta' edit sustanzjali, li huma aktar awtomatiċi, huwa wisq probabli mxebbħa u meqjusa bħalha bots f'dawn il-każijiet.
Kontributuri li jixtiequ li jagħmlu ammont kbir ta' edits assistiti huma avviżati li jaraw li l-ewwel hemm kunsens dwar l-edits tagħhom. Huma jistgħu wkoll jagħmel kont separat sabiex jagħmlu dan; kontijiet bħal dawn irridu ssegwu l-politika tal-kont tal-utent. Kontributuri li jagħmlu użu minn għodda li jassistu fl-editjar jistgħu jindikaw dan, jekk mhux qegħda ċara, fit-taqsira tal-edit u/jew fuq il-paġna tal-utent jew fuq il-paġna tad-diskussjoni tal-kont li qiegħed jagħmel dawn il-kontribuzzjonijiet.
Awturi tal-għodda li jgħinu fl-editjar assistit huma permessa li joħolqu l-mekkaniżmu tal-approvazzjoni tagħhom stess; jekk l-approvazzjoni ta' bot huwa meħtieġ għal l-użu tiegħu, dan huwa bħalha żieda, mhux minflok, il-proċess ta' approvazzjoni normali. AutoWikiBrowser huwa eżempju ta' dan. Publikazzjoni tal-kodiċi tas-sors għall-għodda li jgħinu fl-editjar, kif jiġri fil-bots, huwa inkorraġut però mhux meħtieġ.
[editja] Skripts tal-utent
Il-Biċċa l-kbira tal-iskripts tal-utent huma maħsuba sabiex jtejjbu jew jagħmlu personaliżazzjoni tal-interfaċċia kurrenti tal-MediaWiki, jew biex jisimplifika l-aċċess lil funżjonijiet komuni tal-edituri. Skripts ta' dan it-tip ġeneralment ma jkollhomx bżonn approvazzjoni mill-komunità.