Aqbeż għall-kontentut

Stat Iżlamiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stat Iżlamiku
الدولة الإسلامية
الدولة الإسلامية – Bandiera
Mottu: باقية وتتمدد
Innu nazzjonali: أمتي قد لاح فجر
Territorju kkontrollat (aħmar skur) jew rivendikat (aħmar ċar) mill-Istat Iżlamiku fi ħdan l-Iraq, is-Sirja u l-Libja
Belt kapitaliAr-Raqqah
35°57′N 39°1′E / 35.95°N 39.017°E / 35.95; 39.017

L-ikbar belt Mosul
Lingwi uffiċjali Lingwa Għarbija
Gvern Kaliffat Iżlamiku awtodikjarat
 -  Kaliff Ibrahim
Stabbiliment
 -  Stat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja 3 ta' Jannar 2014 
 -  Ditattorjat Izlamiku Estrem Totalitarju 29 ta' Ġunju 2014 
Erja
 -  Total 32,133 km2 
12,407 mil kwadru 
Popolazzjoni
 -  stima tal-2014 8,000,000 
 -  ċensiment tal-2014 n/a 
 -  Densità 249/km2 
645/mili kwadri
Valuta Dinar tal-Iraq
Lira Sirjana
Dinar Libjan
Żona tal-ħin Ħin tal-Ewropa tal-Lvant u Ħin Standard tal-Għarabja (UTC +2 u +3)

L-Istat Iżlamiku, li qabel kien magħruf ukoll bħala l-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Lvant, hu grupp ta' terroristi fit-territorju tal-Iraq, is-Sirja, il-Libja u n-Niġerja. Hu magħruf l-iktar bl-abbrevjazzjoni ISIS (mill-Ingliż Islamic State of Iraq and ash-Sham, jew inkella IS, ISIL jew Daesh

L-istat kien awtoproklamat bħala kaliffat u jallega awtorità reliġjuża fuq il-Musulmani kollha madwar id-dinja, filwaqt li jaspira biex iġib ħafna mir-reġjuni abitati mill-Musulmani taħt il-kontroll politiku tiegħu, li jibda bit-territorju fir-reġjun tal-Lvant li jinkludi l-Ġordan, l-Iżrael, il-Palestina, il-Libanu, Ċipru u parti mit-Turkija. Il-grupp hu kkunsidrat bħala grupp ta' terroristi min-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll mill-Iżrael, il-Filippini, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Awstralja, il-Kanada, l-Indoneżja u l-Għarabja Sawdita.

L-Istat Iżlamiku oriġina bħala Jama'at al-Tawhid wal-Jihad fl-1999, li kien il-prekursur tat-Tanzim Qaidat al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, li hu magħruf ukoll bħala l-Al-Qaeda fl-Iraq. Il-grupp kien magħruf bħala Stat Iżlamiku tal-Iraq mill-2006 sal-2013, u mbagħad wara biddel ismu fi Stat Iżlamiku tal-Iraq u l-Lvant jew Stat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja. Fid-29 ta' Ġunju 2014 il-grupp biddel ismu fi Stat Iżlamiku u ddikjara lilu nnifsu bħala kaliffat taħt il-Kaliff Ibrahim.

Fit-13 ta' Novembru 2014, l-ISIS ħareġ dikjarazzjoni li se jespandi f'pajjiżi ġodda, il-Libja, l-Eġittu, l-Alġerija, l-Għarabja Sawdita u l-Jemen. F'Marzu tal-2015, il-gruppi militanti Boko Haram u l-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan saru parti mill-ISIS.

Illum, l-ISIS għandu kontroll ta' partijiet kbar mill-Iraq u s-Sirja, diversi bliet fil-Libja u n-Niġerja. Il-grupp għandu preżenza jew għamel attakki wkoll fl-Afganistan, l-Alġerija, Benin, iċ-Ċad, l-Eġittu, l-Filippini, l-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, l-Indoneżja, l-Iran, il-Jemen, il-Kamerun, il-Libanu, il-Maldivi, in-Niġer, il-Pakistan, il-Palestina, it-Tuneżija, it-Turkija, kif ukoll fl-Ewropa.