Libanu fil-Festival tal-Eurovision
| Libanu | |
|---|---|
| Stazzjon membru | Télé-Liban |
| Parteċipazzjoni | |
| Dehriet | {{{dehriet}}} |
| Ħoloq esterni | |
| [{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv] | |
Il-Libanu qatt ma pparteċipa fil-Festival tal-Eurovision. L-istazzjon Télé Liban kien mistenni li jidebbutta f'dan il-konkors fl-edizzjoni tal-2005 bil-kanzunetta "Quand tout s'enfuit" kantata minn Aline Lahoud, imma irtiraw minħabba liġijiet tal-Libanu li jabolixxu x-xandir ta' kontenut Iżraeljan.
Werrej |
Għażla interna [editja]
Nhar il-21 ta' Ottubru, 2004, Ibrahim El Khoury, direttur ġenerali ta' Télé Liban, stqarr li l-Libanu kienu lesti biex jiddebutaw fil-Festival tal-Eurovision 2005 fi Kjiv, fl-Ukrajna.[1] Fit-3 ta' Novembru, ġie mħabbar li Aline Lahoud kienet se tkun il-kantanta waqt li fi Frar ta' wara ġiet imħabbra l-kanzunetta "Quand tout s'enfuit", kantata bil-Franċiż u miktuba minn Jad Rahbani u Romeo Lahoud.
Irtirar [editja]
Nhar il-15 ta' Diċembru, Télé Liban ħabbar li minħabba diffikultajiet finanzjarji kellhom jirtiraw mill-kompetizzjoni,[2] u ċaħdu rapporti li din id-deċiżjoni kien minħabba kunflitti politiċi mal-Iżrael. Madanakollu, ħamest ijiem wara, il-European Broadcasting Union (EBU) laħqu qbil ma' Télé Liban u l-Libanu tpoġġa fuq il-lista uffiċjali tal-parteċipanti.[3]
F'Marzu tal-2005, is-sit elettroniku tal-Eurovision tal-Libanu ma niżlitx lill-Iżrael bħala parteċipant. Wara li l-EBU saqsew lil Télé Liban biex jisolvu din il-kwistjoni fi żmien ta' 24 siegħa jew inkella jiġu skwalifikati. Is-sit, minflok, neħħa l-lista u biddliha ma' paġna b'ħolqa lejn is-sit uffiċjali tal-Eurovision.[4]
Aktar tard dak ix-xahar, l-EBU staqsiet lil Télé-Liban biex tassigura li huma kienu se jxandru l-festival kollu, inkluża l-kanzunetta Iżraeljana, mingħajr ebda interuzzjoni. Télé-Liban ma ggarantiex din ir-rikjesta, u b'hekk, fit-18 ta' Marzu, 2005, tħabbret l-irtirar tal-Libanu mill-konkors. Il-leġislatura tal-Libanu tipprojbixxi x-xandir ta' kontenut Iżraeljan fuq it-televiżjoni.[5] Minn mindu Télé-Liban irtira tliet xhur wara d-data ta' skadenza għall-applikazzjoni, l-istazzjoni ġie penalizzat, fejn tilef is-somma għall-parteċipazzjoni u ngħata sospensjoni ta' tliet snin.[4][6]
Fil-futur [editja]
Minħabba s-sospensjoni ta' tliet snin li ngħata, Télé Liban ma setax jidħol fil-Eurovision sal-edizzjoni tal-2009.[6]
Fl-2007, il-kantant imwieled il-Libanu, Mika, stqarr li kien interessat li jidħol fil-konkors fl-2008 f'isem il-Libanu, għal wieħed mill-istazzjonijiet televiżi l-oħra li ma kienux qegħdin iservu sospensjoni, bħal Lebanese Broadcasting Corporation (LBC) jew Future Television, li wieħed minnhom jista' jissiebaħ mal-EBU.[6]
Rappreżentanti [editja]
| Sena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 2005 | Aline Lahoud | "Quand tout s'enfuit" | Irtiraw | |||
Referenzi [editja]
- ^ Sietse Bakker. (Ingliż) Aline Lahoud first Lebanese participant!. ESCToday, 03-11-2004. Aċċess tal-URL: 09-08-2008.
- ^ Roel Philips. (Ingliż) Lebanon withdraws for financial reasons. ESCToday, 15-12-2004. Aċċess tal-URL: 09-08-2008.
- ^ Sietse Bakker. (Ingliż) Breaking News: Lebanon Withdraws. ESCToday, 18-03-2005. Aċċess tal-URL: 09-08-2008.
- ^ a b Roel Philips. (Ingliż) Télé Liban tries to prevent Lebanese disqualification. ESCToday, 04-03-2005. Aċċess tal-URL: 09-08-2008.
- ^ (Ingliż) Lebanon to boycott Eurovision due to Israel's participation. The Jerusalem Post, 20-03-2005. Aċċess tal-URL: 10-08-2008.
- ^ a b c Michael Kuipers. (Ingliż) Mika interested in Eurovision entry. ESCToday, 2007-03-13. Aċċess tal-URL: 09-08-2008.
|
|||||||||||