Ignazio Abate
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Ignazio Abate | ||
Twelid | 12 ta' Novembru 1986 Sant'Agata de' Goti, Italja | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
Rescaldina | |||
1999–2004 | Milan | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2007 | Milan | ||
2004–2005 | → Napoli (self) | ||
2005 | → Sampdoria (self) | ||
2005–2006 | → Piacenza (self) | ||
2006–2007 | → Modena (self) | ||
2007–2008 | Empoli | ||
2008–2009 | Torino | ||
2009–2019 | Milan | ||
Tim nazzjonali | |||
2004 | Italja U-18 | ||
2005 | Italja U-19 | ||
2005–2006 | Italja U-20 | ||
2006–2009 | Italja U-21 | ||
2008 | Italja Olimpika | ||
2011–2015 | Italja |
Ignazio Abate (twieled fit-12 ta' Novembru 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab bħala difensur laterali.
Tfajjel
[immodifika | immodifika s-sors]Abate twieled ġewwa Sant'Agata de' Goti, bin tal-eks gowler Taljan Beniamino Abate.[1]
Karriera tal-Klabbs
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu
[immodifika | immodifika s-sors]Abate beda jilgħab il-futbol mad-dilettanti Rescaldina, qabel ma ngħaqad man-nursery ta' Milan fl-1999.[2] Matul l-istaġun tal-2003-04, huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn lagħab fil-logħba tal-Coppa Italia kontra s-Sampdoria fit-3 ta' Diċembru. Huwa għamel id-debutt tiegħu fil-Kompetizzjonijiet Ewropej ukoll, f'logħba tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Celta Vigo fid-9 ta' Diċembru.[3] F'dik il-logħba huwa kiser ir-rekord bħala l-iżgħar plejer tal-Milan li lagħab fil-UEFA Champions League, meta kien għad kellu 17-il sena u 27 jum.[4]
Żmien ta' self (2004–2007)
[immodifika | immodifika s-sors]Għall-istaġun tal-2004-05 kien ġie imsellef lill-Napoli fis-Serie C1, fejn hu għamel 29 apparenza u skorja 2 gowls. Fis-sajf tal-2005 hu kien lest li jgħaddi l-istaġun ta' wara b'self lis-Sampdoria.[5] Madanakollu, qabel il-bidu attwali tal-kompetizzjonijiet, kien issejjaħ lura u ġie misluf lil Piacenza minflok, għalkemm huwa għamel biss 13-il apparenza fl-ewwel staġun tiegħu tas-Serie B. Fl-istaġuni ta' wara, huwa kiseb aktar suċċess fil-winger taż-żgħażagħ, li għamel 38 apparenza matul il-ħin tas-self ma' Modena.
Debutt fis-Serie A (2007–2009)
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-istaġun tal-2007-08 Abate eventwalment għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A, wara li ġie akkwistat minn Empoli f'forma ta' ko-propjetà, għall-€900,000.[6][7] F'dik is-sena, huwa rnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A, f'logħba kontra Genoa, fis-27 ta' April 2008.[8] Wara r-relegazzjoni ta' Empoli, it-tim ta' Milan xtrah għal €2 miljuni, kif ukoll lil Luca Antonini għal-€2.9M (u biegħu lil Nicola Pozzi u lil Lino Marzoratti għal €4.75M b'total)[9] iżda bagħtuħ ma Torino fi ftehim ta' ko-proprjetà, għall-€2 miljuni.[10][11] Minkejja korriment kmieni, huwa kellu staġun tajjeb, li lagħab 25 logħba u skorja gowl.
Lura ma Milan
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-24 ta' Ġunju, 2009, Milan ħadu lil Abate mill-ġdid u dak iż-żmien kien inkluż fl-iskwadra tat-tim għall-istaġun 2009-10.[12] [13] Wara li serva prinċipalment bħala midfilder riżerv fl-ewwel ftit logħob, ftit tard hu beda jiġi impjegat bħala difesnur mal-linja regolari mill-kowċ ta' Milan, Leonardo. Minħabba l-prestazzjonijiet tajba tiegħu, fil-11 ta' Frar 2010 kien offrut u ffirma estensjoni għal kuntratt tieghu sal-2014.[14][15]
Il-kowċ ġdid Allegri żammu fl-istess pożizzjoni għall-istaġun 2010-11 fejn kien regoli u l-prestazzjonijiet solidi difensivi tiegħu selfu idejn fir-rebħa tat-18-il Scudetto ta' Milan u s-Super Coppa Italiana.
Karriera Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Wara playing fil-livelli varji ta' żgħażagħ fil-futbol internazzjonali, Abate għamel id-dubett mal-U–21 tal-Italja f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Lussemburgu, li qam minn fuq il-bank matul it-tieni taqsima, fit-12 ta' Diċembru 2006.[16]
Mat-tim nazzjonali Olimpiku kkowċjat minn Casiraghi, hu rebaħ it-Toulon Tournament 2008, fejn hu lagħab erba' logħbiet u skorja gowl kontra l-Istati Uniti.[17] Huwa wkoll ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku tal-2008 f'Bejġing.[18]
Huwa mbagħad ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-European U-21 Championship 2009 li kienet miżmuma fl-Iżveżja, li Abate għamel żewġ apparenzi.[19]
Abate għamel l-ewwel debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fil-11 ta' Novembru, 2011, b'rebħa ta' 2–0 kontra l-Polonja f'logħba ta' ħbiberija. Imbagħad kien inkluż fl-iskwadra Taljana għal UEFA Euro 2012. Huwa ngħata n-numru 7 fil-kompetizzjoni, u rċieva l-ewwel bidu tiegħu kontra l-Irlanda. Huwa beda l-kwarti tal-finali f'kunflitt kontra Ingilterra, iżda hu kien sostitut flokk Christian Maggio fid-90 minuta. Huwa kien eskluż mill-bidu tal-XI kontra l-Ġermanja fis-semifinali minħabba korrimenti. Huwa kien magħżul biex jibda t-telfa ta' 4-0 kontra Spanja fil-finali, fejn hu lagħab l-ammont sħiħ tal-ħin.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]
Mis-27 ta' Jannar 2013
1 Tinkludi t-Tazza Interkontinentali, u l-play-offs tas-Serie C1 u s-Supercoppa Italiana |
Mis-16 ta' Ottubru 2012[20]
|
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Milan
- Serie A: 2003–04, 2010–11
- Supercoppa Italiana: 2011
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bocci, Alessandra (2009-09-22). "Fedeltà Abate "Niente estero io studio qui"" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. Miġbur 2010-02-06.
- ^ "Seconda Squadra 2003/2004" (bit-Taljan). AC Milan. Arkivjat mill-orġinal fl-2003-10-09. Miġbur 2010-08-31.
- ^ "A.C. Milan – Ignazio Abate" (bl-Ingliż). AC Milan. Miġbur 2010-08-31.
- ^ "Milan youngster set for record books" (bl-Ingliż). Football Italia. 2011-09-28. Miġbur 2011-09-28.
- ^ "Abate per la Samp" (bit-Taljan). UEFA. 2005-07-20. Miġbur 2010-02-06.
- ^ AC Milan Spa 2007 Annual Report (IT)
- ^ "Empoli raid Rossoneri for trio" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-06-28. Miġbur 2010-02-06.
- ^ "Genoa vs. Empoli – 27 April 2008". soccerway.com (bl-Ingliż). 2008-04-27. Miġbur 2010-02-02.
- ^ "A.C. Milan official announcement" (bl-Ingliż). AC Milan. 2006-06-16. Miġbur 2010-02-02.
- ^ AC Milan Spa 2008 Annual Report
- ^ "Torino sign Abate". worldsoccer.com (bl-Ingliż). 2008-07-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-29. Miġbur 2010-02-02.
- ^ "A.C. Milan official note" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2009-06-24. Miġbur 2010-02-02.
- ^ "AC Milan Group 2009 Annual Report" (PDF) (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2011-06-13.
- ^ "A.C. Milan official note" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2010-02-11. Miġbur 2010-02-11.
- ^ "Abate and Antonini commit to Milan" (bl-Ingliż). UEFA. 2010-02-11. Miġbur 2010-02-11.
- ^ "Italia – Lussemburgo" (bit-Taljan). FIGC. 2006-12-12. Miġbur 2010-02-02.
- ^ "U-21 Italy – U-21 USA 2:0". footiemag.com (bil-Ġermaniż). 2008-05-25. Miġbur 2010-02-02.
- ^ "Italy – Squad list" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2010-02-06.
- ^ "Italy – Italy Under 21". soccerway.com (bl-Ingliż). Miġbur 2010-02-06.
- ^ "Abate, Ignazio" (bl-Ingliż). national-football-teams.com. Miġbur 2012-10-16.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ignazio Abate – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Ignazio Abate – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)