Gowlkiper (futbol)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Gowler (futbol))
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
gowlkiper tal-futbol

Fil-futbol, il-gowlkiper jokkupa pożizzjoni li tirrapreżenta l-aħħar linja difensiva bejn l-attakk tat-tim avversarju u l-lasta tat-tim tiegħu. L-irwol primarju tal-gowlkiper hu li jiddefendi l-lasta tat-tim tiegħu u jevita li l-oppożizzjoni tiskorja gowl. Il-gowlkiper hu l-uniku plejer li għandu permess li jmiss il-ballun b'idejh waqt il-logħba. Madanakollu dan jista' jsir biss fil-kaxxa tal-penalty. Kull tim għandu bżonn li jkollu gowlkiper fil-grawnd il-ħin kollu matul il-partita. Jekk gowlkiper ikun imġiegħel li jħalli l-grawnd minħabba li jew ikun weġġa' jew kien imkeċċi, plejer ieħor irid jieħu l-pożizzjoni tiegħu, anki jekk it-tim ma jkollux gowlkiper bħala sostitut u/jew ikunu wżaw is-sostituzzjonijiet kollha.

Meta jingħataw in-numru tal-flokk lill-plejers tat-tim, jekk ma tkunx użata s-sistemà tan-numru ta' l-iskwadra, in-numru 1 hu ġenerlament riservat għall-gowlkiper. Eċezzjonijiet sinjifikanti jinkludu lill-Arġentin Ubaldo Fillol, li libes in-numru 5 u 7 fit-Tazza tad-Dinja 1978 u fl-1982, u Vítor Baía, il-gowlkiper Portugiż li libes in-numru 99 fl-aħħar parti tal-karriera.

Werrej

[editja] Il-figura tal-gowlkiper fil-kultura popolari

Dino Zoff, ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa gowlkipers fuq livell mondjali

Il-gowlkiper hu figura separata mill-kumplament tat-tim. Minkejja li jkun 'il bogħod mill-azzjoni ta' l-attakk, hu hu dedikat għall-protezzjoni ta' żona definita tal-grawnd, dik ta' l-aħħar sittax-il metru ta' logħob, fejn hemmhekk hu hu – jew aħjar, ikun – il-kap assolut. Minkejja li ħafna jaħsbu li l-gowlkiper hu plejer spettakolari u, f'ċertu sensi, drammatiku, kuntrarjament dan l-irwol għandu jittrażmetti trankwilità għad-difiża kollha.

L-ewwel gowlkiper ta' importanza mondjali kien bla dubju ta' xejn l-Ispanjol Ricardo Zamora, imsejjaħ id-Divin, li kien mogħni bi stil elastiku imma sigur. Wara l-gwerra, gowlkipers ta' valur kbir kienu s-Sovjetiku Lev Yashin, magħruf aktar bħala il-Brima Sweda minħabba l-kuluri ta' l-uniformi tiegħu, l-Ingliż Gordon Banks, magħruf bħala Banks of England, il-Ġermaniż "Sepp" Maier, it-Taljan Dino Zoff u l-Arġentin Ubaldo Matildo Fillol magħruf aktar bħala el Pato (il-papra).

Is-snin sebgħin raw jifjorixxu ġenerazzjoni ta' gowlkiper ta' l-istil aktar disinvolt milli dak formali bħal Zoff u Maier. Fost dawn insibu lill-Iżvediż Ronnie Hellström, li kellu teknika kbira madanakollu ma tantx kellu l-aqwa atteġġjamenti kemm ġewwa u barra l-grawnd, u l-Olandiż Jan Jongbloed, famuż li kien iħalli spiss l-lasta u jipproponi l-logħob tiegħu għal sħabu. Fi żmien aktar riċenti, gowlkiper li kien iġib ispirazzjoni u jentużjażma lil sħabu kien il-Kolombja René Higuita, li fil-grawnd kien jesebixxi xi drabi bil-parata msejjħa "ta l-iskorpjun", fejn hu ipoġġi fuq idejh u jolqot il-ballun b'għarqubu.

Minkejja li minn dejjem kien hemm gowlkipers li kienu speċjalizzati li jagħtu l-penalties, però hu rari li wieħed isib l-isem ta' gowlkiper fil-kategorija tal-gowls skurjati. Aktar rari minn hekk, jekk mhux ukoll singolari, li ssib gowlkiper li skorja f'okkażżjonijiet diversi minn penalty.

F'każijiet ta' gowls minn gowlkipers waqt azzjonijiet insibu li f'Marzu 2007, il-gowlkiper ta' Tottenham Hotspur u tat-tim nazzjonali Ingliż, matul logħba tal-Premier League kontra Watford, skorja gowl minn free kick dirett minn distanza ta' 75 metru mil-lasta avversarja.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-imabattibilità, ir-rekord għas-Serie A hu ta' Sebastiano Rossi: fl-istaġun 1993–94, fil-lasta tal-Milan, irnexxielu jagħmel 929 minuta mingħajr ma jlaqqat gowl. Ir-rekord assolut tal-futbol professjonista Taljan hu ta' Emmerich Tarabocchia li, fl-istaġun 1974–75 żamm il-lasta ta' Lecce mhux megħluvba għal 1,791 minuta.

Barra minn hekk insibu wkoll rekord simili barra mill-Italja li hu miżmum mill-gowlkiper Brażiljan Geraldo Filho Mazarópi li fl-istaġun 1977–78 ma rnexxielux ilaqqat gowl għal 1,816 minuta mat-tim ta' Vasco da Gama.

[editja] Rekords

L-aktar gowlkiper bl-aktar valur għoli ta' kull żmien hu bħalissa Gianluigi Buffon (wara t-trasferiment 52.29 miljun minn Parma għal Juventus), segwit minn Angelo Peruzzi (€17.9 miljun minn Inter Milan għal Lazio). Ir-rekord Brittaniku hu miżmum mill-Iskoċċiż Craig Gordon, li iffirma ma' Sunderland mill-klabb Skoċċiż Heart of Midlothian għal £9 miljun fis-7 ta' Awissu 2007.

L-aktar gowl veloċi skurjat minn gowlkiper kien minn Paul Smith ta' Nottingham Forest wara 23 sekonda, fit-18 ta' Settembru 2007, meta Leicester City urew spirtu sportiv u taw lil Forest "gowl b'xejn" fit-tieni rawnd tal-Carling Cup wara li l-partita oriġinali kienet abbandunata minħabba li l-plejer ta' City Clive Clarke kien sofra attakk tal-qalb fi tmiem l-ewwel taqsima meta Forest kienu 1–0 minn fuq. Nottingham Forest tilfu l-logħba 3–2.

Xi gowlkipers saru prominenti minħabba n-numru ta' gowls li skurjaw; per eżempju, José Luis Chilavert hu l-uniku gowlkiper li skorja tripletta f'partita waħda, u dan għamlu permezz ta' tliet penalties. Hu kien espert ukoll fil-free kicks. Rogério Ceni skorja l-ikbar ammont ta' gowls minn gowlkiper, fejn skorja 78 darba.[1]

[editja] Gowlkipers popolari

Fost l-aktar gowlkiper popolari fil-ġurnata tal-lum insibu lil Petr Čech, Gianluigi Buffon, Iker Casillas, Jose Manuel Reina, Oliver Kahn u Edwin van der Sar.

[editja] Elezzjonijiet Ċentinarji ta' l-IFFHS

Dawn huma l-aqwa 20 gowlkiper minn sondaġġ ta' l-IFFHS għal "L-Aqwa Gowlkipers fid-Dinja tas-Seklu 20".[2]

  1. Bandiera tal-Unjoni Sovjetika Lev Yashin
  2. Bandiera tal-Ingilterra Gordon Banks
  3. Bandiera tal-Italja Dino Zoff
  4. Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent Sepp Maier
  5. Bandiera ta' Spanja Ricardo Zamora
  6. Bandiera tal-Paragwaj José Luis Chilavert
  7. Bandiera tad-Danimarka Peter Schmeichel
  8. Bandiera tal-Ingilterra Peter Shilton
  9. Bandiera taċ-Ċekoslovakkja František Plánička
  10. Bandiera tal-Arġentina Amadeo Carrizo
  11. Bandiera tal-Brażil Gilmar dos Santos Neves
  12. Bandiera tal-Urugwaj Ladislao Mazurkiewicz
  13. Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq Pat Jennings
  14. Bandiera tal-Arġentina Ubaldo Fillol
  15. Bandiera tal-Belġju Jean-Marie Pfaff
  16. Bandiera tal-Unjoni Sovjetika Rinat Dasaev
  17. Bandiera tal-Messiku Antonio Carbajal
  18. Gyula Grosics
  19. Bandiera tal-Ingilterra Ray Clemence
  20. Bandiera tal-Italja Walter Zenga

[editja] L-Aqwa Gowlkipers tas-Sena ta' l-IFFHS

Din hi lista ta' gowlkipers magħżula mill-IFFHS kull sena mill-1987, bħala "L-Aqwa Gowlkipers tad-Dinja"[3]

[editja] Referenzi

  1. ^ The World's most successful goalscoring Goalkeepers of all time (Ingliż), IFFHS, 23 ta' Ottubru 2006.
  2. ^ The World's best Goalkeeper of the 20th Century (Ingliż), sondaġġ minn IFFHS, 29 ta' Ottubru 2006.
  3. ^ IFFHS' World's Best Goalkeeper of the Year (Ingliż), minn José Luis Pierrend, RSSSF, Mejju 2008.

[editja] Ħoloq esterni