David de Gea
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | David de Gea Quintana | ||
| Twelid | 7 ta' Novembru 1990 Madrid |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.93 m | ||
| Rwol | Gowlkiper | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | |||
| Numru | 1 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 2001–2009 | |||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2009–2011 | 57 | (0) | |
| 2011– | 47 | (0) | |
| Tim nazzjonali | |||
| 2009– | 15 | (0) | |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 17:59, 11 Settembru 2011 (UTC) |
|||
David de Gea Quintana (Madrid, 7 ta' Novembru 1990) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala gowlkiper ma' Manchester United. Imrobbi fl-akkademja ta' Atlético Madrid mill-età ta' 10 snin, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2009. Wara li sar l-ewwel għażla bejn il-lasti, il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu għajn il-klabb ta' Manchester United li ffirmawh magħhom fl-2011.
Werrej |
Karriera [editja]
Atlético Madrid [editja]
De Gea ingħaqad mal-akkademja ta' Atlético Madrid ta' 10 snin. Hu qatta' l-ewwel staġuni professjonali tiegħu ma' Atlético Madrid B (it-tim tar-riservi) fis-Segunda División B. Bil-gowlkiper tal-ewwel għażla Sergio Asenjo jiġi msejjaħ għat-Tazza tad-Dinja U-20 2009, De Gea ingħażel mal-ewwel skwadra bħala kopertura għal Roberto. Hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-30 ta' Settembru 2009, meta daħal bħala sostitut għall-imweġġa Roberto wara 26 minuta fil-partita kontra Porto mill-UEFA Champions League; De Gea sofra żewġ gowls fl-aħħar minuti biex Atlético tilfu 2–0.[1]
Il-problemi fiżiċi ta' Roberto fissru li De Gea ġie magħżul mal-ewwel ħdax tliet ijiem fil-konfront kontra Real Zaragoza mil-La Liga. Bit-tim tiegħu 1–0 minn fuq, De Gea waqqa' lil Jorge López fil-kaxxa però rnexxielu jsalva l-penalty segwenti mogħti minn Marko Babić, sabiex ħarġu rebbieħa 2–1.[1] Wara numru ta' żbalji minn Asenjo, u l-wasla ta' Quique Sánchez Flores bħala l-kowċ il-ġdid, De Gea temm l-istaġun 2009–10 bħala n-numru wieħed. Hu deher fit-tmien logħbiet tal-kampanja rebbieħa tal-UEFA Europa League, fosthom fil-finali mirbuħa kontra Fulham.
L-istaġun 2010–11 bdieh bl-aqwa mod possibbli, hekk kif għen lil Atlético jirbħu s-Super Cup Ewropea kontra l-Inter, fejn fil-finali salva wkoll penalty mogħti mill-attakkant Diego Milito.
Manchester United [editja]
L-ewwel nofs tal-2011 kien hemm għajdut kbir fuq min kellu jkun l-eredi ta' Edwin van der Sar bejn il-lasti ta' Manchester United. Wara l-logħba ta' testimonjanza f'ġieħ is-servizzi ta' Gary Neville fl-24 ta' Mejju, il-kowċ ta' United Alex Ferguson stqarr li kien hemm qbil biex jiġi akkwistat De Gea, imma din kienet miċħuda aktar tard mir-rappreżentanti ta' De Gea, b'dan tal-aħħar jistqarr li hu kien se jikkunsidra l-futur tiegħu wara l-Kampjonati Ewropej tal-U-21.[2] Wara r-rebħa ta' Spanja, De Gea deher f'Manchester jagħmel testijiet mediċi ma' United fis-27 ta' Ġunju. It-trasferiment tiegħu ġie kkonfermat fid-29 ta' Ġunju.[3]
Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal fil-Community Shield tas-7 ta' Awwissu kontra r-rivali Manchester City, li United rebħuha bl-iskor ta' 3–2.[4]
Statistika [editja]
Statistika korretta sal-11 ta' Settembru 2011
| Staġun | Klabb | Kampjonat | Tazzi nazzjonali | Tazzi interkontinentali | Tazzi oħrajn | Total | |||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Komp | Preż | Gowls | Komp | Preż | Gowls | Komp | Preż | Gowls | Komp | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
| 2009–10 | LL | 19 | 0 | TR | 7 | 0 | UCL+UEL | 1+8 | 0+0 | – | – | – | 35 | 0 | |
| 2010–11 | LL | 38 | 0 | TR | 5 | 0 | UEL | 5 | 0 | SC | 1 | 0 | 49 | 0 | |
| Total | 57 | 0 | 12 | 0 | 14 | 0 | 1 | 0 | 84 | 0 | |||||
| 2011–12 | PL | 4 | 0 | FA+LC | 0 | 0 | UCL | 0 | 0 | CS | 1 | 0 | 5 | 0 | |
| Total fil-karriera | 61 | 0 | 12 | 0 | 14 | 0 | 2 | 0 | 89 | 0 | |||||
Referenzi [editja]
- ^ a b Paul Bryan. (Ingliż) De Gea stands tall after whirlwind bow. UEFA.com, 05-10-2009. Aċċess tal-URL: 05-07-2011.
- ^ (Ingliż) De Gea denies Manchester United deal is imminent. BBC Sport, 26-05-2011. Aċċess tal-URL: 05-07-2011.
- ^ (Ingliż) Manchester United confirm signing of David de Gea. BBC Sport. Aċċess tal-URL: 05-07-2011.
- ^ Chris Bevan. (Ingliż) Man City 2-3 Man Utd. BBC Sport, 07-08-2011. Aċċess tal-URL: 07-08-2011.
Ħoloq esterni [editja]
- Profil fuq ManUtd.com
- Profil fuq BDFutbol
|
|||||