Zoran Tošić
![]() Zoran Tošić fl-2011 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Zoran Tošić | ||
Twelid | 28 ta' April 1987 Zrenjanin | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.71 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | CSKA Moscow | ||
Numru | 8 | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2004–2006 | Proleter Zrenjanin | 7 | (0) |
2006–2007 | Banat Zrenjanin | 25 | (2) |
2007–2009 | Partizan | 49 | (14) |
2009–2010 | Manchester United | 2 | (0) |
2010 | → Köln (self) | 13 | (5) |
2010– | CSKA Moscow | 79 | (14) |
Tim nazzjonali | |||
2007– | Serbja | 49 | (8) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 06:06, 28 Awwissu 2013 (UTC) |
Zoran Tošić (Zrenjanin, 28 ta' April 1987) huwa futboler Serb li attwalment jilgħab mat-tim ta' CSKA Moscow.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Imwieled fi Zrenjanin, il-Jugożlavja, Tošić beda l-karriera tiegħu fil-kamp tal-futbol ma' Proleter Zrenjanin, qabel ma' ngħaqad ma' Budućnost Banatski Dvor f'nofs l-istaġun 2005–06. Dawn iż-żewġ timijiet ingħaqdu flimkien biex iffurmaw lil FK Banat Zrenjanin, li bħalissa jinsabu jilgħabu fil-kampjonat Serb. F'25 dehra ma' Banat, Tošić skorja darbtejn u għen lit-tim biex jevita r-relegazzjoni.
Il-prestazzjonijiet ta' Tošić kemm fuq bażi domestika ma' Banat u anki dik internazzjonali mas-Serbja wassluh biex jiġbed diversi klabbs Ewropej fuqu. Nhar is-6 ta' Awwissu 2007, Tošić iffirma kuntratt professjonali ta' erba' snin ma' FK Partizan.
Nhar it-22 ta' Novembru 2008, il-gazzetta Ingliża Daily Mail ħabbret li kien hemm diġà negozjati bejn FK Partizan u t-tim Ingliż ta' Manchester United biex Tošić jingħaqad maċ-ċampjins Ewropej fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2009.[1] Dan il-qbil kien suġġett għal applikazzjoni b'suċċess għall-permess tax-xogħol hekk kif il-plejer ma kienx lagħab il-75% tal-partiti tat-tim nazzjonali f'dik l-aħħar sena. Minkejja xniegħat li n-negozjati kienu waqfu wara nuqqas ta' qbil fuq it-termini presonali ta' Tošić, it-trasferiment ġie finalizzat nhar it-2 ta' Jannar 2009, b'kemm Tošić u sieħbu f'Partizan Adem Ljajić jingħaqdu ma' United. Tošić se jilgħab bil-flokk numru 14.[2] Tošić iddebutta ma' Manchester United nhar l-24 ta' Jannar 2009, meta daħal bħala sostitut għal Cristiano Ronaldo kontra Tottenham Hotspur, partita valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup 2008–09. Fil-partita segwenti, iddebutta għall-ewwel darba fil-kampjonat Ingliż meta daħal bħala sostitut għal Dimitar Berbatov fir-rebħa ta' 5–0 li United għamlu fuq West Bromwich Albion.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2007 f'isem is-Serbja, hu ngħata l-ewwel sejħa mat-tim tal-kbar fejn iddebutta fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Finlandja u l-Portugall. L-ewwel gowls internazzjonali tiegħu waslu fit-12 ta' Awwissu 2009 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel meta skorja żewġ gowls fir-rebħa ta' 3–1.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) United in £8m swoop for Serbian midfielder Tosic, Daily Mail, 22 ta' Novembru 2008. Aċċess tal-URL: 3 ta' Jannar 2009.
- ^ Man Utd jakkwistaw lil Tosic u Ljajic, MaltaRightNow.com, 2 ta' Jannar 2009. Aċċess tal-URL: 3 ta' Jannar 2009.