Vittoriosa Stars FC
Isem sħiħ | Vittoriosa Stars Football Club | |
---|---|---|
Fundazzjoni | 1906 | |
Grawnd | Grawnd Nazzjonali Ta' Qali | |
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni Maltija | |
| ||
Sit uffiċjali |
Vittoriosa Stars FC huwa tim tal-futbol ibbażat fil-belt tal-Birgu. Fl-istaġun 2012-13, it-tim ġie promoss mill-ewwel diviżjoni u b'hekk se jilgħab l-istaġun 2013–14 fl-ogħla kampjonat Malti għat-tieni darba.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa' lagħbu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu ftit. Fl-istaġun 1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-istaġun 1975-76 ġew it-tieni post fit-Tieni Diviżjoni u kisbu l-promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.
Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejjħa Domus Panis Celestis, illi qabel kien isserv bħala wieħed ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Finalisti:2012–13
- Rebbieħa:1954-55
Plejers notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]
|