Aqbeż għall-kontentut

Nikola Vukanac

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nikola Vukanac
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Jannar 1986 (1986-01-14) (38 sena)
BelgradSerbja
Tul1.81 m
RwolDifensur
Mixtliet
Zemun
Karriera professjonali
SninKlabb
Rimavská Sobota
2008Vranov nad Topľou
2009Vittoriosa
2009–2013Birkirkara

Nikola Vukanac (twieled fl-14 ta' Jannar 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Serb li kien jilgħab bħala difensur.

Vukanac beda l-karriera tiegħu mal-klabb ma' Zemun. Fl-istaġun 2008–09 Vukanac mar mat-tim Slovakk ta' Rimavská Sobota imbagħad issieħeb ma' Vranov. Vukanac iddeċida li jmur Malta ma' Birkirkara iżda ma setax jingħaqad peress li l-klabb Kalkariż laħqu l-limitu tal-plejers barranin. Sussegwentament mar ma' Vittoriosa. Huwa għamel id-debutt tiegħu mal-istars fit-telfa ta' 3–0 kontra Sliema Wanderers u Vittoriosa sfaw relegati fl-Ewwel Diviżjoni. Fl-istaġun ta' wara il-plejer ta Birkirkara Ronni Hartvig kellu jirtira minħabba mpenji tax-xogħol, b'hekk Vukanac mar ma' Birkirkara u rebaħ il-Premier League Malti magħhom. Fil-kwalifiki tal-UEFA Champions League Vukanac skorja l-gowl tal-logħba kontra l-Islovakki MŠK Žilina.[1] Fl-istaġun 2012–13, fil-logħba deċisiva għar-rebħ tal-kampjonat bejn Birkirkara u Hibernians fejn hu skorja l-10 gowl tiegħu mal-klabb u għen lil Birkirkara jiksbu l-kampjonat nazzjonali għar-raba' darba fl-istorja. Nhar it-2 ta' Awwissu 2013, Birkirkara ħabbru li l-kuntratt ta' Vukanac tħassar hekk kif il-plejer xtaq ikompli l-karriera tiegħu barra minn Malta.[2]

Birkirkara
  1. ^ Aquilina, Domenic (2010-07-13). "Vukanac strike delights Birkirkara" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2013-02-06.
  2. ^ Mizzi, Ivan (2013-08-02). "Birkirkara FC parts ways with Nikola Vukanac" (bl-Ingliż). Birkirkara FC. Miġbur 2013-08-02.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Birkirkara FC