Aqbeż għall-kontentut

Udo Nwoko

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Udochukwu Nwoko)
Udo Nwoko
Informazzjoni personali
Isem sħiħUdochukwu Nwoko
Twelid15 ta' Ottubru 1984 (1984-10-15) (40 sena)
AbiaNiġerja
Tul1.70 m
RwolMidfilder
Mixtliet
Hibernians
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2003Hibernians
2004–2005Xewkija Tigers
2005–2006Mosta
2006–2007Hibernians
2007Marsaxlokk (self)
2007–2009Leixões
2009Náutico
2009–2010Panthrakikos
2010Doxa Katokopias
2010–2011PAS Hamedan
2012Neath
2012–2013Hibernians
2013Floriana
2014–2015Gudja United
2015–2016St. Georges
2016–2017Guildford City
2017MFK Topoľčany
2017–2018MEAP Nisou
Tim nazzjonali
2007–2010Malta

Udochukwu Nwoko (Abia, 15 ta' Ottubru 1984) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder.

Nwoko ittrasferixxa Malta f'età ta' erbatax-il sena bix-xewqa li xi darba jkun jista' jikber f'wieħed mill-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Hu beda l-karriera ma' Hibernians FC. L-iżblokk tiegħu fil-kampjonat Malti wasal fl-2002–03 fejn irnexxielu jagħmel sittax-il apparenza mal-klabb, minkejja li falla li jsib ix-xibka.

Fl-2004 mar fil-kampjonat Għawdxi mat-tim ta' Xewkija Tigers u kien ma' dan il-klabb li wera l-qawwa tiegħu quddiem il-gowl. Fi sbatax-il apparenza irnexxielu jiskorja ħmistax-il gowl, u b'hekk isir wieħed mill-ikbar prospetti għall-futbol Malti.

Wara staġun pożittiv f'Għawdex, Nwoko reġa' sab ruħu fil-kampjonat Malti fejn din id-darba ngħaqad mat-tim Mosti għall-istaġun 2005–06. Hu skorja sitt gowls f'għoxrin partita, imma dawn ma kinux biżżejjed biex isalvaw lit-tim mir-relegazzjoni.

Minkejja r-retroċessjoni tal-klabb, il-forma ta' Nwoko wasslet biex reġgħet attirat lit-tim minn Raħal il-Ġdid, Hibernians, għall-istaġun 2006–07; minn tlettax-il apparenza skorja gowl wieħed.

Il-kumplament tal-2007 qattgħu taħt self mat-tim ta' Marsaxlokk, fejn minkejja li ma sabx ix-xibka għall-ebda mill-ħdax-il apparenza li għamel, xorta kien parti mit-tim rebbieħ tal-kampjonat, fejn dan kien għalih l-ewwel titlu Malti.

Minkejja interess kbir min-naħa tat-tim taċ-Championship Ingliż Reading,[1] hu iffirma mat-tim Portugiż ta' Leixões, fejn id-debutt tiegħu kien immarkat b'gowl kontra l-ġganti ta' Benfica. Minkejja li kien plejer regulari fl-ewwel staġun tiegħu, fl-istaġun suċċessiv ma tantx sab post fost l-ewwel ħdax fejn lagħab biss sbatax-il minuta. Bi qbil unanimu, il-kuntratt li kellu ma Leixoes ġie mħassar, u minkejja li saħansitra kien ġie mħabbar li uffiċjalment kien ingħaqad mat-tim Ċiniż ta' Chengdu Blades,[2] Nwoko issieħeb mat-tim Brażiljan ta' Náutico.[3] Inqas minn xahar wara, fil-11 ta' April 2009, il-klabb xolja l-kuntratt mal-plejer.[4] Fis-sajf tal-2009, Nwoko irritorna ma' klabb Ewropew fejn ingħaqad mat-tim ta' Panthrakikos li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Griega, u iffirma kuntratt għal tliet snin.[5]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Nwoko ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali Malti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 kontra l-Ungerija f'Budapest nhar it-13 ta' Ottubru 2007 u ġew daru kontra l-Moldova erbat ijiem wara. Hu kien disponibbli għat-tim nazzjonali wara li ngħata ċ-ċittadinanza Maltija f'Awwissu 2007.

Marsaxlokk
  1. ^ "Udo Nwoko linked with £1.25m move to Reading" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-12-29. Miġbur 2008-10-13.
  2. ^ "Udochukwu Nwoko moves to China". imscouting.com (bl-Ingliż). 2009-02-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-27. Miġbur 2009-02-13.
  3. ^ "Latest news - Thu 19". MaltaFootball.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-11. Miġbur 2009-03-29.
  4. ^ Náutico libera nigeriano Nwoko.
  5. ^ Ο Νιγηριανός Νwoko στον Πανθρακικό (trad. In-Niġerjan Nwoko f'Panthrakiko)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]