Aqbeż għall-kontentut

Toruń

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Toruń
 Polonja
Amministrazzjoni
Stat sovranPolonja
VojvodjaKuyavian-Pomeranian Voivodeship (en) Translate
Kap tal-Gvern Michał Zaleski
Isem uffiċjali Toruń
Thorn
Ismijiet oriġinali Toruń
Kodiċi postali 87-100
Ġeografija
Koordinati 53°01′N 18°37′E / 53.02°N 18.62°E / 53.02; 18.62Koordinati: 53°01′N 18°37′E / 53.02°N 18.62°E / 53.02; 18.62
Toruń is located in Poland
Toruń
Toruń
Toruń (Poland)
Superfiċjenti 115.75 kilometru kwadru
Għoli 59 m
Demografija
Popolazzjoni 198,273 abitanti (31 Marzu 2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni L-ErbgħaambUTCL-Erbgħa
Kodiċi tat-telefon 56
Żona tal-Ħin Ħin tal-Ewropa Ċentrali, UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Kaliningrad, Göttingen, Novo Mesto (en) Translate, Leiden, Hämeenlinna (mul) Translate, Čadca (en) Translate, Swindon (en) Translate, Lutsk, Guilin (en) Translate, Pamplona (en) Translate, Philadelphia, Angersu Kaunas
torun.pl

Toruń (/'tɒrʊnjə/[1][2][3][4], bil-Pollakk: [ˈTɔruj̃]; bil-Ġermaniż: Thorn) huwa raħal storiku max-xmara Vistula fil-Polonja Ċentrali u tat-Tramuntana u huwa wkoll Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-popolazzjoni tar-raħal kienet tammonta għal 197,812 abitant f’Diċembru 2021.[5] Preċedentement, kien il-kapitali tad-Distrett ta’ Toruń (1975-1998) u tad-Distrett tal-Pomeranja (1921-1945). Mill-1999, Toruń huwa sede tal-gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Kujavja u tal-Pomeranja u huwa wieħed miż-żewġ kapitali tad-distrett, flimkien ma’ Bydgoszcz. Il-bliet u l-kontej ġirien jiffurmaw iż-żona metropolitana ġemellata ta’ Bydgoszcz–Toruń.

Toruń huwa wieħed mill-eqdem irħula fil-Polonja, bl-ewwel insedjament tiegħu jmur lura għas-seklu 8, u wara ġie estiż fl-1233 mill-Kavallieri Tewtoniċi.[6] Tul is-sekli, ir-raħal ospita nies bi sfondi u b’reliġjonijiet differenti. Mill-1264 sal-1411, Toruń kien parti mill-Lega Anseatika u sas-seklu 17 kien wieħed mill-aqwa punti kummerċjali. Dan affettwa bil-kbir l-arkitettura tar-raħal li tvarja mill-istil Gotiku bil-Brikks sal- Manjeriżmu u l-Barokk. Fl-età moderna bikrija, Toruń kien belt rjali tal-Polonja u kien waħda mill-ikbar bliet fil-pajjiż dak iż-żmien.[7] Bid-Diviżjonijiet tal-Polonja fl-aħħar tas-seklu 18, ir-raħal sar parti mill-Prussja, u mbagħad mill-Imperu Ġermaniż u wara mit-Tieni Repubblika Pollakka. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Toruń ħelisha ħafif mill-ibbumbardjar u mill-qerda; iċ-Ċentru Storiku tar-raħal u l-pjazza ċentrali ikonika tas-suq ġew ippreservati kompletament sa żminijietna.[8]

Toruń huwa magħruf għall-Mużew tal-Kejkijiet Imħawra bil-Ġinġer, li t-tradizzjoni tal-ħami tagħhom tmur lura kważi millennju, kif ukoll għall-katidral il-kbir tiegħu. Toruń huwa rinomat għall-istandard għoli ħafna tal-għajxien u għall-kwalità għolja ħafna tal-ħajja.[9] Fl-1997, il-parti Medjevali tar-raħal ġiet iddeżinjata bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Fl-2007, iċ-Ċentru Storiku ta’ Toruń ġie miżjud fil-lista tas-Seba’ Għeġubijiet tal-Polonja.

Toruń huwa l-post fejn twieled l-astronomu Nicolaus Copernicus. L-asterojde 12999 Toruń huwa msemmi għar-raħal.

L-ewwel insedjament fil-viċinanza ta’ Toruń huwa datat mill-arkeoloġi li jmur lura għall-1100 Q.K. (kultura tal-Lusazja).[10] Matul il-perjodu Medjevali bikri, mis-seklu 7 sas-seklu 13, kien hemm insedjament Slavoniku antik[11], f’parti mix-xatt tax-xmara Vistula. Fis-seklu 10 sar parti mill-istat Pollakk emerġenti mmexxi mid-dinastija Piast.

Fir-rebbiegħa tal-1231, il-Kavallieri Tewtoniċi qasmu x-xmara Vistula fl-inħawi ta’ Nieszawa u stabbilew fortizza. Fit-28 ta’ Diċembru 1233, il-Kavallieri Tewtoniċi Hermann von Salza u Hermann Balk[12], iffirmaw il-karti meħtieġa biex Toruń (Thorn) u Chełmno (Kulm) isiru rħula jew bliet. Id-dokument oriġinali ntilef fl-1244. Is-sett ta’ drittijiet inġenerali huwa magħruf bħala l-liġi ta’ Kulm. Fl-1236, minħabba għargħar frekwenti, ir-raħal ġie rilokat fis-sit preżenti taċ-Ċentru Storiku ta’ Toruń.[13] Fl-1239, il-patrijiet Franġiskani stabbilew ruħhom fir-raħal, segwiti fl-1263 mid-Dumnikani. Fl-1264, il-parti l-ġdida lil hinn miċ-Ċentru Storiku ġiet stabbilita prinċipalment biex tilqa’ l-popolazzjoni dejjem tikber ta’ artiġjani u ta’ ħaddiema tas-sengħa f’Torun, li ġew l-iktar minn artijiet fejn kien mitkellem l-iktar il-Ġermaniż.[14] Fl-1280, ir-raħal (jew kif kien dak iż-żmien, iż-żewġt irħula) ingħaqad mal-Lega Anseatika merkantili, u b’hekk sar ċentru kummerċjali Medjevali importanti.

Toruń fl-1641

Ir-raħal reġa’ ġie rkuprat mill-Polonja fl-1410 matul il-Gwerra Tewtonika Pollakka-Litwana, madankollu, wara li l-Ewwel Trattat ta’ Paċi ta’ Thorn ġie ffirmata fi Frar 1411, ir-raħal reġa’ lura f’idejn l-Ordni Tewtonika. Fl-1411, ir-raħal ma baqax parti mil-Lega Anseatika. Fis-snin 1420, ir-Re Pollakk Władysław II Jagiełło bena l-Kastell ta’ Dybów, li jinsab fix-xatt tax-xellug ta’ Toruń, li huwa żar bosta drabi. Matul il-Gwerra Tewtonika Pollakka l-kbira ta’ wara, il-Kastell ta’ Dybów ġie okkupat mill-Kavallieri Tewtoniċi mill-1431 sal-1435.[15]

Fl-1440, in-nies nobbli ta’ Thorn stabbilew b’mod konġunt il-Konfederazzjoni Prussjana sabiex tkompli topponi l-politika tal-Kavallieri. Mill-1452, it-taħditiet bejn ir-Re Pollakk Casimir IV Jagiellon u l-membri tal-Konfederazzjoni saru fil-Kastell ta’ Dybów.[15] Il-Konfederazzjoni rribellat kontra l-istat monastiku tal-Kavallieri Tewtoniċi fl-1454 u d-delegazzjoni tagħha ressqet petizzjoni lir-Re Pollakk Casimir IV Jagiellon fejn talbitu jerġa’ jikseb il-poter fuq ir-reġjun bħala l-mexxej leġittimu.

Fis-6 ta’ Marzu 1454 ġie ffirmat att ta’ inkorporazzjoni fi Krakovja, li jirrikonoxxi r-reġjun (inkluż Toruń), bħala parti mir-Renju Pollakk.[16] Dawn l-avvenimenti wasslu għall-Gwerra ta’ Tlettax-il Sena. Iċ-ċittadini tar-raħal kienu rrabjati minħabba l-isfruttament bla ħniena tal-Ordni, u kkonkwistaw il-kastell Tewtoniku, u ġarrfu l-fortifikazzjonijiet kollha tal-brikks, ħlief it-torri Gdanisko li ntuża sas-seklu 18 għall-ħżin tal-porvli.[17] Is-sindku lokali wiegħed lealtà lir-Re Pollakk waqt l-inkorporazzjoni f’Marzu 1454 fi Krakovja, u mbagħad f’Mejju 1454 saret ċerimonja uffiċjali f’Toruń[18], li matulha n-nobbiltà, il-kavallieri, is-sidien tal-art, is-sindki u l-uffiċjali lokali minn Chełmno, inkluż Toruń, għal darb’oħra ddikjaraw lealtà lir-Re Pollakk u lir-Renju tal-Polonja.[19]

Mill-1454, ir-raħal kien awtorizzat mir-Re Casimir IV jizzekka muniti Pollakki.[20] Matul il-gwerra, Casimir IV spiss kien joqgħod fil-Kastell ta’ Dybów u Toruń appoġġa finanzjarjament lill-Armata Pollakka.[21] Il-parti l-antika u l-parti l-ġdida ta’ Toruń ingħaqdu fl-1454. Il-Gwerra ta’ Tlettax-il Sena spiċċat fl-1466, bit-Tieni Trattat ta’ Paċi ta’ Thorn, fejn l-Ordni Tewtonika rrinunzjat kull jedd fir-rigward tar-raħal u rrikonoxxietu bħala parti mill-Polonja. Ir-Re Pollakk ta privileġġi kbar lil Toruń, bħal dawk li kienet tgawdi l-belt ta’ Gdańsk. Fl-1454 ukoll, fil-Kastell ta’ Dybów, ir-Re ħareġ l-Istatuti famużi ta’ Nieszawa, li kienu jkopru sett ta’ privileġġi għan-nobbiltà Pollakka; avveniment li huwa meqjus bħala t-twelid tad-demokrazija nobbli fil-Polonja, li damet sal-1795.[22]

Il-post fejn twieled u għex l-ekonomista u l-kittieb Pollakk Fryderyk Skarbek, u l-post fejn kien joqgħod il-filjozz tiegħu Frédéric Chopin fl-1825

Tul l-istorja, ir-raħal ospita diversi persuni, studjużi u statisti notevoli. Fl-1473 twieled Nicolaus Copernicus u fl-1501 miet ir-Re Pollakk Ġwanni I Albert f’Toruń; qalbu ġiet midfuna fil-Katidral ta’ San Ġwann. Fl-1500, it- Tuba Dei, li kienet l-ikbar qanpiena tal-knisja fil-Polonja dak iż-żmien, tqiegħdet fil-Knisja ta’ San Ġwann il-Battista, u nbena pont li jaqsam ix-xmara Vistula, li kien l-itwal pont tal-injam tal-pajjiż dak iż-żmien. Fl-1506, Toruń sar belt rjali tal-Polonja. Fl-1528, iz-zekka rjali bdiet topera f’Toruń. Fl-1568, twaqqaf liċeo, li wara l-1594 sar wieħed mill-iskejjel ewlenin tat-Tramuntana tal-Polonja għas-sekli ta’ wara.[23] Fl-1594 ukoll, l-ewwel mużew (Musaeum) ta’ Toruń ġie stabbilit fl-iskola, u beda t-tradizzjonijiet mużeali. Toruń kellu ġid u influwenza kbira, u gawda minn drittijiet tal-vot matul il-perjodu tal-elezzjoni rjali.[24] Laqgħat tal-Commonwealth Pollakka-Litwana saru f’Toruń fl-1576 u fl-1626.[25]

Fl-1557, matul ir-Riforma tal-Protestantiżmu, Toruń adotta l-Protestantiżmu. Taħt is-Sindku Henryk Stroband

It-Tieni Trattat ta’ Paċi ta’ Toruń, pittura tas-seklu 19 mill-pittur imwieled f’Toruń, Marian Jaroczyński, li tinsab fil-Mużew Distrettwali lokali

(1586-1609), Toruń ġie ċentralizzat. Il-poter amministrattiv għadda f’idejn il-kunsill lokali. Fl-1595, il-Ġiżwiti waslu biex jippromwovu l-Kontroriforma, u ħadu l-kontroll tal-Knisja ta’ San Ġwann. L-uffiċjali Protestanti ppruvaw jillimitaw il-fluss ta’ Kattoliċi fil-belt, filwaqt li l-Kattoliċi (il-Ġiżwiti u l-patrijiet Dumnikani) diġà kienu jikkontrollaw ħafna mill-knejjes, u ħallew biss il-Knisja ta’ Santa Marija għaċ-ċittadini Protestanti. Fl-1645, fi żmien meta seħħew diversi kunflitti reliġjużi f’ħafna pajjiżi Ewropej oħra u l- Gwerra diżastruża ta’ Tletin Sena ġiet miġġielda fil-Punent tal-Polonja, f’Toruń, fuq inizjattiva tar-Re Władysław IV Vasa, sar kungress ta’ tliet xhur tal-Kattoliċi, tal-Luterani u tal-Kalvinisti Ewropej, magħruf bħala Colloquium Charitativum; avveniment tassew importanti fl-istorja tad-djalogu interreliġjuż.[26]

Matul il-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana (1700-1721), ir-raħal ta’ Toruń ġie assedjat mit-truppi Żvediżi. Il-Kżar Russu Pietru l-Kbir ħejja t-Trattat ta’ Thorn fl-1709 sabiex ir-Re tal-Polonja jerġa’ jkun Awgustu II tal-Polonja. Fit-tieni nofs tas-seklu 17, it-tensjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti kibru, b’mod simili għall-gwerer reliġjużi madwar l-Ewropa kollha.[27]

Id-Dar ta’ Copernicus, li attwalment hija mużew

Fil-bidu tas-seklu 18 madwar 50 fil-mija tal-popolazzjoni, speċjalment in-nobbli u l-klassi medja, kienu Protestanti li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż, filwaqt li l-50 fil-mija l-oħra kienu Kattoliċi Rumani li kienu jitkellmu bil-Pollakk. L-influwenza Protestanta sussegwentement battiet wara l-Irvell ta’ Thorn tal-1724.[28]

Wara t-Tieni Diviżjoni tal-Polonja fl-1793, Toruń ġie anness mal-Prussja. Ġie rkuprat għal żmien qasir mill-Pollakki bħala parti mid- Dukat ta’ Varsavja fis-snin 1807-1815, u saħansitra kien il-kapitali temporanja f’April u f’Mejju 1809.[29] Fl-1809, Toruń ġie difiż b’suċċess mill-Pollakki kontra l-Awstrijaki. Wara li ġie anness mill-ġdid mal-Prussja fl-1815, Toruń ġie soġġett għal Ġermanizzazzjoni u sar ċentru b’saħħtu tar-reżistenza Pollakka kontra politiki simili. Ġew stabbiliti istituzzjonijiet Pollakki ġodda bħal Towarzystwo Naukowe w Toruniu (is-Soċjetà Xjentifika ta’ Toruń), istituzzjoni Pollakka ewlenija fid-Diviżjoni Prussjana tal-Polonja, li ġiet stabbilita fl-1875. Fl-1976, Toruń ingħata s-Salib tal-Kmandant bl-Istilla tal-Ordni tal-Polonia Restituta, waħda mill-ogħla unuri Pollakki. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Polonja ddikjarat l-indipendenza u reġgħet ħadet il-kontroll ta’ Toruń. Fil-Polonja ta’ bejn gwerer, Toruń kien il-kapitali tad-Distrett tal-Pomeranja.[28]

It-Tieni Gwerra Dinjija

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Ġermanja okkupat lil Toruń mis-7 ta’ Settembru 1939 sal-1 ta’ Frar 1945. L-

Gwardji Pollakki u Ġermaniżi arrestati fil-bieb tal-Forti VII fl-1939

Einsatzkommando 16 daħal Toruń biex jikkommetti diversi reati kontra l-Pollakki.[30] Taħt l-okkupazzjoni Ġermaniża, iċ-ċittadini lokali kienu soġġetti għal arresti, tkeċċijiet, jasar, deportazzjonijiet lejn il-kampijiet ta’ konċentrament Nażisti u ġustizzjar, speċjalment l-elit Pollakk bħala parti mill-Intelligenzaktion.

Grupp ta’ ħaddiema ferrovjarji u pulizija Pollakki minn Toruń inqatlu mill-ġendarmerija Ġermaniża u mill-Wehrmacht f’Gąbin fid-19 u fil-21 ta’ Settembru 1939.[31] Il-Pollakki lokali, fosthom attivisti, għalliema u qassisin, li ġew arrestati f’Toruń u fil-Kontea ta’ Toruń minn Settembru 1939, inizjalment inżammu fil-ħabs ta’ qabel il-gwerra, u wara li kien iffullat wisq, minn Ottubru 1939 il-Ġermaniżi tefgħu lill-Pollakki l-ħabs fil-Forti VII tal-Fortizza ta’ Toruń.

Fis-17 u fid-19 ta’ Ottubru 1939 biss, il-pulizija Ġermaniża u s-Selbstschutz arrestaw 1,200 Pollakk f’Toruń u fil-Kontea. Fil-bidu ta’ Novembru 1939, il-Ġermaniżi wettqu iktar arresti tal-massa ta’ għalliema, bdiewa u qassisin Pollakki f’Toruń u fil-Kontea, li mbagħad intefgħu l-ħabs fil-Forti VII.[32] Il-Pollakki mitfugħa l-ħabs imbagħad ġew deportati lejn il-kampijiet ta’ konċentrament Nażisti jew maqtula fuq il-post.

Fid-distrett attwali ta’ Barbarka, seħħew massakri kbar ta’ iktar minn 1,100 Pollakk minn Toruń u mir-reġjun, fosthom għalliema, prinċipali tal-iskejjel, uffiċjali lokali, ristoraturi, sidien tal-ħwienet, negozjanti, bdiewa, ħaddiema ferrovjarji, pulizija, artiġjani, studenti, qassisin, ħaddiema u tobba.[33] Sitt oqbra tal-massa ġew skoperti wara l-gwerra, u f’ħamsa minnhom il-katavri tal-vittmi nħarqu, peress li l-Ġermaniżi ppruvaw jgħattu dak li wettqu.[34] Għalliema lokali kienu wkoll fost l-għalliema Pollakki li nqatlu fil-kampijiet ta’ konċentrament ta’ Sachsenhausen-Oranienburg, Mauthausen u Dachau.[35]

Il-Muniċipju Gotiku (Ratusz Staromiejski) fil-qalba taċ-Ċentru Storiku li jmur lura għas-seklu 13

Matul l-okkupazzjoni, il-Ġermanja stabbiliet u operat il-kamp tal-priġunieri tal-gwerra Stalag XX-A f’Toruń, li fih inżammu l-priġunieri tal-gwerra Pollakki, Brittaniċi, Franċiżi u Sovjetiċi. Mill-1940 sal-1943, fil-parti tat-Tramuntana ta’ Toruń kien hemm kamp ta’ tranżitu Ġermaniż, Umsiedlungslager Thorn, għall-Pollakki li tkeċċew minn Toruń u miż-żona tal-madwar, li sar magħruf għal kundizzjonijiet sanitarji diżumani tiegħu.[36] Iktar minn 12,000 Pollakk għaddew mill-kamp, u madwar 1,000 minnhom mietu hemm, fosthom madwar 400 tifel u tifla. Mill-1941 sal-1945, f’Toruń ġie stabbilit kamp Ġermaniż tax-xogħol sfurzat.[37] Fir-rebbiegħa tal-1942, il-Ġermaniżi qatlu 30 scout Pollakk li kellhom bejn 13 u 16-il sena fil-Forti VII.[38]

Filwaqt li l-popolazzjoni ta’ Toruń sofriet minħabba bosta atroċitajiet, ma kien hemm l-ebda battalja jew bumbardament li qerdu l-binjiet. Għalhekk, b’xorti tajba r-raħal ta’ Toruń baqa’ ppreservat minkejja iż-żewġ Gwerer Dinjin, u żammet l-arkitettura storika tagħha li tvarja minn stil Gotiku tal-brikks, għal Rinaxximentali, għal Barokk sa l-istili tas-sekli 19 u 20.

Sit ta’ Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Knisja ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra f’Toruń – eżempju perfett tal-arkitettura Neo-Gotika ta’ Toruń

Ir-Raħal Medjevali ta’ Toruń ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[39]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[39]

Toruń huwa maqsum f’24 distrett (dzielnica) jew kwartier, u kollha kemm huma għandhom livell ta’ awtonomija fi ħdan il-gvern muniċipali tar-raħal. Id-distretti jinkludu: Barbarka, Bielany, Bielawy, Bydgoskie Przedmieście, Chełmińskie Przedmieście, Czerniewice, Glinki, Grębocin nad Strugą, Jakubskie Przedmieście, Kaszczorek, Katarzynka, Koniuchy, Mokre, Na Skarpie, Piaski, Podgórz, Rubinkowo, Rudak, Rybaki, Stare Miasto (Ċentru Storiku), Starotoruńskie Przedmieście, Stawki, Winnica, u Wrzosy.

Data klimatika għal Toruń (San Ġużepp), elevazzjoni: 69 metru, it-temperaturi normali u estremi fl-1961-1990
Xahar Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. mass. rekord °C (°F) 12.7

(54.9)

17.1

(62.8)

23.4

(74.1)

29.9

(85.8)

32.3

(90.1)

34.5

(94.1)

35.7

(96.3)

35.6

(96.1)

32.4

(90.3)

28.2

(82.8)

19.9

(67.8)

15.6

(60.1)

35.7

(96.3)

Temp. mass. medja °C (°F) −0.1

(31.8)

1.4

(34.5)

6.2

(43.2)

12.7

(54.9)

18.8

(65.8)

22.2

(72.0)

23.5

(74.3)

23.0

(73.4)

18.5

(65.3)

12.8

(55.0)

5.9

(42.6)

1.6

(34.9)

12.2

(54.0)

Medja kuljum °C (°F) −2.8

(27.0)

−1.8

(28.8)

1.9

(35.4)

7.1

(44.8)

13.0

(55.4)

16.6

(61.9)

17.8

(64.0)

17.2

(63.0)

13.0

(55.4)

8.3

(46.9)

3.4

(38.1)

−0.6

(30.9)

7.8

(46.0)

Temp. min. medja °C (°F) −5.6

(21.9)

−4.7

(23.5)

−1.5

(29.3)

2.4

(36.3)

7.3

(45.1)

10.7

(51.3)

12.2

(54.0)

11.7

(53.1)

8.6

(47.5)

4.9

(40.8)

0.9

(33.6)

−3.1

(26.4)

3.7

(38.6)

Temp. min. rekord °C (°F) −32.2

(−26.0)

−29.3

(−20.7)

−26.5

(−15.7)

−8.3

(17.1)

−4.2

(24.4)

−0.6

(30.9)

3.1

(37.6)

1.4

(34.5)

−3.7

(25.3)

−9.6

(14.7)

−22.8

(−9.0)

−24.5

(−12.1)

−32.2

(−26.0)

Preċipitazzjoni medja mm (pulzieri) 27

(1.1)

23

(0.9)

26

(1.0)

30

(1.2)

56

(2.2)

78

(3.1)

77

(3.0)

60

(2.4)

45

(1.8)

39

(1.5)

40

(1.6)

35

(1.4)

536

(21.2)

Medja ta’ jiem ta’ preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 7.4 6.6 6.7 7.1 8.5 9.4 10.5 9.0 8.0 7.6 9.4 9.1 99.3
Medja ta’ sigħat ta’ xemx fix-xahar 42.0 63.0 63.0 155.0 224.0 226.0 220.0 211.0 145.0 98.0 41.0 30.0 1,518
Sors: NOAA
Miasteczko uniwersyteckie (Belt universitarja)

Iktar minn tletin skola elementari u primarja u iktar minn għaxar skejjel sekondarji jiffurmaw il-bażi edukattiva ta’

Toruń. Minbarra dawn, l-istudenti jistgħu jattendu wkoll għadd żgħir ta’ skejjel privati.

Collegium Maximum tal- Università Nicolaus Copernicus f’Toruń

L-ikbar istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja f’Toruń, l-Università Nicolaus Copernicus taqdi ’l fuq minn 20,000 student u ġiet stabbilita fl-1945, abbażi tas-Soċjetà Xjentifika ta’ Toruń, l- Università Stefan Batory f’Wilno, u l-Università Jan Kazimierz f’Lviv. L-eżistenza ta’ università ta’ livell għoli u ta’ profil għoli b’ħafna studenti kellha rwol kbir fil-pożizzjoni u fl-importanza ta’ Toruń inġenerali, kif ukoll fiż-żieda tal-popolazzjoni ta’ żgħażagħ f’Toruń. Dan għadu japplika u għandu wkoll influwenza serja fuq l-ekonomija lokali.

Istituzzjonijiet pubbliċi oħra tal-edukazzjoni għolja:

  • Wyższe Seminarium Duchowne (sezzjoni tal-Fakultà Teoloġika tal-Università Nicolaus Copernicus)
  • Il-Kulleġġ għat-Taħriġ tal-Għalliema - Nauczycielskie Kolegium Języków Obcych (affiljat mal-Università Nicolaus Copernicus)
  • Il-Kulleġġ tal-Moda (Kolegium Mody)
  • L-Università ta’ Warmia u Mazury f’Olsztyn - il-Fakultà tal-Ġeodesija u d-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Art f’Toruń
  • Il-Kulleġġ tax-Xogħol Soċjali - Kolegium Pracowników Służb Społecznych
  • L-Università ta’ Gdańsk - il-Kulleġġ tal-Lingwa

Hemm ukoll għadd ta’ faċilitajiet privati tal-edukazzjoni għolja:

  • WSB Universities - WSB University f’Toruń
  • L-Università tal-Kultura Soċjali u tal-Midja f’Toruń - Wyższa Szkoła Kultury Społecznej i Medialnej (affiljata mar-Radju Maryja)
  • Toruńska Szkoła Wyższa
  • Wyższa Szkoła Filologii Hebrajskiej (Skola Postsekondarja tal-Filoloġija Ebrajka)
  • L-Iskola tal-Imprenditorija ta’ Toruń - Toruńska Wyższa Szkoła Przedsiębiorczości

F’Toruń hemm ukoll waħda mill-eqdem skejjel sekondarji fil-Polonja msejħa I Liceum Ogólnokształcące im. Mikołaja Kopernika, li tmur lura għal-liċeo li ġie stabbilit fl-1568.

Sptar muniċipali tat-tfal

Kura tas-saħħa

[immodifika | immodifika s-sors]

Sitt sptarijiet bi speċjalizzazzjonijiet varji jipprovdu servizz mediku għal Toruń, għaż-żona tal-madwar u għar-reġjun

inġenerali. L-ikbar tnejn minn dawn l-isptarijiet, reċentement immexxija mid-distrett, ittieħdu f’idejn l-Università Nicolaus Copernicus u qed jitmexxew bħala unitajiet kliniċi tagħha. Sptar minnhom bidel l-istatus tiegħu fl-2008.

Barra minn hekk, hemm numru ta’ faċilitajiet oħra tal-kura tas-saħħa f’Toruń.

Mezzi tax-xandir

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Stampa
    • ġurnali: Nasz Dziennik, Rzeczpospolita, Gazeta Wyborcza Toruń, Gazeta Pomorska, Nowości, Metro
    • Rivisti ta’ kull ġimgħa: Niedziela, City Toruń, Teraz Toruń
    • Oħrajn: Undergrunt, Immuniet, Illustratur, Poza Toruń
  • Stazzjonijiet tar-radju:
    • Polskie Radio Pomorza i Kujaw,
    • Radju ESKA – li jdoqq hits internazzjonali, flimkien ma’ mużika Pollakka
    • Radju GRA
    • Radju ZET Gold
    • Radju Sfera
    • Radju WAWA
    • RMF FM
    • Radju Maryja – stazzjon tar-radju li jxandar ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħall-quddies u t-talb bil-Pollakk
  • Stazzjonijiet tat-televiżjoni:
    • TVN/TVN24 – uffiċċju reġjonali
    • Informazzjoni TVP – Oddział w Bydgoszczy, Redakcja Terenowa w Toruniu
    • Telewizja Trwam
    • Podróże TV
    • Telewizja Kablowa Toruń
    • Telewizja TAT Studio Region
    • Telewizja Petrus
  • KS Toruń – tim tas-sewwieqa sportivi tal-muturi, li jikkompetu fit-trakka ta’ Ekstraliga, it-tim rebaħ il-kampjonat
    Il-MotoArena ta’ Toruń hija waħda mill-iġded trakki tal-muturi fid-dinja u tospita l-iSpeedway Grand Prix tal-Polonja
    Pollakk erba’ darbiet, u jtellqu lokalment fil-MotoArena ta’ Toruń
  • KS Toruń HSA – klabb tal-hockey fuq is-silġ tal-ogħla league tal-Polonja, ġie t-tieni fl-1968, u rebaħ it-Tazza Pollakka fl-2005
  • Elana Toruń – tim tal-futbol, li jikkompeti fir-raba’ diviżjoni fil-Polonja, u l-grawnd tiegħu huwa l-Grawnd Muniċipali
  • Pomorzanin Toruń – hockey fuq l-art (premier league fil-Polonja), futbol (ir-raba’ diviżjoni fil-Polonja), boxing
  • Twarde Pierniki Polski Cukier Toruń – klabb tal-basketball li jikkompeti fil-League tal-Basketball Pollakk (l-ogħla diviżjoni tal-irġiel fil-Polonja), ġie t-tieni darbtejn, u jilgħab fl-Arena Toruń
  • Energa Katarzynki Toruń – klabb tal-basketball li jikkompeti fil-Basket Liga Kobiet (premier league tan-nisa fil-Polonja), ġie t-tielet fl-2010, fl-2012 u fl-2015, u jilgħab fl-Arena Toruń
  • Angels Toruń – futbol Amerikan – l-ewwel diviżjoni Pollakka tal-Futbol Amerikan
  • Nestle-Pacyfic – ċikliżmu
  • Toruński Klub Bowlingowy – bowling
  • Budowlani Toruń – volleyball (premier league tan-nisa fil-Polonja), jilagħbu fl-Arena Toruń
  • UKS Budowlanka Toruń – volleyball
  • Toruński KS – eks klabb tal-futbol Pollakk, kofundaturi tal-league tal-futbol Pollakk

Residenti notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Fost ir-residenti notevoli ta’ Toruń insibu:

Relazzjonijiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Toruń huwa ġemellat ma’:

  • Philadelphia, Pennsylvania, l-Istati Uniti, mill-1977
  • Göttingen, Niedersachsen, il-Ġermanja, mill-1978
  • Leiden, in-Nofsinhar tal-Olanda, in-Netherlands, mill-1988
  • Hämeenlinna, il-Finlandja, mill-1989

Kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Thorn (Toruń) huwa wieħed mill-ewwel irħula tal-Istat tal-Ordni Tewtonika fil-logħba elettronika ta’ strateġija Medieval II: Total War: Kingdoms.
  • Toruń jidher ukoll fl-istorja alternattiva tal-RTS Command and Conquer: Red Alert; fil-kampanja Sovjetika tal-logħba elettronika, fejn min ikun qed jilgħab il-logħba jkollu l-kompitu li jillikwida l-abitanti tar-raħal wara li t-tmexxija Sovjetika tiskopri li l-ġellieda tar-reżistenza kienu għenu biex iħarrbu lis-suġġetti tat-test.
  1. ^ "TORUŃ | Definition of TORUŃ by Oxford Dictionary on Lexico.com also meaning of TORUŃ". Lexico Dictionaries | English (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-03. Miġbur 2021-05-03.
  2. ^ Company, Houghton Mifflin Harcourt Publishing. "The American Heritage Dictionary entry: Torun". www.ahdictionary.com. Miġbur 2021-05-03.
  3. ^ "Toruń definition and meaning | Collins English Dictionary". www.collinsdictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
  4. ^ "Definition of TORUŃ". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
  5. ^ "GUS - Bank Danych Lokalnych". bdl.stat.gov.pl. Miġbur 2021-05-03.
  6. ^ "History of Toruń | www.torun.pl". www.torun.pl (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
  7. ^ Maria Bogucka, Miasto i mieszczanin w społeczeństwie Polski nowożytnej XVI-XVIII w., Varsavja, 2009.
  8. ^ "VisitTorun: Torun Guide - Home". www.visittorun.pl. Miġbur 2021-05-03.
  9. ^ Wojtowicz, Wojciech (2015-12-02). "Jakość życia w polskich miastach - ranking". Urbnews.pl (bil-Pollakk). Miġbur 2021-05-03.
  10. ^ "Filme online schauen – dziejba.org" (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-03. Miġbur 2021-05-03.
  11. ^ Encyklopedia Powszechna, PWN, Varsavja, 1976.
  12. ^ "Toruń - oficjalna strona miejska". web.archive.org. 2011-10-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-19. Miġbur 2021-05-03.
  13. ^ Max Töppen (1858). Historisch-comparative Geographie von Preussen . J. Perthes.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  14. ^ Norman Davies (2005). God's Playground A History of Poland Volume 1: The Origins to 1795. Oxford University Press. p. 65.
  15. ^ a b Grzeszkiewicz-Kotlewska, Lidia (2002). "Zamek Władysława Jagiełły w Dybowie w świetle badań archeologicznych w latach 1998-2001". Rocznik Toruński (in Polish). Wydawnictwo Naukowe Uniwersytetu Mikołaja Kopernika. 29: 19.
  16. ^ F. Kiryk, J. Ryś, Wielka Historia polski, t. II, 1320–1506, Kraków 1997, pp. 160–161.
  17. ^ "Ruiny Zamku Krzyżackiego | www.torun.pl". www.torun.pl (bil-Pollakk). Miġbur 2021-05-03.
  18. ^ Górski, Karol (1949). Związek Pruski i poddanie się Prus Polsce: zbiór tekstów źródłowych (in Polish). Poznań: Instytut Zachodni. pp. 71–72.
  19. ^ Górski, p. 76-77.
  20. ^ Górski, p. 63.
  21. ^ Grzeszkiewicz-Kotlewska, p. 19-20.
  22. ^ Górski, p. 88.
  23. ^ "Historia szkoły | I Liceum Ogólnokształcące im. Mikołaja Kopernika w Toruniu". Miġbur 2021-05-03.
  24. ^ Polska Encyklopedia Szlachecka, t. I, Warsaw 1935, p. 42.
  25. ^ Konopczyński, Władysław (1948). Chronologia sejmów polskich 1493-1793. Kraków.
  26. ^ "Colloquium Charitativum - Atrakcje Torunia. Przewodnik po Toruniu". www.turystyka.torun.pl (bil-Pollakk). Miġbur 2021-05-03.
  27. ^ Bahlcke, Joachim (2008). Daniel Ernst Jablonski; Religion, Wissenschaft und Politik um 1700 (in German). p. 227. ISBN 978-3-447-05793-6.
  28. ^ a b Parma, Christian (2018). Poland Unesco World Heritage Sites (bl-Ingliż). Parma Press. pp. 84–99. ISBN 978-8377771556.
  29. ^ "Toruń był stolicą Polski? Tak! Ale tylko przez trzy tygodnie". nowahistoria.interia.pl (bil-Pollakk). Miġbur 2021-05-03.
  30. ^ Wardzyńska, Maria (2009). Był rok 1939. Operacja niemieckiej policji bezpieczeństwa w Polsce. Intelligenzaktion (bil-Pollakk). Warszawa: IPN. p. 61.
  31. ^ Wardzyńska, p. 97.
  32. ^ Wardzyńska, p. 161.
  33. ^ Wardzyńska, p. 161-163.
  34. ^ Wardzyńska, p. 162.
  35. ^ Wardzyńska, p. 180-181.
  36. ^ "Tomasz Ceran "Piekło w fabryce smalcu"" (PDF).
  37. ^ "Haftstättenverzeichnis der Stiftung EVZ". www.bundesarchiv.de. Miġbur 2021-05-03.
  38. ^ Kostkiewicz, Janina (2020). "Niemiecka polityka eksterminacji i germanizacji polskich dzieci w czasie II wojny światowej". In Kostkiewicz, Janina (ed.). Zbrodnia bez kary... Eksterminacja i cierpienie polskich dzieci pod okupacją niemiecką (1939–1945) (in Polish). Kraków: Uniwersytet Jagielloński, Biblioteka Jagiellońska. p. 56.
  39. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Medieval Town of Toruń". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.