Aqbeż għall-kontentut

R. Charleroi SC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn S. du Pays de Charleroi)
R. Charleroi SC
Isem sħiħ

Royal Charleroi

Sporting Club
Ismijiet oħra Les Zèbres (Iż-Żebri),
Les Carolos
Fundazzjoni 1904
Grawnd Stade du Pays de Charleroi, Charleroi
Kowċ Edward Still (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Sporting du Pays de Charleroi (magħruf ukoll bħala sempliċement Charleroi jew Sporting Charleroi, jew mill-laqam tagħhom Les Zèbres (Iż-Żebri) huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Charleroi, fil-provinċja ta' Hainaut. Charleroi jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana dawn bdew jilgħabu l-ewwel darba fl-ogħla livell tal-futbol Belġjan mill-istaġun 1985–86. Charleroi twaqqfu fl-1904 u laħqu l-ewwel diviżjoni fl-istaġun 1947–48. L-ogħla finitura tagħhom kienet it-tieni post fl-istaġun 1968–69. Huma laħqu wkoll darbtejn il-finali tat-Tazza Belġjana, iżda dawn tilfuhom it-tnejn l'huma kontra Beveren u Standard Liège.

Sporting Charleroi għandhom rivalità fit-tul ma' klabb ieħor ROC de Charleroi-Marchienne, li attwalment jilgħabu fit-tielet diviżjoni. Charleroi jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Stade du Pays de Charleroi, li kien irranġat għall-Kampjonati Ewropej 2000. L-istadju ospita 3 tlett logħbiet tal-fażi tal-gruppi fosthom ir-rebħa ta' 1-0 tal-Ingilterra kontra l-Ġermanja. Charleroi ġew reklutaġġi bi plejers Franċiżi diversi fis-snin reċenti, inklużi Michaël Ciani, Cyril Théréau u l-gowler Bertrand Laquait.

Charleroi Sporting Club kien twaqqaf fl-1904u huma rċevew in-numru tal-matricule n°22 . Għoxrin sena wara l-fondazzjoni tagħhom, huma kkwalifikaw biex jilagħbu fil-Promozzjoni (imbagħad fit-tieni livell tal-futbol Belġjan) u fl-1929, il-klabb bidel ismu ghal Royal Charleroi Sporting Club. Rivali minn Olympic Charleroi kienu jilagħbu fl-ewwel diviżjoni fl-aħħar tal-1930ijiet u l-1940ijiet, filwaqt li Sporting Charleroi kien jilgħabu livell wieħed l'isfel, sakemm ġew promossi fl-1947. Fl-1949, Sporting Charleroi spiċċaw ir-4 (2 punti wara Standard Liège) filwaqt li Olympic Charleroi kienu l-14. Iżda Olympic marru fil-vantaġġ għal darb'oħra sal-1955 u relegazzjoni tagħhom għat-tieni diviżjoni. Fl-aħħar tal-istaġun 1956–57, Olympic Charleroi kienu promossi għall-ewwel diviżjoni imma Sporting Charleroi sfaw fl-aħħar fl-ewwel diviżjoni u kienu għalhekk relegati għat-tieni diviżjoni. L-espliċita ta' 9 istaġuni fit-tieni diviżjoni kienet segwita u fl-istaġun 1966–67 Sporting Charleroi telgħu lura fl-ogħla livell. Huma lestew it-tieni post fl-istaġun 1968-69 b'5 punti wara Standard Liège iżda fi żmien sentejn kienu relegati mill-ġdid.

Fl-1974 l-ewwel diviżjoni kienet qed tinbidel għal 16-20 timijiet u Sporting Charleroi kienu magħżula biex jilagħbu fl-ogħla livell. Olympic Charleroi kienu promossi wkoll kif kienu rebħu t-tieni diviżjoni dritt qabel, iżda dawn baqgħu fl-ogħla livell għal staġun wieħed. Sporting għaddew minn relegazzjoni fl-istaġun 1979–80 (17 jew 18) imma kienu lura ħames snin wara. L-aħjar riżultat tagħhom minn dakinhar fl-ewwel diviżjoni kien ir-4 post fl-1993–94. F'Settembru 2005, il-G-14 ħadet il-FIFA l-qorti fuq il-ħsara mġarrba minn Abdelmajid Oulmers filwaqt li kien fuq servizz internazzjonali mal-Marokk.

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away
1969-70 UEFA Cup 1R Kroazja NK Zagreb 2-1 3-1
1969-70 UEFA Cup 2R Franza FC Rouen 3-1 0-2
1994-95 UEFA Cup 1R Rumanija Rapid Bucureşti 2-1 0-2
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 10 Iżrael Beitar Jerusalem 1-0
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 10 Turkija Bursaspor 0-2
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 10 Slovakkja FC Košice 2-3
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 10 Ingilterra Wimbledon FC 3-0
1996 UEFA Intertoto Cup Grupp 4 Danimarka Silkeborg IF 2-4
1996 UEFA Intertoto Cup Grupp 4 Wales Conwy United FC 0-0
1996 UEFA Intertoto Cup Grupp 4 Polonja Zaglebie Lubin 0-0
1996 UEFA Intertoto Cup Grupp 4 Awstrija SV Ried 3-1
2005 UEFA Intertoto Cup 2R Finlandja Tampere United 0-0 0-1

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]