Aqbeż għall-kontentut

Prim Ministru ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Prim Ministru ta' Malta jmexxi l-Gvern ta' Malta, u fil-protokoll jiġi eżatt wara l-President ta' Malta li għandu l-ogħla kariga statali minkejja li dan tal-aħħar għandu rwol kważi ċerimonjali. Il-Prim Ministru jiġi nominat mill-President, u d-deċiżjoni tiegħu jew tagħha tkun ibbażata skont is-sitwazzjoni fil-Parlament Malti. Il-Prim Ministru jrid ikollu maġġoranza ta' voti fil-Parlament biex jaqdi l-mandat. Ħafna drabi l-Prim Ministru jkun il-mexxej tal-iktar partit li jkun ġab voti f'elezzjoni ġenerali.

Sa mill-1921, Malta kellha b'kollox 14-il Prim Ministru. Il-kariga ta' Prim Ministru Malti ma kinitx teżisti bejn l-1933 u l-1947, kif ukoll bejn l-1958 u l-1962.

Lista ta' Prim Ministri

[immodifika | immodifika s-sors]

Partiti politiċi      Unione Politica Maltese      Partit Nazzjonalista      Partit Kostituzzjonali      Partit Laburista      Partit tal-Ħaddiema

Numru Ritratt Isem
(Twelid–Mewt)
Elett Mandat Partit politiku
Bidu tal-kariga Tmiem tal-kariga
1 Joseph Howard
(1862–1925)
1921 26 ta' Ottubru 1921 13 ta' Ottubru 1923 Unione Politica Maltese
2 Francesco Buhagiar
(1876–1934)
13 ta' Ottubru 1923 22 ta' Settembru 1924 Unione Politica Maltese
3 Ugo Pasquale Mifsud
(1889–1942)
1924 22 ta' Settembru 1924 1 ta' Awwissu 1927 Partit Nazzjonalista
4 Gerald Strickland
(1861–1940)
1927 9 ta' Awwissu 1927 21 ta' Ġunju 1932 Partit Kostituzzjonali
(3) Ugo Pasquale Mifsud
(1889–1942)
1932 21 ta' Ġunju 1932 2 ta' Novembru 1933 Partit Nazzjonalista
Kariga abolita bejn it-2 ta' Novembru 1933 u l-4 ta' Novembru 1947
5 Paul Boffa
(1890–1962)
1947 4 ta' Novembru 1947 15 ta' Ottubru 1949 Partit Laburista
(5) 15 October 1949 26 September 1950 Partit tal-Ħaddiema
6 Enrico Mizzi
(1885–1950)
1950 26 ta' Settembru 1950 20 ta' Diċembru 1950 Partit Nazzjonalista
7 Ġorġ Borg Olivier
(1911–1980)
20 ta' Diċembru 1950 Mejju 1951 Partit Nazzjonalista
1951 Mejju 1951 Diċembru 1953
1953 Diċembru 1953 11 ta' Marzu 1955
8 Dom Mintoff
(1916–2012)
1955 11 ta' Marzu 1955 26 ta' April 1958 Partit Laburista
Kariga abolita bejn is-26 ta' April 1958 u l-5 ta' Marzu 1962
(7) Ġorġ Borg Olivier
(1911–1980)
1962 5 ta' Marzu 1962 Marzu 1966 Partit Laburista
1966 Marzu 1966 21 ta' Ġunju 1971
(8) Dom Mintoff
(1916–2012)
1971 21 ta' Ġunju 1971 18 ta' Settembru 1976 Partit Laburista
1976 18 ta' Settembru 1976 12 ta' Diċembru 1981
1981 12 ta' Diċembru 1981 22 ta' Diċembru 1984
9
Karmenu Mifsud Bonnici
(1933-2022)
22 ta' Diċembru 1984 12 ta' Mejju 1987 Partit Laburista
10 Eddie Fenech Adami
(twieled fl-1934)
1987 12ta' Mejju 1987 22 ta' Frar 1992 Partit Nazzjonalista
1992 22 ta' Frar 1992 28 ta' Ottubru 1996
11 Alfred Sant
(twieled fl-1948)
1996 28 ta' Ottubru 1996 6 ta' Settembru 1998 Partit Laburista
(10) Eddie Fenech Adami
(twieled fl-1934)
1998 6 ta' Settembru 1998 12 ta' April 2003 Partit Nazzjonalista
2003 12 ta' April 2003 23 ta' Marzu 2004
12 Lawrence Gonzi
(twieled fl-1953)
23 ta' Marzu 2004 10 ta' Marzu 2008 Partit Nazzjonalista
2008 10 ta' Marzu 2008 11 ta' Marzu 2013
13 Joseph Muscat
(twieled fl-1974)
2013 11 ta' Marzu 2013 3 ta' Ġunju 2017 Partit Laburista
2017 3 ta' Ġunju 2017 12 ta' Jannar 2020
14
Robert Abela
(twieled fl-1977)
12 ta' Jannar 2020 attwali Partit Laburista

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]