Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Prim Ministru ta' Malta

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Isma', żewġ preċiżazzjonijiet. Il-partit "Political Union" hija ereżija terminoloġika politika meta jiġi attribwit għal dak il-partit bil-pożizzjonijiet li kellu. L-isem proprja kien Unione Politica Maltese u din hija l-ewwel darba fil-qari ta' dan is-suġġett li qiegħed nara Political Union, sakemm mhux xi traduzzjoni għall-Ingliż li hawn mhux f'lokha. L-isem proprja huwa Unione Politica Maltese.

U anke, il-Gvern immexxi minn Sir Ugo Pasquale Mifsud fl-1923 ma kienx tal-Partit Nazzjonalista għax dan lanqas kien jeżisti teknikament peress li l-Unione Politica Maltese (Panzavecchiani mmexxijin minn Sir Ugo Mifsud, ikkunsidrati nazzjonalisti moderati) u l-Partito Democratico Nazionalista (Mizziani mmexxijin minn Enrico Mizzi, ikkunsidrati nazzjonalisti estremisti) kienu għadhom ma amalgamawx u iffurmaw il-Partito Nazionalista (Partit Nazzjonalista). Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista (Partito Nazionalista kif fid-dokumentazzjoni uffiċjali kien ikun l-isem) ġie mibdi uffiċjalment fl-1926 bl-amalgamazzjoni ta' l-UPM u l-PDN biex b'hekk fis-sena 1926, u teknikament/uffiċjalment mhux qabel, naraw il-bidu proprju tal-Partit Nazzjonalista fl-istorja politika ta' Malta.

Li rrid ngħid huwa li fl-1923 ma kienx hemm Partito Nazionalista, allura huwa teknikament u storikament skorrett illi jingħad illi mill-1923 sa l-1927 kien hemm gvern li t-treġġija tiegħu kienet f'idejn il-Partit Nazzjonalista. Inġib aktar dettalji 'l quddiem meta jkolli aktar materjal f'idejja.

Edric Micallef Figallo 11:59, 26 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]


Grazzi tal-preċizazzjoni. Inħalli l-modifiki f'idejk? --Roderick Mallia 12:02, 26 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]


Tajjeb ukoll, nagħmilhom x'ħin ikolli kollox f'idejja però, biex inkun preċiż al massimu.

P.S. Int Roderick Mallia li nkellem fuq MSN hux hekk, mhux ieħor? -- Edric Micallef Figallo 12:30, 26 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]

Iva jien l-istess wieħed :o) Avolja ma tantx għadni nkun fuq MSN... --Roderick Mallia 12:41, 26 Marzu 2006 (UTC)[wieġeb]