Aqbeż għall-kontentut

Papa Benedittu XVI

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Papa Benedettu XVI)
Papa Benedittu XVI
Pope emeritus (en) Translate

28 Frar 2013 - 31 Diċembru 2022
265. Papa

19 April 2005 - 28 Frar 2013
Papa Ġwanni Pawlu II - Papa Franġisku
cardinal-bishop of Ostia (en) Translate

30 Novembru 2002 - 19 April 2005
Bernardin Gantin (en) Translate - Angelo Sodano (mul) Translate
Dioceses: Roman Catholic Suburbicarian Diocese of Ostia (en) Translate
Dean of the College of Cardinals (en) Translate

27 Novembru 2002 - 19 April 2005
Bernardin Gantin (en) Translate - Angelo Sodano (mul) Translate
Cardinal-Bishop of Velletri-Segni (en) Translate

5 April 1993 - 19 April 2005
Dioceses: Roman Catholic Suburbicarian Diocese of Velletri-Segni (en) Translate
prefect of the Congregation for the Doctrine of the Faith (en) Translate

25 Novembru 1981 - 13 Mejju 2005
Franjo Šeper (en) Translate - William Levada (en) Translate
kardinal

27 Ġunju 1977 -
cardinal priest (en) Translate

27 Ġunju 1977 - 5 April 1993
Roman Catholic Archbishop of Munich and Freising (en) Translate

24 Marzu 1977 - 15 Frar 1982
Julius Döpfner (en) Translate - Friedrich Wetter (mul) Translate
Dioceses: Roman Catholic Archdiocese of Munich and Freising (en) Translate
Ħajja
Isem propju Joseph Aloisius Ratzinger
Twelid Birth house of Benedict XVI (en) Translateu Marktl (en) Translate, 16 April 1927
Nazzjonalità Ġermanja
Stat tal-Belt tal-Vatikan
Italja
Residenza Mater Ecclesiae Monastery (en) Translate
Grupp etniku Ġermaniżi
L-ewwel lingwa Ġermaniż
Mewt Mater Ecclesiae Monastery (en) Translateu Stat tal-Belt tal-Vatikan, 31 Diċembru 2022
Post tad-dfin Vatican Grotto (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Joseph Ratzinger, Sr.
Omm Maria Peintner
Konjuga/i Not married
Aħwa
uri
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Università Ludwig Maximilian ta’ Munich
Ducal Georgianum (en) Translate
(1949 - 29 Ġunju 1951)
Livell tal-edukazzjoni dottorat
professur
Dottorat fid-Divinità
Teżi The People and the House of God in St. Augustine's Doctrine of the Church
Direttur tat-teżi Michael Schmaus (mul) Translate
Studenti dottorali Hub Schnackers (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Latin
Taljan
Franċiż
Ingliż
Spanjol
Studenti
uri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni Qassis fil-Knisja Kattolika
kittieb reliġjuż
pjanist
għalliem fl-università
filosofu
transitional deacon (en) Translate
Latin Catholic bishop (en) Translate
Catholic theologian (en) Translate
arċisqof
teologu
Post tax-xogħol Bonn
Munich
Ruma
Stat tal-Belt tal-Vatikan
Tübingen
Regensburg
Impjegaturi Università ta' Tübingen
University of Münster (en) Translate
Università Ludwig Maximilian ta’ Munich
Università ta' Bonn
University of Regensburg (en) Translate
Premjijiet
List
Sħubija Akkademja tan-Nordrhein-Westfalen għax-Xjenzi u l-Arti
European Academy of Sciences and Arts (en) Translate
Académie des Sciences Morales et Politiques (en) Translate
Pontifical Academy of St. Thomas Aquinas (en) Translate
Hitler Youth (en) Translate
Strument/i tal-mużika pjanu
Servizz militari
Iġġieldu It-Tieni Gwerra Dinjija

Benedittu XVI (Latin: Benedictus PP. XVI; Taljan: Benedetto XVI; Ġermaniż: Benedikt XVI.; imwieled Josef Aloisius Ratzinger; twieled fis-16 ta' April 1927) huwa il-265 Papa, Isqof ta' Ruma, Kap tal-Knisja Kattolika, u s-Sovran tal-Istat tal-Vatikan. Preżentament huwa Papa Emeritu. Kien elett Papa nhar id-19 ta' April 2005, iċċelebra l-Quddiesa Inawgurali tiegħu bħala Papa ħamest ijiem wara, u ħa pussess tal-Katidral tiegħu, il-Bażilika ta' San Ġwann Lateran, nhar is-7 ta' Mejju 2005.

Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien ser jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar. Fil-ġurnata magħzula, il-Papa abdika. Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala "il-Qdusija Tiegħu", u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni.

Josef Aloisius Ratzinger, twieled fir-raħal ta' Marktl am In, fil-Bavarja Djoċesi ta’ Passau, fil-Ġermanja, nhar is-16 ta’ April, li kien Sibt il-Għid, 1927. Tgħammed dak inhar stess. Missieru, li kien pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa min-naħa t’isfel tal-Bavarja. Ommu kienet bint artiġġjani minn Rimsting fuq ix-xatt tal-Għadira Chiem u qabel iżżewġet ħadmet ta’ koka f’bosta lukandi. Kellu żewġ ħutu oħra, Georg ikbar minnu li huwa saċerdot ukoll u oħtu Marija.

Qabel it-Tieni Gwerra Dinija. Il-Papa qatta' tfulitu fir-raħal ta' Traunstein raħal żgħir qrib il-fruntiera Awstrijaka, daqs tletin kilometru bogħod minn Salzburg. F’dan l-ambjent, li hu kien iqisu ‘Mozartjan’, hu kiseb il-formazzjoni tiegħu Nisranija, kulturali, u umana. Attenda l-iskola primarja ta' Aschau am Inn, li fl-2009 issemmiet għalih.

Anedott tat-tfulija jgħid li darba meta ċ-ċkejken Josef ra lill-Kardinal ta’ Munich Faulhaber, kien qal: “anki jien nixtieq insir kardinal.” Ftit jiem qabel, iżda, jirrakkonta ħuh Georg, it-tfajjel Joseph ”waqt li kien qiegħed jara lil bajjad jizbogħilna d-dar, kien qal li la jikber xtaq isir bajjad!” Jum wiehed f’Aschau am Inn, waqt li kien qed jilgħab fil-ġnien tad-dar biswit għadira, it-tfajjel Josef kien kważi se jegħreq.

Fis-Seminarju

[immodifika | immodifika s-sors]

Ta' 12-il sena daħal student fis-Seminarju Minuri ta' Traunstein. Imdorri fl-ambjent żgħir tal-familja, fl-ewwel żmien tiegħu is-seminarju, Ratzinger kien iqis il-lezzjonijiet u l-ħin tal-istudju ma’ madwar sittin student ieħor bħala “tortura.” Ukoll ma kienx jista’ għall-ħin tal-isport. Fis-seminarju, l-aħwa Ratzinger kienu mlaqqma ‘Orgel Ratz’ (Ratzinger tal-orgni – Georg) u Bücher Ratz (Ratzinger tal-kotba - Joseph). Fi kliem wieħed mill-lecturers tiegħu, it-teologu Alfred Lapple, “Joseph kien qisu sponża xotta dejjem lest biex jixrob l-ilma tat-tagħlim u meta jiskopri xi ħaġa ġdida, jintefa’ b’ruħu u ġismu fuqha u jfittex il-ħin u l-mument biex jirrakkontha lill-oħrajn.

Bħala seminarista kien iħobb jikteb poeżiji fuq il-hajja ta’ kuljum u dwar in-natura. Kien student timidu u sensittiv u distakkat minn sħabu.

Fi żmien il-Gwerra

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-tletinijiet ir-reġim Nażista beda jattakka lill-Knisja Kattolika. Iż-żagħżugħ Josef ra b'għajnejh lin-Nażisti isawtu bla ħniena lill-Kappillan qabel ma bdiet il-Quddiesa. Fl-1941, Ratzinger kien sfurzat jidħol bħaż-żgħażagħ l-oħra kollha tal-età tiegħu - ta' 14-il sena - fiż-Żgħażagħ ta' Hitler il-Hitlers Youth, għalkemm ma kienx jieħu pjaċir imur. Missieru kien anti-Nażista. Fl-1941, kuġin tiegħu bis-Sindromu ta' Down inqatel mir-reġim Nażista. Fl-1943, meta kien għadu s-Seminarju, inqabad bil-lieva fil-programm Luftwaffenhelfer, korp tal-armata ta’ kontra l-ajruplani. Meta f'April 1944 bagħtuh fuq il-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija, Ratzinger ħarab. Meta spiċċat il-gwerra, huwa spiċċa priġunier tal-Amerikani għal ftit xhur sakemm reġa' rritorna d-dar.

Saċerdot u Teologu

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1945, iż-żewġ aħwa reġgħu daħlu s-Seminarju ta' Traunstein, u wara fil-Herzogliches Georgianum fl-Università ta' Munich. Nhar id-29 ta' Ġunju 1951 ġie ordnat saċerdot. It-teżi tiegħu kienet fuq Santu Wistin, bl-isem "Il-Poplu u d-Dar t’Alla fid-Duttrina tal-Knisja skont San Wistin". Fl-1957 huwa kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija u sena wara sar Professur fl-istess kulleġġ. F’Bonn, f’Münster, f’Tübingen u f’Regensburg, Ratzinger kien fost l-iżjed lecturers popolari, u spiss għal-lezzjonijiet tiegħu kienu jattendu mijiet ta’ studenti, iżjed milli jkun hemm reġistrati ghall-kors. Sena minnhom, għal kors ta’ 350 student kienu jattendu 600 u nbiegħu 850 kopja tan-noti stampati tiegħu.

Kemm fl-Università ta’ Bonn, u eventwalment f’Münster u fl-lokalitajiet oħra, inkluż f’Ruma fi żmien il-Koncilju, Joseph Ratzinger kien normalment jivjaġġa bit-trasport pubbliku, bil-mixi, bir-rota, jew jiddobba lift minghand xi student. Kien jintgħaraf ġej mill-bogħod bil-berittin li kien jilbes.

Ratzinger kien iħaddan ideat progressivi u anke kien perit tal-Konċilju, jiġifieri kunsulent teoloġiku tal-Kardinal Frings ta' Cologne fil-Konċilju Vatikan II, u kien viċin teologi bħal Hans Küng u Edward Schillebeeckx, sakemm tard fis-snin sittin huwa ddarras bil-protesti tal-movimenti tal-istudenti universitarji b'tendenzi Marxisti u sekularisti. Fl-1972, flimkien ma’ Hans Urs von Balthasar, Henri de Lubac, u teologi oħra ta’ fama, Ratzinger, waqqaf il-ġurnal teoloġiku “Communio.”

Fl-24 ta' Marzu 1977 huwa nħatar Arċisqof ta' Munich u xahar wara, il-Papa Pawlu VI ħatru kardinal. Il-motto episkopali tiegħu kien: ‘Ko-operaturi tal-verità.” Din l-għażla Ratzinger fissirha hekk: “Fuq naħa waħda rajtha bħala r-relazzjoni bejn il-ħidma li kelli qabel ta’ professur u l-missjoni l-ġdida fdata f’idejja. Għalkemm fiż-żewġ każi l-mod kif wieħed imexxihom huwa differenti, madankollu l-qofol ta’ kollox hu li wieħed jimxi mal-verità u li jkun ta’ servizz. Min-naħa l-oħra għażilt dan il-‘motto’ għaliex fid-dinja tal-lum it-tema tal-verità hi mwarrba kważi għal kollox, meqjusha bħala xi ħaġa kbira wisq għall-bniedem, u fl-istess waqt jekk il-verità titwarrab kollox jisfuma fix-xejn.”

Kollaboratur ta' Ġwanni Pawlu II

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-25 ta' Novembru 1981 il-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru president tal-Kummisjoni Teoloġika Internazzjonali u prefett tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja. Fil-15 ta' Frar 1982 huwa rriżenja minn Arċisqof ta' Munich u ftit wara nħatar isqof kardinal ta' Velletri Segni u fit-30 ta' Novembru 2002, ta' Ostja fl-Italja. Ratzinger kien ikkunsidrat bħala l-id il-leminija ta' Ġwanni Pawlu II u wieħed mill-aktar ħbieb tiegħu u fl-aħħar żmienijiet ta' ħajtu minħabba l-mard, Ratzinger kien jippresiedi f'bosta funzjonijiet li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika.

Josef Ratzinger kemm-il darba kien qal li xtaq jirtira f'xi raħal fil-Bavarja u jiddedika ħajtu għall-kitba iżda qabel ma laħaq Papa huwa kien qal lil xi ħbieb tiegħu li kien lest jaċċetta kull kariga li Alla jista' jagħtih. Wara l-mewt ta' Ġwanni Pawlu II, Ratzinger ma baqax aktar Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u meta wasal biex jibda l-Konklavi huwa kien l-aktar wieħed favorit li jilħaq mexxej tal-Knisja.

Jintgħażel Papa

[immodifika | immodifika s-sors]

Josef Ratzinger laħaq il-265 Papa biex imexxi l-Knisja Kattolika, nhar it-Tlieta 19 ta' April tas-sena 2005 għall-ħabta tas-sitta neqsin għaxra. Huwa għazel l-isem ta' Benedittu XVI. Għamel l-ewwel dehra tiegħu bħala Papa għall-ħabta tas-sebgħa u nofs u ħames minuti, billi ħareġ isellem lill-folla preżenti fil-pjazza tal-Vatikan, minn ġol-gallarija tal-Bażilika ta' San Pietru fejn qal "nafda lili nnifsi f'idejn it-talb tagħkom." Benedittu XVI huwa l-ewwel Papa Ġermaniż minn meta Vitor II serva Papa bejn l-1055 u l-1057. L-għada tal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, fl-ewwel messaġġ tiegħu lill-Kulleġġ tal-Kardinali fil-Kappella Sistina stqarr hekk:

 Bħalissa f’qalbi ninsab bejn ħalltejn, qed inħoss żewġ emozzjonijiet li jmorru kontra xulxin. Fuq naħa għandi s-sens ta’ nuqqas ta’ ħila u ta’ biża’ uman waqt li qiegħed wicc imb wiċċ mar-responsabbiltà tal-Knisja Universali, li ngħatat lili l-bieraħ bħala Suċċessur tal-Appostlu Pietru f’din is-Sede ta’ Ruma. Fuq in-naħa l-oħra qed inħoss sens kbir ta’ gratitudini lejn Alla, li qatt ma jħalli l-merħla Tiegħu waħedha, imma jmexxiha tul iż-żmenijiet kollha taħt it-tmexxija ta’ dawk li Hu stess ikun għażel bħala Vigarji ta’ Ibnu u li għamilhom Rgħajja tal-Merħla. 

Fil-Quddiesa Inawgurali tiegħu qal hekk:

 Mhux forsi b’xi mod jew ieħor aħna lkoll imbeżżgħin? Jekk inħallu lil Kristu jidħol għal kollox f’ħajjitna, jekk niftħu lilna nfusna beraħ għaliH, m’aħniex imbeżżgħin li jista’ jeħdielna xi ħaġa?” Hu kompla hekk: “Le! Jekk inħallu lil Kristu jidħol f’ħajjitna, ma nitilfu xejn, xejn, assultament xejn minn dak li jagħmlilna ħajjitna ħielsa, sabiħa u mill-aqwa. Le! Fil-ħbiberija Tiegħu biss aħna nistgħu nħossu s-sbuħija u l-ħelsien. Meta nagħtu lilna nfusna Lilu, aħna nirċievu għal mitt darba aktar milli nkunu tajna. Iva, iftħu beraħ il-bibien lil Kristu – u ssibu l-vera ħajja. 

ut kooperaturi simus veritatis » (Irridu naqdu b’dan il-mod li nkunu koperaturi tal-verità.)
ut kooperaturi simus veritatis » (Irridu naqdu b’dan il-mod li nkunu koperaturi tal-verità.)

L-isem "Benedittu"

[immodifika | immodifika s-sors]

Ratzinger għażel l-isem Benedittu li ġej mill-kelma Latina li tfisser ‘l-imbierek’ bħala tislima lill- Papa Benedittu XV u San Benedittu ta’ Norcia. Papa Benedittu XV kien il-Papa waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija fejn ħadem bla qies biex ikun hemm il-paċi fost in-nazzjonijiet li kienu qegħdin f’konflitt. Min-naħa l-oħra, San Benedittu kien il-fundatur tal-Monastiċiżmu (ħafna monasteri fil-Medju Evu kienu tal-ordni Benedittina). Huwa kiteb ukoll ir-Regola li għandha l-aktar kitba importanti dwar il-ħajja monastika tal-Kristjaneżmu tal-Punent. Il-Papa Benedittu XVI spjega l-għażla tal-isem tiegħu fl-ewwel Udjenza Ġenerali li saret fi Pjazza San Pietru fis-27 ta’ April 2005:

 Mimli b’sentimenti ta’ rispett u grazzja xtaqt ngħid għalfejn għażilt l-isem ta’ Benedittu. Primarjament niftakar fil-Papa Benedittu XV, dak il-profeta kuraġġuż tal-paċi li ggwida lill-Knisja fiż-żminijiet ibsin tal-gwerra. Jien inpoġġi l-ministeri tiegħi fil-passi tiegħu fis-servizz tar-rikonċiljazzjoni u l-armonija fost il-popli. Niftakar ukoll f’San Benedittu ta’ Norcia, patrun tal-Ewropa li fil-ħajja qaddisa tiegħu seddaq il-fondazzjonijiet tal-Kristjaneżmu fl-Ewropa. Nitolbu biex jgħinna biex inżommu ma’ Kristu fil-ħajja tagħna u biex dejjem nagħtuh l-ewwel post fil-ħsibijiet u l-azzjonijiet tagħna. 

L-Istemma Papali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Papa Benedittu għamel bosta bidliet fl-Istemma Papali. Il-Papa neħħa t-tiara papali bi tliet saffi u flokha għażel il-mitra u l-pallju (stola maħduma mis-suf tal-ħaruf b’ħames slaleb suwed li tissimbolizza l-irwol tal-Isqof bħala ragħaj tal-merħla tiegħu).It-tarka tal-Papa turi l-arma tiegħu bħala Arcisqof ta’ Munich u Freising u hija maqsuma fi tliet pannelli, kull wieħed bis-simbolu rispettiv tiegħu.

L-element tan-nofs u li qiegħed fuq sfond aħmar hu frotta tal-baħar ta’ kulur dehbi. Din tirreferi għal Santu Wistin(354-430)li dwar il-kitbiet tiegħu l-Papa Benedittu XVI għamel id-dottorat tiegħu. Tradizzjoni magħrufa tgħid li Santu Wistin lemaħ tifel qed jipprova, b’arzella, jiġbor il-baħar kollu u jitfgħu f'ħofra fir-ramel… biċċa xogħol impossibbli li l-għaref Duttur tal-Knisja qabbilha mal-biċċa xogħol kbira teoloġika li kien qed jagħmel hu dwar is-Santissima Trinità. Din l-istess arzella tal-frott tal-baħar tfakkar ukoll fid-dehra li l-Konċilju Vatikan II ta lill-Knisja hi u tilħaq l-għan tagħha bħala l-Poplu Pellegrin ta’ Alla.

Il-pannell tan-naħa ta’ fuq tax-xellug tat-tarka turi l-“Mor ta’ Freising” jew il-caput ethiopicum. Din ix-xbieha ilha tidher fl-arma araldika tal-Isqfijiet ta’ Freising sa mill-1316. Skond l-awtobiografija tal-Papa stess din tissimbolizza l-universalità tal-Knisja, li ma tagħżel qatt bejn klassi u razza, għax aħna lkoll ta’ Kristu.

Fuq in-naħa ta’ fuq, fil-lemin, għandna ors kannella mgħobbi b’tagħbija fuq dahru. Dan l-ors hu marbut mal-leġġenda Bavariża dwar l-ewwel Isqof, padrun qaddis tad-Djocesi ta’ Freising, San Korbinjanu (missjunarju fil-Bavarja l-Qadima fis-Seklu 8). L-ors hu s-simbolu tal-umanità mhix mifdija li ġiet immansata mill-grazzja ta’ Kristu biex wara saret il-pedament ta’ kultura kbira. It-tagħbija li għandu fuqu l-ors hu simbolu tat-toqol li jġorr miegħu l-uffiċċju ta’ isqof.

Papa Benedittu kiteb tliet enċikliċi:

  1. Deus Caritas Est (Alla hu Mħabba);
  2. Spe Salvi (Salvi bit-Tama); u
  3. Caritas in Veritate (L-Imħabba fil-Verità).

Deus Caritas Est

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Enċiklika hi maqsuma f’żewġ taqsimiet kbar. L-ewwel taqsima, intitolata: “L-unità tal-imħabba fil-ħolqien u fl-istorja tas-salvazzjoni,” hi riflessjoni filosofika u teoloġika dwar l-“imħabba” fid-diversi forom tagħha: “eros,” “philia,” u “agape”, b’enfasi fuq ċerti aspetti vitali tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem u r-rabtiet li din l-imħabba għandha mal-imħabba umana. It-tieni taqsima, imsejħa: “L-Prattika tal-imħabba mill-Knisja bħala ‘Komunità ta’ mħabba’,” titkellem fuq l-implimen¬tazzjoni konkreta tal-kmandament tal-imħabba tal-oħrajn.

L-Ewwel Taqsima

Il-kelma “mħabba,” – kelma fost l-aktar użati u abbużati fid-dinja tallum, – għandha firxa kbira ta’ tifsiriet: hemm l-imħabba għall-patrija, imħabba bejn il-ħbieb, imħabba tal-ġenituri għal uliedhom, imħabba għall-professjoni, imħabba (namra) għall-kaċċa, eċċ. Fost din il-varjetà ta’ tifsiriet, b’danakollu, il-mudell tipiku tal-imħabba hu dak li jseħħ bejn raġel u mara: imħabba li fil-Greċja tal-qedem kienu jsejħulha: “eros.” Fil-Bibbja l-kunċett tal-“imħabba” hu aktar irfinut, kif jidher mill-fatt li l-kelma “eros” darbtejn biss tidher fit-Testment il-Qadim u xejn fil-Ġdid, li min-naħa tiegħu, jippreferi l-kelma “agape,” li tfisser ‘imħabba li tingħata’. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jinqeda wkoll bil-kelma “philia” (imħabba ta’ ħbiberija) b’tifsir aktar profond biex turi r-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu.

Din it-tendenza li tevita l-kelma “eros” u l-imħabba tingħata viżjoni ġdida bil-kelma “agape,” influwenzat il-mentalità nisranija dwar l-imħabba b’tali mod, li f’ambjenti sekolari sikwit hi kkritikata b’mod negattiv għax, jgħidu, din tiċħad l-“eros” u dak kollu relatat mal-ġisem. Hekk, il-filosfu Friedrich Nietzsche qal li r-reliġjon nisranija ivvelenat l-eros li min-naħa tiegħu, għalkemm ma ċediex għal kollox, iddeġenera f’vizzju. Il-filosfu Ġermaniż kien jesprimi l-idea ta’ ħafna: ma kenitx il-Knisja, bil-kman¬damenti tagħha, qed tibdel fi mrar ħaġa daqshekk prezzjuża fil-ħajja? Ma kenitx qisha referee li jsaffar is-suffara meta l-pjaċir (rigal tal-Ħallieq) ikun beda jdewwaq ftit minn dak li hu divin?

Għalkemm fl-imgħoddi fil-Knisja ġieli kien hemm tendenzi bħal dawn, it-tifsira tal-iżvilupp fl-użu tat-termini bibliċi, hi differenti. L-“eros,” tqiegħed fil-bniedem mill-Ħallieq, u għalhekk hu tajjeb; iżda, biex id-dinjità oriġinali tiegħu ma tintilifx u ma jiddeġenerax f’sess waħdu u f’sempli¬ċi prodott ta’ pjaċir, jinħtieġ li dan ikun iddixxiplinat, imsoffi u jitħalla jimmatura.

Il-Fidi nisranija minn dejjem qieset lill-bniedem bħala ħolqien li fih l-ispirtu u l-materja jintisġu flimkien: nisġa li lill-bniedem tagħtih nobbiltà ġdida. Jista’ jingħad li l-isfida tal-“eros” tintrebaħ meta ġisem u ruħ il-bniedem huma f’armonija perfetta. Imbagħad, iva, l-imħabba ssir “estasì,” imma mhux estasi fis-sens ta’ ewforja (stat ta’ min iħossu qiegħed fis-seba’ sema), imma bħala ħruġ permanenti mill-“Jien” magħluq fih innifsu, għal-libertà ta’ min jagħti ruħu biex isib lilu nnifsu, jew aħjar, biex isib ’l Alla. Hekk l-“eros” jista’ jerfa’ ’l-bniedem “f’estasì” lejn id-Divin.

Fl-aħħar mill-aħħar jinħtieġ li l-“eros” u l-“agape” qatt ma jinqatgħu għall-kollox minn xulxin; anzi, aktar ma t-tnejn – għalkemm fi gradi differenti – isibu bilanċ bejniethom, aktar isseħħ in-natura awtentika tal-imħabba. GĦalkemm l-“eros” għall-ewwel tibda b’xenqa, hi u tersaq lejn il-parti l-oħra, tibda tistaqsi inqas u inqas dwarha nfisha u tfittex iżjed u iżjed l-hena tal-parti l-oħra; hi tagħti ruħha lill-parti l-oħra u tibda tixtieq “tkun hemm” minħabba l-parti l-oħra. Hekk naħa ssir parti mill-parti l-oħra; u dan ikun il-mument tal-“agape.”

F’Ġesù Kristu, li hu l-Imħabba ta’ Alla inkarnata, l-“eros-agape” tilħaq il-forma l-aktar radikali tagħha. F’mewtu fuq is-salib, hu wera mħabba l-iktar sublimi meta ingħata għall-fidwa u l-qawmien tal-bnedmin. Bit-twaqqif tal-Ewkaristija Hu assigura li jibqa’ jagħti ruħu taħt l-ispeċi ta’ ħobż u nbid: jibqa’ jingħata bħala manna ġdida li tgħaqqad ’il-bnedmin ħaġa waħda miegħu. Bis-sehem tagħna fl-Ewkaristija, aħna nsiru parti mill-qawwa dinamika tal-għotja tiegħu. U aħna u ningħaqdu miegħu, inkunu ningħaqdu wkoll ma’ kull wieħed li hu jgħaqqad miegħu, u hekk insiru lkoll “ġisem wieħed.” B’dan il-mod l-imħabba ta’ Alla u l-imħabba tal-proxxmu jsiru ħaġa waħda. U hekk, bis-saħħa tal-laqgħa ma’ Alla, l-“agape,” il-kmamdament doppju tal-imħabba ma jibqax iktar impost fuqna: l-imħabba setgħet tkun ikkmandata lilna għaliex qabel hi nfisha ingħatat lilna.

IT-TIENI TAQSIMA

L-imħabba għall-oħrajn, b’għeruqha mxenxla fl-imħabba ta’ Alla, barra milli hi dmir ta’ kull nisrani, hi wkoll dmir il-komunità ekkleżjali kollha li, fil-ħidmiet karitevoli tagħha trid tirrifletti l-imħabba Trinitarja. L-għarfien ta’ dan id-dmir kellu importanza fundamentali fil-Knisja sa mill-bidu tagħha, hekk li ma damitx ma nħasset il-ħtieġa għal ċertu grad ta’ organizzazzjoni biex dawn il-ħidmiet isiru aħjar.

Hekk, fl-istruttura fundamentali tal-Knisja, nibet id-“djakonat” bħala servizz ta’ mħabba għall-oħrajn: imħabba mħarrġa flimkien u b’mod ordnat, servizz konkret, iżda wkoll spiritwali. Meta l-Knisja bdiet tixtered, il-prattika tal-karità beda jitqies bħala wieħed mill-elementi essenzjali tagħha. Il-ħidma tal-Knisja kienet għalhekk definita prinċipalment bħala dmir tripliku: it-tħabbir tal-Kelma (“kerygma-martyria”), iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti (“leiturgia”), u s-servizz tal-karità (“diakonia”). Dawn id-dmirijiet huma marbuta flimkien u ma jistgħux jinfirdu.

B’danakollu, mid-dsatax-il seklu ’l hawn bdiet titqajjem oġġezzjoni fundamen¬tali kontra l-ħidma karitatevoli tal-Knisja. Ħidma bħal din, bdew jgħidu, tmur kontra l-ġustizzja u tispiċċa biex il-ħwejjeġ jibqgħu bla jitranġaw. Meta l-Knisja twet¬taq atti singoli ta’ karità, ikomplu jargumentaw, hi tkun tiffavorixxi li s-sistema nġusta attwali tibqa’ kif inhi, billi b’xi mod tkun tirrendi s-sistema sopportabbli u hekk tmewwet l-irvell kontriha, li waħdu jista’ jittransfor¬maha f’dinja aħjar. GĦaliex, kif nafu, il-Marxiżmu fittex juri li r-rimedju waħdieni għall-mard soċjali kollu kien jinsab biss f’rivoluzzjoni dinjija: ħolma li minn dak in-nhar ’l hawn sfumat fix-xejn. Kien il-Maġisteru Kattoliku – ibda mill-Enċiklika “Rerum novarum” ta’ Ljun XIII (1891), imbagħad Quadragesimo Anno (1931) ta’ Piju XI, Mater et Magistra (1961) ta’ Ġwanni XXIII, Populorum Progressio (1967) ta’ Pawlu VI, u t-tlett Enċikliċi ta’ Ġwann Pawl II: “Laborem exercens” (1981), “Sollicitudo rei socialis” (1987), u “Centesimus annus” (1991) – li għarbel il-kwestjoni soċjali b’attenzjoni dejjem ikbar, żviluppa duttrina socjali tassew kumplessa, u ssuġġerixxa linji ta’ gwida li jgħoddu wkoll għal ambjenti ’l hinn mill-konfini tal-Knisja.

Il-Knisja ma tistax u m’għandhiex tieħu fuqha l-impenn politiku li toħloq u trawwem l-iktar soċjetà ġusta possibbli. Dan hu xogħol l-Istat, u l-Knisja m’għandniex teħodlu postu. Fl-istess ħin lanqas ma’ tista’ u m’għandha tibqa’ gallarija fil-ġlieda għall-ġustizzja. Il-parti tagħha hi li tinjetta l-enerġija spirit¬wali li mingħajrha l-ġustizzja, li dejjem titlob is-sagrifiċċju, la tista' żżomm u lanqas tiġi ’l quddiem. L-imħabba tibqa’ dejjem meħtieġa: l-ebda liġi tal-Istat, ġusta kemm tkun ġusta, ma tista’ teħdielha postha. Stat li jrid jipprovdi għal kollox, isir magna burok¬ratika, bla ħila li jiżgura u jipprovdi dik l-għajnuna li l-bniedem tant jeħtieġ: id-dedikazzjoni u l-imħabba personali. Min ifittex li jeqred l-imħabba, ifittex li jeqred lill-bniedem.

Effett pożittiv iżda ta’ wkoll sfida tal-globalizazzjoni ta’ żmienna hu li din tipprovdi mezzi kif l-għajnuna umanitarja titwassal lil min jeħtieġha, ukoll f’pajjiżi mbiegħda: fatt li kien ġa osservat mill-Konċilju Vatikan II: “Fost is-sinjali ta’ żmienna, ta’ min jinnota b’mod partikolari, is-sens jikber dejjem bla ħadd iżommu, ta’ solidarjetà bejn il-popli.” Strutturi statali u assoċjazzjonijiet umanitarji kollha jgħinu, kulħadd bil-mod tiegħu, is-solidarjetà murija fis-soċjetà ċivili, fejn nibtu għadd ta’ organizzazz¬jonijiet filantropiċi u ta’ karità. Dan ġara wkoll fil-Knisja Kattolika. Wieħed jittama li jkun hemm kollabo¬razzjoni effettiva bejn dawn l-elementi diversi. Madanakollu huwa importanti li l-attività kreattiva tal-Knisja ma tintilifx fl-isfond ta’ karità organizzata hekk varjata u ssir sempliċi waħda mill-alternattivi. GĦal kuntrarju, fiha trid tibqa’ tilma l-essenza tal-karità nisranija.

GĦalhekk:

a)Il-ħidma karitevoli nisranija, minbarra li tkun professjonalment kompetenti, trid tkun ibbażata fuq l-esperjenza ta’ laqgħa personali ma’ Kristu, li mħabbtu misset il-qlub ta’ dawk li jemmnu u nisslet fihom imħabba għall-oħrajn.

b)Il-ħidma karitevoli nisranija ma tridx tkun dipendenti la minn partiti u lanqas minn ideologiji. Il-programm tan-nisrani, bħal dak tas-Samaritan it-Tajjeb – jiġifieri, l-prog¬ramm ta’ Ġesù, – hu “qalb li tara fejn hemm il-ħtieġa tal-imħabba, u taġixxi skond il-ħtieġa.”

c)Barra min hekk, il-ħidma karitevoli nisranija m’għandhiex tkun skuża għal dak li llum jissejjaħ proselitiżmu. L-imħabba tingħata b’xejn u ma tingħatax għal skopi¬jiet ulterjuri. Dan ma jfissirx, b’danakollu, li l-ħidma nisranija għandha tħalli ’l Alla u lil Kristu fil-ġenb. L-insara għandhom ikunu jafu meta hu l-waqt li titkellem dwar Alla, u meta jaqbel li tibqa’ sieket u tħalli l-imħabba titkellem weħedha. L-innu lill-imħabba ta’ San Pawl irid ikun il-“Magna Charta” tal-qadi kollu tal-Knisja, u jħarsu milli jiddiġenera f’sempliċi attiviżmu.

F’dan il-kuntest u quddiem is-sekulariżmu imminenti li jipperikola wkoll li jiskoraġġixxi lil ħafna nsara mogħtija għal xogħol ta’ karità, irridu naffermaw mill-ġdid l-importanza t-talb. Ħajja mgħixa f’kuntatt ma’ Kristu tiżgura li l-skjera immensa ta’ ħtiġiet li jitolbu rimedju, imqabbla mar-riżorsi limitati għal dan ix-xogħol karitevoli, ma taqtagħlniex qalbna. Fl-istess ħin lanqas tħallina nitkaxkru minn ideoloġiji immirati li jibdlu b’mod drastiku d-dinja. Hi “l-fidi li taħdem permezz tal-imħabba” (Gal 5:6) ta’ Kristu li trid tqanqalna għall-imħabba ta’ għajrna: “L-imħabba ta’ Kristu trossna” (2 Kor 5:14). Il-ħsieb li fi Kristu Alla ingħata għalina saħansitra sal-mewt, għandu jqanqalna biex ngħixu mhux iktar għalina nfusna, imma għalih, u miegħu, ngħixu għall-oħrajn.

Min jitlob ma jkunx jaħli ħinu, għalkemm is-sitwazzjoni tkun qisha titlob azzjoni weħedha; lanqas ma jkun ifittex li jibdel jew jikkoreġi l-pjan ta’ Alla. Għal kuntrarju, fuq l-eżempju ta’ Marija u l-qaddisin, hu jkun ifittex jikseb minn Alla d-dawl u l-qawwa tal-imħabba, li tegħleb kull dalma u egoiżmu preżenti fid-dinja.

Kanonizzazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħafna mill-kanonizzazzjonijiet tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, iċċelebrahom fix-xahar ta' Ottubru, minbarra fl-2007.

Il-Papa Benedittu XVI iċċelebra l-ewwel kanonizzazzjonijiet tiegħu fit-23 ta' Ottubru 2005 fi Pjazza San Pietru meta kkanonizza lil Josef Bilczewski, Alberto Hurtado SJ, Zygmunt Gorazdowski, Gaetano Catanoso, u Felice da Nicosia. Dawn immarkaw l-għeluq tas-Sinodu tal-Isqfijiet u s-Sena tal-Ewkaristija.

Il-Papa kkanonizza lill-Isqof Rafael Guizar y Valencia, Madre Theodore Guerin, Filippo Smaldone, u Rosa Venerini fil-15 ta' Ottubru 2006.

Matul iż-żjara tiegħu fil-Brażil fl-2007, il-Papa kkanonizza lil Frei Galvão fil-11 ta' Mejju, filwaqt li l-Malti Dun Ġorġ Preca, fundatur tal-M.U.S.E.U.M., Szymon ta' Lipnica, Charles ta' Mount Argus, u Marie-Eugénie de Jésus kienu kkanonizzati fil-Vatikan fit-3 ta' Ġunju 2007. Preca huwa l-ewwel qaddis Malta kanonizzat.

F'Ottubru 2008 ġew ikkanonizzati: Santa Alfonsa tal-Indja, Gaetano Errico, Narcisa de Jesus Martillo Moran, u Maria Bernarda Bütler.

F'April 2009 kkanonizza lil Arcangelo Tadini, Bernardo Tolomei, Nuno Álvares Pereira, Geltrude Comensoli, u Caterina Volpicelli. F'Ottubru tal-istess sena kkanonizza lil Jeanne Jugan, Jozef Damian de Veuster, Zygmunt Szczęsny Feliński, Francisco Coll Guitart u Rafael Arnáiz Barón.

Fis-17 ta' Ottubru 2010, kkanonizza lil André Bessette, Stanislaw Soltys, Giulia Salzano, Camilla Battista da Varano, Candida Maria de Jesus Cipitria y Barriola u Mary MacKillop.

Fit-23 ta' Ottubru 2011, ikkanonizza lil Bonifacia Rodriguez y Castro, l-Isqof Guido Maria Conforti, u Luigi Guanella.

Fil-21 ta' Ottubru 2012 se jikkanonizza lil Kateri Tekakwitha, l-ewwel qaddisa Amerikana Indjana, Marianne Cope, soru li ħadmet mal-lebbrużi tal-Hawaii, Giovanni Battista Piamarta, Jacques Berthieu missjunarju Franċiż u martri fl-Afrika, Carmen Salles y Barangueras, Peter Calungsod, katekist martri fil-Filippini, u Anna Schaffer.

Pożizzjonijiet fuq kwistjonijiet morali

[immodifika | immodifika s-sors]

Kontroll tat-Twelid u HIV u AIDS

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-użu tal-kondom huwa aċċettabbli f’ċerti każi, l-iktar biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bl-HIV. Dawn il-kummenti u oħrajn jinsabu fi ktieb li kien ippubblikat fit-23 ta' Novembru 2010, intitolat ‘Id-dawl tad-Dinja:Il-Papa, il-Knisja u S-Sinjali taż-Żminijiet’ – ktieb ibbażat fuq serje ta’ intervisti li l-Papa ta lill-ġurnalist kattoliku Ġermaniż, Peter Seewald, li jingħad li hu eks komunista u li kkonverta għall-Kristjaneżmu wara laqgħat mal-Papa Ratsinger. Siltiet mill-ktieb kienu ppubblikati fil-gazzetta tal-Vatikan L’Osservatore Romano fil-ħarġa tal-20 ta' Novembru 2010. Meta kien mistoqsi direttament jekk il-Knisja Kattolika hix fundamentalment kontra l-użu tal-kondom, il-Papa qal li l-użu tal-kondom jista’ jkun ġustifikat skont il-każ partikolari, u dan partikolarment fil-prevenzjoni ta’ tixrid tal-mard bħall-HIV u l-AIDS. Fisser li l-Knisja, fil-kondom ma tarax soluzzjoni reali u morali. Żied li f’ċerti każi, fejn l-intenzjoni hi li jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni, jista’ jkun l-ewwel pass lejn ieħor, lejn sesswalita’ aktar umana.

Dwar prevenzjoni kontra mard trasmess sesswalment, il-Vatikan dejjem tkellem dwar astinenza. Gruppi kattoliċi li jaħdmu biex tkun missielta l-HIV laqgħu pożittivament il-kummenti tal-Papa. Lura għal Marzu 2009 waqt żjara fl-Afrika, kummenti tal-Benedittu XVI kontra t-tqassim tal-kondoms kienu ġabu reazzjonijiet madwar id-dinja kollha. Sadanittant, Papa Ratzinger saħaq li l-użu tal-kondom biss, mhux se jsolvi l-problema tal-HIV u l-AIDS. Qal li hemm iktar xi jsir.

Intant, il-ktieb, li kien tradott f’madwar 18-il lingwa, jindirizza kwistjonijiet oħra wkoll, li jinkludu l-iskandli marbuta ma’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru, ċ-ċelebat u l-ordinazzjoni saċerdotali tan-nisa.

Fil-messaġġ ta’ Jum il-Paċi fil-bidu tas-sena ġdida 2010, bl-isem Jekk trid il-paċi ħares il-ħolqien, il-Papa stqarr li l-paċi dinjija hi mhedda min-nuqqas ta’ rispett li għandu jkollna lejn in-natura. Huwa jgħid li l-kriżi ekoloġika qiegħda tikber u tkun imġiba irresponsabbli li wieħed ma jiħux bis-serjetà din is-sitwazzjoni:

"Nistgħu nibqgħu bierda quddiem il-problemi marbutin ma’ realtajiet bħall-bidla fil-klima, it-tifrix tad-deżert, in-nuqqas ta’ produttività f’naħiet kbar tal-biedja, it-tniġġis tax-xmajjar, in-nuqqas ta’ bijodiversità, iż-żieda ta’ katastrofi naturali u d-deforestazzjoni ta’ żoni ekwatorjali u tropikali? Nistgħu ma nagħtux kas il-għadd dejjem jikber ta’ “refuġjati ambjentali”, nies li qegħdin ikunu mġiegħlin mill-qagħda ħażina tal-għamara naturali tagħhom biex jabbandunawha? Nistgħu nibqgħu bierda quddiem it-tilwim dwar aċċess għar-riżorsi naturali? Dawn kollha huma problemi b’effett profond fuq it-tħaddim tal-jeddijiet tal-bniedem bħalma huma l-jedd għall-ħajja, għall-ikel, għas-saħħa u għall-iżvilupp?"

Wara li semma s-sintomi tal-problemi marbutin mal-ambjent, il-Papa jgħid li dan kollu jitlob reviżjoni profonda u fit-tul tal-istil tal-ħajja tal-bnedmin. Il-bnedmin iridu jiskopru mill-ġdid dawk il-valuri li jistgħu jservu ta’ sisien sodi għall-bini ta’ ġejjieni isbaħ għal kulħadd. Għax hu jgħid li l-kriżijiet preżenti kollha – ekonomiċi, ambjentali, f’rabta mal-ikel jew soċjali – kollha huma fl-aħħar mill-aħħar kriżijiet morali u kollha għandhom rabta bejniethom. Benedittu XVI igħid li l-bnedmin fehmu ħażin il-kmand li tahom Alla biex “jaħkmu l-art”. Huma sfruttaw il-ħolqien bix-xewqa li jkollhom ħakma assoluta fuqu. Iżda t-tifsira vera tal-kmand oriġinali t’Alla ma kienx sempliċi għotja t’awtorità imma iżjed sejħa għar-responsabbiltà. Il-bniedem ma kellux ikun tirann fuq in-natura imma kellu d-dmir li jħaddem amministrazzjoni responsabbli fuq il-ħolqien, jieħu ħsiebu u jaħdmu.

Jidher ċar li l-isfruttar ambjentali qed jipperikola serjament l-ammont ta’ riżorsi naturali mhux biss għall-ġenerazzjoni preżenti imma fuq kollox għal dik tal-ġejjieni. Il-qasam ekonomiku jrid iqis il-fatt li “kull deċiżjoni ekonomika għandha konsegwenza morali” u għalhekk irid jintwera rispett dejjem ikbar għall-ambjent. Il-kriżi ekoloġika turi l-ħtieġa ta’ solidarjetà, għax din il-kriżi ġejja b’riżultat tar-responsabbiltà storika tal-pajjiżi industrijalizzati waqt li l-pajjiżi inqas żviluppati mhumiex eżenti mir-responsabbiltajiet tagħhom dwar il-ħolqien, għax il-ħtieġa ta’ passi ambjentali effettivi torbot lil kulħadd.

Il-Papa jgħid li hu qed jipproponi li jibda jseħħ mudell ta’ żvilupp mibni fuq iċ-ċentralità tal-persuna umana, fuq l-attenzjoni u s-sehem fil-ġid komuni, fuq ir-responsabbiltà, fuq il-ħtieġa ta’ stil mibdul ta’ ħajja, u fuq il-prudenza, il-virtù li tgħidilna x’hemm bżonn isir illum b’rabta ma’ dak li jista’ jiġri għada. Fir-rabta tal-bniedem mal-ambjent għandu jkun inkoraġġit it-tiftix fil-mod effettiv kif tista’ titħaddem l-enerġija tax-xemx u kif tinstab soluzzjoni għall-problema dinjija tal-ilma li hija ta’ importanza primarja għall-ħajja fid-dinja.

Hawn tidħol it-teknoloġija li dwarha l-Papa kien qal band’oħra li “it-teknoloġija qatt mhi sempliċiment teknoloġija. Hija turi x’inhu l-bniedem u x’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-iżvilupp; hija tfisser it-tensjoni interna li twasslu biex bilmod jegħleb il-limitazzjonijiet materjali. It-teknoloġija f’dan is-sens hija tweġiba għall-kmand t’Alla biex jaħdem u jaħkem l-art fdata f’idejn il-bniedem u għandha sservi biex issaħħaħ il-patt bejn il-bnedmin u l-ambjent, patt li għandu jkun mera tal-imħabba ħallieqa f’Alla.”

Ir-reviżjoni tal-istil tal-ħajja jitlob li jkunu eżaminati l-mudelli preżenti ta’ konsum ta’ produzzjoni, li ħafna drabi mhumiex sostenibbli mill-aspett soċjali, ambjentali u anke ekonomiku. Il-Papa jitkellem fuq l-edukazzjoni għall-paċi. Din l-edukazzjoni trid tibda b’deċiżjonijiet kbar min-naħa ta’ individwi, familji, komunitajiet u stati. Aħna lkoll responsabbli għall-ħarsien u l-kura tal-ambjent. Din ir-responsabbiltà ma għandhiex fruntieri. Huwa importanti li kulħadd fil-livell proprju tiegħu jagħti sehmu biex jitrażżnu l-interessi partikolari.F’din l-edukazzjoni għandhom post speċjali l-gruppi differenti preżenti fis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu b’determinazzjoni u ġenerożità għat-tixrid tar-responsabbiltà ekoloġika, responsabbiltà li trid tkun dejjem iżjed ankrata mar-rispett għall-“ekoloġija umana”. Anke l-mezzi ta’ komunikazzjoni jridu jagħtu sehemhom billi joffru mudelli pożittivi li jservu ta’ ispirazzjoni. Irid isir sforz komuni għax jekk parti mid-dinja naturali titgħarraq, l-effett tagħha jinħass minn kulħadd. U hawn tidħol ukoll is-sejħa lill-komunità internazzjonali biex ikun żgurat id-diżarm progressiv ħalli jinħoloq ambjent ħieles mill-armi nukleari għax il-preżenza tagħhom thedded il-ħajja tad-dinja u l-iżvilupp sħiħ tagħha issa u għal li ġej.

Il-Knisja għandha responsabbiltà fejn jidħol il-ħolqien, biex ikunu mħarsin l-art, l-ilma u l-arja bħala doni t’Alla għal kulħadd, u fuq kollox biex issalva l-bniedem mill-periklu li jeqred lilu nnifsu. Ma nistgħux ninsew il-fatt importanti li ħafna nies iġarrbu l-paċi u t-trankwillità, it-tiġdid u s-saħħa meta jiġu qrib il-ġmiel u l-armonija tan-natura. Ħaġa tmur mal-oħra: meta nieħdu ħsieb in-natura, nintebħu li Alla, bin-natura, jieħu ħsiebna. Fit-tagħlim tagħha dwar l-ambjent il-Knisja żżomm it-triq bilanċjata – waqt li l-Ħallieq ta lill-bniedem il-post ta’ amministratur b’responsabbiltà għall-ħolqien, qallu biex din ir-responsabbiltà la jista’ jabbuża minnha u lanqas jaħrab minnha. Li jħares l-ambjent naturali biex jibni dinja ta’ paċi huwa dmir ta’ kulħadd. Hija sfida urġenti; hija wkoll opportunità providenzjali biex ngħaddu lil ta’ warajna ġejjieni aħjar għal kulħadd. “Jalla dan ikun ċar għall-mexxejja dinjija u għal dawk f’kull livell li huma responsabbli mill-ġejjieni tal-bnedmin: il-ħarsien tal-ħolqien u s-seħħ tal-paċi huma marbutin b’rabta fil-fond!”

L-Abbużi Sesswali fil-Knisja Kattolika

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ġurnalist Kattoliku Amerikan, John Allen, kiteb li f’intervista li l-Kardinal Ratzinger f’Novembru 2002 kien stqarr li l-media qed tonfoħ il-problema tal-iskandli sesswali fil-Knisja. Madankollu, fis-snin ta’ wara, il-Kardinal Ratzinger biddel kompletament l-atteġġjament tiegħu u kien determinat li jnaddaf il-ħmieġ fi ħdan il-Knisja, atteġġjament li ssokta kemm ilu li laħaq Papa. Minħabba r-retiċenzi f’bosta livelli tal-Knisja fir-rigward tal-abbużi sesswali, l-istess Kardinal Ratzinger kien għamel pressjoni biex il-każi kollha ta’ abbuż sesswali jibdew jaqgħu taħt il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Fil-fatt, qabel Mejju tal-2001, tali każijiet kienu jiġu trattati minn dipartimenti differenti tal-Kurja Romana. Dan il-Papa li għamel ħafna aktar mill-predeċessuri tiegħu biex jeqred l-abbużi sesswali fost membri tal-kleru, kif jidher mill-każ tal-Leġjonarji ta’ Kristu.

Fil-każ tal-iskandlu tal-pedofilija fl-Irlanda, il-Papa Benedittu XVI wera ruħu rrabjat quddiem is-skiet tal-isfqijiet fil-kwistjoni tal-pedofilija, u bagħat għall-isqfijiet tas-26 djoċe­si tar-Repubblika Irlandiża u meta resqu quddiemu tahom ittra li kiteb hu biex tinqara lill-poplu nisrani ta’ dak il-pajjiż, u semma “proċeduri mhux xierqa biex ikunu mistħarraġa l-kandidati għas-­saċer­dozju u għall-ħajja reliġjuża: formazzjoni umana, morali, intellettwali u spiritwali nieqsa fis-seminarji u fil-novizzjati; tendenza fis-soċjetà li tiffavorixxi l-kleru u nies oħrajn t’awtorità, iżjed milli attenzjoni għall-isem tajjeb tal-Knisja. U semma x’kien ir-riżultat: “Id-dawl tal-Evanġelju nxteħet fuqu dell li qatt ma nxteħetlu tul mijiet ta’ snin ta’ persekuzzjoni!” Il-Papa indirizza hekk lill-vittmi tal-pedofilja ta’ xi saċerdoti: “Wieħed jifhimha li intom ssibuha bi tqila biex taħfru u tinħabbu mill-ġdid mal-Knisja. F’isimha nfissrilhom fil-beraħ il-mistħija u r-rimors li aħna lkoll inħossu. Fl-istess ħin nit­lob­kom biex ma titilfux it-tama.” Lill-ġenituri tal-vittmi qallhom li hu jagħraf “kemm intom diżappuntati fil-fond meta tafu bil-ħwejjeġ tal-waħx li ġraw f’dak li messu kien l-ambjent l-iżjed żgur.” Għas-saċerdoti ħatjin, Bene­dittu XVI kellu dan il-kliem qawwi: “Intom ittradejtu l-fid­uċ­ja mqegħ­da fikom minn tfal inno­ċenti u mill-ġenituri tagħ­hom. Intom tridu tagħtu kont ta’ dan quddiem Alla li jista’ kollox, kif ukoll quddiem il-qrati magħmulin apposta. Intom tlif­tu l-istima tan-nies fl-Irlanda u tfajlu l-mistħija u diżunur fuq sħabkom. Dawk fostkom li huma saċerdoti ksirtu l-qdusija tas-sagrament tal-ordni sagri li fih Kristu juri ruħu preżenti fina u fl-għemejjel tagħna.”

Il-Papa kellu kelma anke lis-saċerdoti u reliġjużi onesti li fl-opinjoni pubblika weħlu mal-ħatjin u jinsabu ttentati bl-iskoraġġiment: “Naf li f’għajnejn ċerti nies intom dhertu ħatjin għax assoċjawkom mal-ħatjin, u li b’xi mod intom responsabbli tal-iżbalji ta’ ħaddieħor. F’dan il-waqt ta’ tbatija, jien rrid nixhed għad-dedikazzjoni tal-ħajja saċerdotali u reliġjuża tagħkom u tal-ħidma tagħkom, jien nistedinkom biex tistqarru mill-ġdid il-fidi tagħkom fi Kristu.” Lill-isqfijiet tal-Irlanda l-Papa qalilhom: “Saru żbalji gravi fid-deċiżjonijiet u nuqqasijiet fit-tmexxija. Dan kollu hedded serjament il-kredibiltà u l-ħila tagħkom… Ikkoperaw mal-awto­ritaijiet ċivili u ftakru li l-popolazzjoni Irlandiża tistenna minnkom bir-raġun li tkunu bnedmin t’Alla, li tkun qaddisin.” Lill-Kattoliċi kollha Irlandiżi l-Papa għamlilhom sejħa: “Il-ħsieb tiegħi hu li nħeġġiġkom ilkoll, bħala poplu t’Alla li jinsab fl-Irlanda, biex tirriflettu fuq il-ġerħat li ġarrab il-ġisem ta’ Kristu, fuq ir-rimedji, xi drabi dolorużi, meħtieġa biex jittaffu u jitfejqu, u fuq il-ħtieġa ta’ għaqda, ta’ mħabba u t’għajnuna lil xulxin fil-proċess twil ta’ qawmien u tiġdid fil-Knisja.”

F’ittra lis-seminaristi kollha tad-dinja f'Ottubru 2010, il-Papa Benedittu XVI tkellem fuq il-każi ta’ abbużi sesswali u kif dawn ma jnaqqsux il-valur tal-saċerdozju. Il-Papa Benedittu enfasizza li l-mewġa ta’ akkużi li għaddiet minnhom dan l-aħħar il-Knisja, ħallew impatt negattiv. Il-Papa qal li minkejja li kien hemm xi qassisin li ma rrispettawx il-ministeru tagħhom u wettqu abbużi sesswali fuq tfal u adolexxenti, madankollu l-azzjonijiet tagħhom ma jistgħux jinfirxu fuq ix-xogħol li jwettqu ħafna qassisin oħrajn madwar id-dinja. Tkellem ukoll fuq kif ħafna qassisin huma kapaċi jgħixu ħajja fiċ-ċelibat u kapaċi jagħtu xiehda ta’ umanità pura u matura. Lis-seminaristi, huwa qalilhom biex jieħdu ċ-ċelibat bis-serjetà ħafna għaliex dan jinvolvi l-integrazzjoni sesswali fil-personalità sħiħa. Meta dan ma jseħħx, is-sesswalità, skont il-Papa, issir banali u distruttiva. Fl-istess waqt, il-Papa għaraf li fid-dawl tal-każi ta’ abbużi sesswali, il-Knisja għandha tiftaħ aktar għajnejha u toqgħod attenta meta tevalwa l-vokazzjonijiet.

Il-Papa ġa għamel bosta Missjonijiet Appostoliċi kemm fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra: darbtejn fil-Ġermanja u Spanja, u darba l-Polonja, Franza, it-Turkija, il-Brażil, l-Awstrija, l-Amerika, l-Awstralja, Kamerun, Angola, il-Lvant Nofsani, Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugal, Ċipru u l-Ingilterra.

Nhar is-Sibt 17 t'April 2010 il-Papa Benedittu għamel l-ewwel żjara qasira tiegħu f'Malta. Fl-ewwel diskors tiegħu fl-Ajruport ta' Malta il-Papa għamel sejħa qawwija favur iż-żwieġ u l-familja. Hu qal li pajjiżna għandu jibqa’ jappoġġja l-għaqda taż-żwieġ bħala istituzzjoni kemm naturali u kemm sagramentali, u n-natura vera tal-familja, bl-istess mod li tappoġġja l-qdusija tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt naturali, u r-rispett xieraq dovut lil-libertà reliġjuża b’modi li jwasslu lill-individwi u lis-soċjetà għal żvilupp integrali awtentiku. Qal li Malta għandha ħafna x’tikkontribwixxi fuq kwistjonijiet tant diversi bħat-tolleranza, reċiproċità, immigrazzjoni, u kwistjonijiet oħrajn li huma kruċjali għall-futur tal-Ewropa. Semma kif Malta għandha rabtiet mill-qrib mal-Lvant Nofsani, mhux biss f’termini kulturali u reliġjużi iżda saħansitra lingwistiċi.

 Ippermettuli nħeġġiġkom biex din it-tagħqida ta’ ħiliet u qawwiet tużawha dejjem aktar biex isservi ta’ pont bejn il-popli, kulturi u reliġjonijiet li jdawru l-Mediterran,” qal Benedittu XVI, “Għad hemm ħafna xi jsir biex jinbnew relazzjonijiet ta’ fiduċja ġenwina u djalogu li jagħti frott, u Malta qiegħda f’pożizzjoni tajba li testendi l-id tal-ħbiberija lill-ġirien tagħha tat-tramuntana u n-nofsinhar, tal-lvant u tal-punent... Il-Maltin, imdawlin għal kważi żewġ millennji mit-tagħlim tal-Evanġelju u msaħħin il-ħin kollu mill-għeruq insara tagħhom, huma ġustament kburin bil-funzjoni indispensabbli li l-fidi Nisranija kellha fl-iżvilupp tan-nazzjon tagħhom. Is-sbuħija tal-fidi tagħna hija espressa b’modi diversi u komplimentari hawnhekk, u mhux l-anqas fil-ħajjiet ta’ qdusija li wasslu lill-Maltin biex jagħtu lilhom infushom għall-ġid tal-oħrajn... Nistedinkom ilkoll biex issejħu l-interċessjoni tiegħu (ta' San Ġorġ Preca) biex din l-ewwel żjara pastorali tiegħi fostkom tħalli frott spiritwali. Jien nistenna b’ħerqa li nitlob magħkom kemm indum Malta u nixtieq niżgurakom, bħala missier u bħala ħukom, mill-imħabba tiegħi lejkom u mill-ħerqa tiegħi li naqsam magħkom dan iż-żmien f’ambjent ta’ fidi u ħbiberija. B’dawn il-ħsibijiet jien nafdakom ilkoll fil-ħarsien tal-Madonna ta’ Pinu u ta’ missierkom fil-fidi, l-Appostlu l-kbir San Pawl. 

Filgħaxija l-Papa żar il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat, fejn għamel mument ta’ riflessjoni u talb. Wara, fid-diskors li għamel fil-Pjazza tar-Rabat qal li

 Il-pellegrinaġġ tiegħi f’Malta beda b’mument ta’ talba fis-skiet fil-Grotta ta’ San Pawl li ġab għall-ewwel darba l-fidi lil dawn il-gżejjer. Jien imxejt fuq il-passi ta’ dawk il-pellegrini li ma tgħoddhomx li tul is-seklu talbu f’dan il-post qaddis u fdaw lilhom infushom, lill-familji tagħhom u lil dan in-nazzjoni f’idejn l-interċessjoni tal-Appostlu Pawlu. Jien nifraħ li fl-aħħar, ninsab fostkom u nagħtikom ilkoll merħba b’imħabba kbira fil-Mulej. In-nawfraġju ta’ Pawlu u l-qagħda tiegħu f’Malta tul tliet xhur ħallew marka li ma titħassarx fl-istorja ta’ pajjiżkom. 

Nhar il-Ħadd 18 t'April 2010 il-Papa kkonċelebra Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Fl-omelija tiegħu, il-Papa qal li sa mill-wasla tiegħu nhar is-Sibt filgħaxija, ingħata l-istess merħba mill-qalb li l-antenati Maltin taw lill-Appostlu San Pawl fis-sena 60. Filwaqt li qal li San Ġorġ Preca għandu jservi bħala mudell għall-poplu Malti, il-Papa ħeġġeġ lill-Maltin biex ikomplu jgħożżu l-fidi u l-valuri li kienu mwassla lilhom minn San Pawl. L-iktar aħbar li ġibdet l-attenzjoni tal-media lokali u internazzjonali, kienet il-laqgħa li l-Papa kellu, ftit wara l-Quddiesa, mal-allegati vittmi ta’ abbuż sesswali minn saċerdoti Maltin, li fiha l-Papa assigurahom li l-Knisja kienet se tkompli tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u wiegħed li jimplimenta miżuri meħtieġa biex jiggarantixxi li każijiet simili ma jerġgħux iseħħu.

Wara nofsinhar il-Papa kellu laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront. Fis-5.40 p.m. l-Papa mill-Kalkara rikeb il-katamaran “San Pawl”, akkumpanjat minn żewġ ‘patrol boats’ li wasslu sal-Valletta Waterfront. Meta wasal ħden il-moll, il-katamaran għadda viċin tal-art fejn il-Papa beda jsellem liż-żgħażagħ. Ħdejh kien hemm fost oħrajn grupp ta’ żgħażagħ li qagħdu ħdejh tul il-vjaġġ ta’ 20 minuta mill-Kalkara kif ukoll l-isqfijiet Maltin. Kif wasal sar diskors mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u wara indirizzi qosra minn numru ta’ żgħażagħ. F’diskors li għamel, Benedittu XVI qal li s-soċjetà Maltija hi mgħaddsa fil-fidi u l-valuri Nsara, u qal li ż-żgħażagħ għandhom ikunu kburin li Malta hija pajjiż li jiddefendi t-trabi li għadhom ma twildux u ħeġġeġ ħajja tal-familja stabbli billi l-Maltin jgħidu le għall-abort u d-divorzju. Iż-Żjara waslet fi tmiemha għall-ħabta tat-8.15 p.m meta l-Papa telaq b’titjira lejn Ruma mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fost id-diversi kotba tiegħu nsibu “Introduzzjoni għall-Kristjaneżmu” (1968), ġabra ta’ diskorsi li kien ta fl-Università dwar il-Kredu tal-Appostli; “Domma u Predikazzjoni”(1973) antoloġija ta’ esejs, priet ki u riflessjonijiet ta' xeħta pastorali, "Ir-Rapport Ratzinger" (1985)ktieb forma ta’ intervista dwar il-qagħda tal-Fidi, u “Melħ tal-Art” (1996) u "Ġesù ta' Nazaret" (2007).

Ġesù ta' Nazaret

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-kelmtejn ta’ qabel tal-ktieb, il-Papa jagħmilha ċara li l-punt li fuqu hu mibni l-ktieb hu li “Mingħajr rabta ma’ Alla l-persuna ta’ Ġesù tidher dell irreali u ma titfissirx”. Hu jittratta lil Ġesù min-naħa tal-għaqda mal-Missier, li hija ċ-ċentru tal-personalita’ tiegħu, u mingħajrha wieħed ma jifhem xejn, fil-waqt li permezz tagħha Ġesù jsir preżenti fostna llum. B’Ġesù, Alla daħal tabilħaqq fl-istorja reali. Jekk inwarrbu din l-istorja, il-fidi Nisranija fiha nfisha tispiċċa fix-xejn u tinbidel f’forma oħra ta’ reliġjon. Il-Papa jkompli jgħid li huwa pprova jippreżenta lil Ġesù tal-Vanġeli bħala Ġesù l-veru, Ġesù tal-istorja fis-sens uniku. Ġesù tal-Vanġeli huwa figura storikament bis-sens u konvinċenti. Il-Papa jgħid li dan il-ktieb huwa frott tal-istudju personali tiegħu fuq “il-wiċċ” tal-Mulej” (S 27:8), li ilu sejjer is-snin. Huwa jkompli jgħid li billi ma jafx kemm sa jingħata żmien u saħħa, iddeċieda li jippublika l-ewwel għaxar kapitli, dawk mill-Magħmudija fil-Ġordan sa l-istqarrija ta’ Pietru u t-Trasfigurazzjoni, bħala l-ewwel ktieb. Fit-tieni parti bi ħsiebu jittratta t-tfulija ta’ Ġesù imma deherlu li kien aktar urġenti li jippreżenta l-figura u l-messaġġ ta’ Ġesù fl-attivita’ pubblika tiegħu, biex jgħin lill-qarrejja ikabbru relazzjoni ħajja miegħu.

Ħuh Georg jirrakkonta li sa minn ċkunitu, Joseph kien iħobb in-natura u l-annimali. L-istess bħall-bqija tal-familja tiegħu, Joseph Ratzinger iħobb il-mużika. Anki bħala Papa, fil-vakanzi tiegħu jqatta’ ħin idoqq il-pjanu. Missierhom kien iħobb jigbor il-familja kollha madwaru biex ikantaw waqt li huwa kien idoqq iċ-ċetra. F’Marktl am Inn kien hemm banda maghrufa li kienet taffaxxina lil Joseph u lil ħuh. Georg kompla jistudja l-muzika u eventwalment sar direttur tal-kor ta’ Domsplatzen f’Regensburg. Il-kompozituri preferiti tal-Papa huma Mozart u Bach. Benedittu XVI ihobb jimxi hafna. Minn meta kien elett Papa, kellu jnaqqas il-mixi, izda xorta wahda, ta’ kuljum, filghaxija jmur jimxi fil-gonna tal-Vatikan. Il-Papa jhobb hafna l-ikel tal-Bavarja, fosthom soppa tal-ghagina, il-gulash u l-ispazle. Meta fl-2005, ftit wara l-elezzjoni tieghu bhala Papa, Benedittu XVI zar id-dar tieghu ta’ Pentling, fil-Bavarja, flimkien ma huh Georg sajru u kielu flimkien kif kienu soltu jaghmlu, izda ma hallewhomx jahslu l-platti!

L-imħabba lejn il-qtates

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta kien Kardinal, Ratzinger spiss kien jagħmel prietki fil-Knisja Ġermaniża f’Campasanto Teutonico biswit il-Bażilika ta’ San Pietru f’Regensburg, imma l-iktar diskussjonijiet li kien ikollu jkunu għal qalbu kienu dawk li kienu jsiru wara li kien iqaddes. Konrad Baumgartner, il-Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija fl-Università ta’ Regensburg, stqarr li darba minnhom kien għamel żjara f’din il-Knisja. “Wara hu mar fiċ-ċimiterju l-antik wara l-Knisja. Kienet mimlija qtates, u meta ħareġ, huma lkoll ħarġu jiġru lejh,” stqarr Baumganter. “Kollha kienu jafuh u kienu jħobbuh,” żied jgħid Baumgartner. “Hu qagħad hemm, imelles xi wħud minnhom u jkellimhom għal żmien pjuttost twil,” żied jgħid Baumgartner.“Kien iżur il-qtates kull meta żar il-Knisja. L-imħabba tiegħu għall-qtatas hi pjuttost magħrufa.” Dan wassal lil Benedittu XVI biex fl-2007 jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ktieb tat-tfal li jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu mil-lenti ta’ qattus. Il-ktieb, li ngħata t-titlu ta’ “Joseph u Chico”, inkiteb minn Jeanne Perego mill-Milan. Il-ktieb jirrakkonta l-ħajja tal-Papa mill-għajnejn ta’ Chico, qattus ġinġri ta’ disa’ snin. F’44 paġna, Chico jirrakkonta l-memorji taż-żgħożija ta’ Joseph Ratzinger waqt li kien qed jikber f’familja fir-reġjun tal-Bavarja fl-era tal-Ġermanja taħt il-ħakma ta’ Adolf Hitler. Il-ktieb isegwi wkoll l-ewwel snin tiegħu fis-saċerdozju u jintemm bil-ħatra ta’ Ratizger bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika fit-18 ta’ April 2005. Fil-fatt, Chico jiżvela kif waqt Milied minnhom kien attakka lill-Kardinal Ratzinger u ħallielu bosta grif f’wiċċu. “Ħafirli minnufih,” stqarr Chico fil-ktieb. Ironikament, l-awtriċi tal-ktieb qatt ma ltaqgħet mal-Papa. Iżda l-ktieb tagħha hu mimli dettall, tpinġijiet, kif ukoll xi messaġġ nisrani. L-introduzzjoni għall-ktieb inkitbet minn Dun Georg Ganswein, is-Segretarju Personali tal-Papa. Dan ifisser li l-Papa aktarx li qara l-ktieb innifsu jew inkella ta l-permess tiegħu għall-pubblikazzjoni tiegħu. Fl-introduzzjoni Dun Georg fisser kif dan il-ktieb kien “storja unika” tal-Papa Benedittu XVI.

Wara vjaġġ ta’ 20 siegħa fil-bidu taż-żjara pastorali fl-Awstralja f’Mejju 2008, għall-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, il-Papa Benedittu XVI ingħata qattus missellef mingħand xi ħadd u pjanu ntunat biex jistrieħ mit-tul tal-vjaġġ. Il-Papa għamel ġurnata għall-mistrieħ f’post għall-irtir Kattoliku f’Sydney biex jikseb lura l-konċentrazzjoni tiegħu wara vjaġġ pjuttost twil. Danny Casey, kelliem għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, kien ikkonferma li l-organizzaturi kienu saħansitra ssellfu qattus biex iżomm kumpanija lill-Papa. “Ridna nagħmluha dar verament li tilqgħek għall-Papa u biex tkun post fejn hu seta’ jiċċarġja l-batteriji tiegħu wara l-itwal vjaġġ li qatt għamel,” Casey kien qal lil stazzjon ta’ radju privat fl-Awstralja.

Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar, xi ħaġa li kienet ilha ma tiġri mill-1415 meta Papa Girgor XII kien irriżenja wara talba mill-Konċilju ta' Kostanza. L-iktar Papa magħruf li abdika kien Papa Ċelestinu V fl-1294 wara biss 4 xhur. Il-Papa ser jibqa' jilbes il-libsa bajda mingħajr ''Mozzetta''. Madankollu, mhux ser jibqa' jilbes il-kappa u ż-żarbun aħmar, u minflok għażel li jilbes żarbun kannella.

Fid-data magħżula, il-Papa abdika u b'hekk ġie ddikjarat żmien ta' "Sede Vacante", espressjoni li tfisser li s-siġġu tal-Papa issa huwa vakanti.

Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala "il-Qdusija Tiegħu", u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni

Mewt u funeral

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-28 ta’ Diċembru 2022, il-Papa Franġisku fi tmiem l-udjenza tiegħu qal li Benedittu kien “marad ħafna” u talab lil Alla biex “jfarrġu u jsostnih f’din ix-xhieda ta’ mħabba lejn il-knisja sal-aħħar”.[1] Fl-istess jum, id-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede,Matteo Bruni, stqarr li “Fl-aħħar ftit sigħat kien hemm aggravament tas-saħħa [ta’ Benedittu] minħabba l-età avvanzata” u li Benedittu kien taħt kura medika. Stqarr ukoll li wara l-udjenza ta’ Franġisku, dan tal-aħħar mar fil-monasteru Mater Ecclesiae fejn kien Benedittu.[2][3]

Benedittu miet fil-31 ta’ Diċembru 2022 fid-9:34 AM CET fir-residenza tiegħu fil-Vatikan.[4][5] Kellu 95 sena.

Mit-2 ta’ Jannar 2023, il-katavru ta' Benedettu kien espost fil-Bażilika ta’ San Pietru.[5] Il-funeral sar fiil-5 January 2023 fi Pjazza San Pietru fid 9:30 am u kien iċċelebrat mill-Papa Franġisku u l-kardinal Giovanni Battista Re.[6] L-Isqof Georg Ganswein, is-segretarju personali tiegħu mill-2003, u l-Isqof Diego Ravelli, għalliem taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, kienu preżenti ukoll għall- funeral.[7] Din kienet l-ewwel darba li Papa attenda funeral għall-predeċessur tiegħu. In-New York Times iddeskriviet dan bħala "preċedent mhux tas-soltu".[8] Attendew il-funderal aktar minn 100,000 persuna minkejja temp kiesaħ.[9]

  1. ^ "Pope Emeritus Benedict XVI 'very sick', says Pope Francis". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-12-28. Miġbur 2022-12-31.
  2. ^ CNA. "Vatican: Benedict XVI under medical care as health takes sudden turn". Catholic News Agency (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-31.
  3. ^ "Pope Francis asks for prayers for Benedict XVI - Vatican News". www.vaticannews.va (bl-Ingliż). 2022-12-28. Miġbur 2022-12-31.
  4. ^ "Farewell to Benedict XVI: 'Humble worker in vineyard of the Lord' - Vatican News". www.vaticannews.va (bl-Ingliż). 2022-12-31. Miġbur 2022-12-31.
  5. ^ a b "Former Pope Benedict XVI dies at 95" (bl-Ingliż). 2022-12-31. Miġbur 2022-12-31.
  6. ^ "Pope Benedict funeral latest: Pope Francis leading funeral Mass for his predecessor". Sky News (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-05.
  7. ^ CNA. "Funeral of Benedict XVI: Everything you need to know". Catholic News Agency (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-05.
  8. ^ Horowitz, Jason; Povoledo, Elisabetta (2022-12-31). "With Benedict's Death, an Unprecedented Moment for the Modern Church" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-05.
  9. ^ "Benedict XVI funeral draws estimated 100,000 Catholics to St Peter's Square". the Guardian (bl-Ingliż). 2023-01-05. Miġbur 2023-01-05.
Predeċessur
Franjo Šeper
Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi
1980-2005;

Suċċessur
William Levada

Predeċessur
Papa Ġwanni Pawlu II
Papa tal-Knisja Kattolika
2005-2013;

Suċċessur
Papa Franġisku