Opossum sufi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Opossum sufi
Woolly opossum.jpg
Caluromys b'ferħ
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * Caluromys derbianus
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Caluromyinae
(Kirsch, 1977)
Ġeneru: Caluromys
(J.A. Allen, 1900)

L-opossum sufi (Caluromys) jista' jkun wieħed minn 3 speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Caluromys sp. (l-ispeċi fil-ġeneru Caluromys). Dawn huma mammiferi marsupjali tas-sottofamilja Caluromyinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinenti Amerikani u huma mifruxin minn Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' fuq, san-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dawn l-speċi ta' opossumi , ġeneralment jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali xotti, kemm dawk dejjem ħodor kif ukoll dawk li jwaqqgħu l-weraq u foresti umdi.

L-Opossumi sufin kollha tal-ġeneru Caluromys, huma marsupjali strettament tas-siġar, għandhom il-kwozjent tal-enċefalizazjoni (il-massa ċelebrali mqabbla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata ogħla minn dik tal-opossumi l-oħra, boton iżgħar u denb twil u tqil ħafna f'aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.

Dieta[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum sufin huwa Mammiferu marsupjali Omnivoru u d-dieta tiegħu tikkonsisti mill-frott, min-nettaru, miż-żrieragħ, mill-weraq, mill-fjuri, mill-ħxejjex, mill-insetti, minn annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħra u probabbilment minn annimali mejta wkoll.

Distribuzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn l-opossumi sufin għandhom distribuzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fil-kontinenti Amerikani u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, fil-Beliże, fil-Bolivja, fil-Brażil, fl-Ekwador, fil-Gujana, fil-Gujana Franċiża, fil-Gwatemala, fil-Ħonduras, fil-Kolombja, fil-Kosta Rika, filMessiku, fin-Nikaragwa, f'Panama, fil-Paragwaj, fil-Peru, fis-Surinam, fi Trinidad u Tobago u fil-Venezwela (inklużi l-Antilles tal-Venezwela, il-Gżira ta' Margarita).

Klassifikazjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-8018-8221-4
  • John F. Eisenberg and Kent H. Redford, 2000. Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.

Link Esterni[immodifika | immodifika s-sors]