Aqbeż għall-kontentut

Opossum sufi ta' denbu għarwien

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum sufi ta' denbu għarwien
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruCaluromys
speċi Caluromys philander
Linnaeus, 1758
Distribuzzjoni ġeografika

L-Opossum sufi ta' denbu għarwien, magħruf xjentifikament bħala Caluromys philander, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u mifrux mal-Lvant kollu tal-kontinent, mil-Lvant tal-Kolombja sat-Tramuntana tal-Arġentina.

Dan huwa speċi ta' opossum sufi li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali xotti, u jinsab fi stat, kemm minn dak ta' lokalment komuni, kif ukoll fi stat ta' mhux komuni f' inħawi oħrajn.

Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-Opossum sufi ta' denbu għarwien huwa annimal strettament tas-siġar, għandu il-kwozjent tal-enċefalizazjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għolja minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f' aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.

L-Opossum sufi ta' denbu għarwien huwa annimal omnivoru u d-dieta tikkonsisti minn frott, nettari, żrieragħ, ħxejjex, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan l-opossum sufi għandu distribuzzjoni ma' bosta pajjiżi fil-Lvant tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab fil-Arġentina, Brażil, Ekwador, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Surinam, Trinidad u Tobago u Venezwela (inklużi l-Antilles tal-Venezwela, il-Gżira ta' Margarita).

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
  • John F. Eisenberg and Kent H. Redford, 2000. Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]