Aqbeż għall-kontentut

Opossum ġurdien sufi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ġurdien sufi
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Speċi

Opossum ġurdien sufi jista jkun wieħed minn 6 speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Micoureus sp. (l-ispeċi kollha li qegħdin ikklassifikati fil-ġeneru Micoureus). Dawn huma mammiferi marsupjali, membri tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinenti Amerikani u mifruxin mill-Amerika ċentrali, sa n-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dawn huma speċi ta' opossumi li ġeneralment jippreferu jgħixu f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.

L-Opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus kollha, huma didelfimorfji ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħixu fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħixu mal-art) u l-quċċata tal-attivita tagħhom tkun matul il-lejl (notturni).

L-Opossumi ġrieden sufin huma mammiferi marsupjali omnivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn bajd, frott, insetti varji u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerrimin.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn l-opossumi ġrieden sufin għandhom distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fil-kontinenti Amerikani u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, Beliże, Bolivja, Brażil, Ekwador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħonduras, Kolombja, Kosta Rika, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq/Linkijiet Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]