Aqbeż għall-kontentut

Opossum ġurdien sufi ta' Alston

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ġurdien sufi ta' Alston
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Isem binominali
Micoureus alstoni
(J.A.Allen,1900)
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' Alston Micoureus alstoni

L-Opossum ġurdien sufi ta' Alston magħruf xjentifikament bħala Micoureus alstoni, huwa wieħed minn 6 speċijiet ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux mill-Amerika ċentrali, sat-Tramuntana fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' dawk subtropikali u tropikali xotti.

L-Opossum ġurdien sufi ta' Alston, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna).

Micoureus alstoni huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott u varjeta ta' insetti, għalkemm annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ukoll.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-opossum ġurdien sufi ta' Alston għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Beliże, Gwatemala, Ħonduras, Kolombja, Kosta Rika, Nikaragwa u Panama.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]