Opossum ġurdien sufi ta' Tate
| Opossum ġurdien sufi ta' Tate | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
| Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
| Sottofamilja: | Didelphinae |
| Ġeneru: | Micoureus (Lesson,1842) |
| Isem binominali | |
| Micoureus paraguayanus (Tate, 1931) | |
| Sottospeċi | |
![]() | |
| Firxa tal-Opossum ġurdien sufi ta' Tate] | |
L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate magħruf xjentifikament bħala Micoureus paraguayanus, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.
L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata ta' l-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna).
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]Micoureus paraguayanus huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott u varjeta kbira ta' insetti, għalkemm bajd tal-għasafar, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ma' kull opportunita li tinqala'.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum ġurdien sufi ta' Tate għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Paragwaj biss u b'hekk huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Amer. Mus. Novit. 493: 1
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
