Aqbeż għall-kontentut

Nida

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nida
 Litwanja
Amministrazzjoni
Stat sovranLitwanja
Municipality of LithuaniaMuniċipalità ta' Neringa
Isem uffiċjali Nida
Ismijiet oriġinali Nida
Kodiċi postali LT-93012
Ġeografija
Koordinati 55°18′14″N 21°00′19″E / 55.303973°N 21.00532°E / 55.303973; 21.00532Koordinati: 55°18′14″N 21°00′19″E / 55.303973°N 21.00532°E / 55.303973; 21.00532
Nida is located in Lithuania
Nida
Nida
Nida (Lithuania)
Għoli 5 m
Demografija
Popolazzjoni 2,385 abitanti (2012)

Nida (bil-Ġermaniż: Nidden, bil-Kursenieki: Nīde) huwa raħal tal-villeġġaturi fejn il-baħar fil-Litwanja, u huwa ċ-ċentru amministrattiv tal-muniċipalità ta' Neringa. Ir-raħal jinsab fejn l-Istmu Kuronjan bejn il-Laguna Kuronjana u l-Baħar Baltiku, u huwa l-iżjed punt fil-Punent tal-Litwanja u l-istati Baltiċi, qrib il-fruntiera mal-esklav tal-Oblast Russu ta' Kaliningrad. Attwalment ir-raħal fih madwar 2,385 resident.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala żona ta' insedjament tal-Kuronjani Baltiċi, il-post oriġinali msejjaħ nida (li tfisser "b'ħakma tajba" bil-lingwa Prussjana Antika) issemma għall-ewwel darba f'dokumenti tal-1385 maħruġa mill-Kavallieri Tewtoniċi, li amministraw l-artijiet fi ħdan l-Istat Monastiku tagħhom. L-insedjament oriġinali fit-triq tul l-Istmu Kuronjan minn Königsberg sa Memel kien jinsab madwar 5 kilometri (3.1 mili) fin-Nofsinhar tal-pożizzjoni tal-lum qrib il-Hohe Düne (id-Duna l-Għolja) fil-Kap ta' Grobštas (mill-Prussjan Antik: grabis, "għolja"). Wara l-Gwerra tat-Tlettax-il Sena (1454–1466), il-villaġġ tas-sajd sar parti mill-entità fewdali Pollakka mmexxija mill-Kavallieri Tewtoniċi sal-1525, u mill-Prussja Dukali.

Mill-1701, ir-raħal kien parti mir-Renju tal-Prussja. Fl-1709 kważi l-popolazzjoni kollha mietet minħabba epidemija tal-pesta bubonika. Ir-raħal, mhedded kontinwament miċ-ċaqliċ tar-ramel, ġie ttrasferit mid-duna li kienet qed toqrob għall-pożizzjoni tal-lum fis-snin 30 tas-seklu 18. Ir-raħal ġie inkorporat fil-Provinċja Prussjana tal-Lvant tal-Prussja fl-1773, u sar parti mill-Imperu Ġermaniż mal-unifikazzjoni Ġermaniża tal-1871. Fl-1874 inbena fanal fuq l-għolja ta' Urbas, li iktar 'il quddiem inqered fil-gwerra u mbagħad reġa' nbena fl-1945 u fl-1953. Fl-1878, ir-raħal kellu popolazzjoni ta' 655 ruħ, li l-iktar kien jaqilgħuha mis-sajd, u l-ħut kien jinbigħ b'mod prinċipali lil Klaipėda fil-qrib u rħula kostali oħra. Nida diġà kien l-ikbar raħal tal-Istmu Kuronjan. Fir-raħal kienu jsiru quddisiet kemm bil-Litwan u bil-Ġermaniż.

Kolonja tal-Artisti[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-aħħar tas-seklu 19, il-pajsaġġ tad-duni sar popolari mal-pitturi tal-pajsaġġi u tal-annimali mill-iskola tal-arti Kunstakademie Königsberg. Il-berġa lokali ta' Herman Blode kienet il-qalba tal-kolonja tal-artisti tal-Espressjonisti (Künstlerkolonie Nidden). Lovis Corinth issoġġorna hemmhekk, l-istess bħal Max Pechstein, Alfred Lichtwark, Karl Schmidt-Rottluff u Alfred Partikel. Il-pitturi minn Königsberg bħal Julius Freymuth u Eduard Bischoff żaru l-inħawi, u l-istess għamlu l-poeti Ernst Wiechert u Carl Zuckmayer. Mistednin oħra kienu jinkludu lil Ernst Kirchner, Ernst Mollenhauer, Franz Domscheit u Hermann Wirth. Il-pitturi normalment kienu joqogħdu fil-berġa ta' Blode, u ħallew uħud mix-xogħlijiet tagħhom miegħu. Uħud bnew ukoll ir-residenzi tagħhom stess fil-qrib.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Nidden flimkien man-nofs tat-Tramuntana tal-Istmu Kuronjan, saru parti mir-Reġjun ta' Klaipėda skont it-Trattat ta' Versailles tal-1919, iżda sussegwentement ġew inkorporati fil-Litwanja fl-1923. Ir-raħal imbagħad ingħata l-isem ta' Nida, iżda xorta waħda bħala insedjament fil-biċċa l-kbira Ġermaniż; il-fruntiera man-nofs l-ieħor Ġermaniż (Prussjan tal-Lvant) tal-istmu kien jinsab ftit kilometri lejn in-Nofsinhar.

Fl-1929 il-kittieb rebbieħ tal-Premju Nobel Thomas Mann żar lil Nida meta kien fi btala qrib Rauschen u ddeċidew li jibnu dar tas-sajf fuq għolja fuq il-laguna; ġiet imżebilħa miċ-ċittadini lokali u mlaqqma bħala l-Għorfa taz-Ziju Tom. Hu u familtu qattgħu s-sjuf tal-1930–1932 fid-dar, u l-partijiet tar-rumanz epiku Joseph and His Brothers inkitbu hemmhekk.

Mhedded min-Nażisti minħabba l-fehmiet politiċi tiegħu, Mann telaq mill-Ġermanja wara l-Machtergreifung ta' Hitler fl-1933 u eventwalment emigra lejn l-Istati Uniti. Wara li r-Reġjun ta' Klaipėda reġa' ġie anness mal-Ġermanja (li saret Nażista) fl-1939, id-dar tiegħu ġiet issekwestrata minn Hermann Göring u ġiet iddeżinjata bħala dar tar-rikreazzjoni għall-uffiċjali tal-Luftwaffe.

Wara l-gwerra[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dar tas-sajf ta' Thomas Mann.

Fl-1939, ir-raħal kellu 736 abitant. Bħall-Istmu Kuronjan kollu, Nida sar kważi diżabitat minħabba l-avvanzar tal-Armata l-Ħamra, l-Evakwazzjoni tal-Prussja tal-Lvant u t-tkeċċija eventwali tal-abitanti Ġermaniżi li baqgħu ħajjin. Wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, Nida reġa' sar parti mil-Litwanja li dak iż-żmien kienet okkupata mis-Sovjetiċi. Fil-perjodu bikri ta' wara l-gwerra, Nida kien raħal tas-sajd li ftit kienu jżuruh. Iktar 'il quddiem matul l-okkupazzjoni Sovjetika, flimkien ma' tliet irħula oħra tal-Muniċipalità ta' Neringa (Juodkrantė, Preila u Pervalka), Nida kien post għall-btajjel bi dħul ikkontrollat għall-uffiċjali u l-elit tal-partit Komunista.

Minn mindu l-Litwanja reġgħet kisbet l-indipendenza fl-1990, l-inħawi ta' madwar ir-raħal infetħet għal kulħadd u t-turiżmu tkattar. Madankollu, l-Istmu Kuronjan huwa park nazzjonali u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u hemm diversi ristrezzjonijiet biex l-ekosistema tiegħu u l-arkitettura unika tal-irħula bħal Nida jiġu protetti.

Il-bajja u d-duni qrib Nida.

Id-dar tas-sajf ta' Mann ma ġġarrfitx fil-gwerra u ġiet ippreservata bis-saħħa tal-inizjattiva tal-poeta Litwan Antanas Venclova. L-ewwel sit ta' mafkar ġie inawgurat diġà fl-1967. Matul l-okkupazzjoni Sovjetika, ospita librerija li kienet tkun miftuħa fis-sajf biss, b'kwartieri residenzjali tal-librar stazzjonat minn Klaipėda fis-sular ta' fuq u ż-żoni pubbliċi fis-sular t'isfel. Fl-1995/1996 id-dar ġiet irrestawrata skont id-disinn arkitettoniku oriġinali u reġgħet infetħet bħala ċentru kulturali ddedikat lill-kittieb, b'wirja ta' mafkar u b'festival annwali.

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klima ta' Klaipėda titqies bħala waħda kontinentali umduża (Dfb skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), minħabba li r-raħal jinsab mal-kosta tal-Baħar Baltiku, li huwa inqas espost għal avvenimenti tat-temp estrem mill-klima iktar 'il ġewwa.

Data klimatika għal Nida, il-Litwanja (temp. normali fl-1961-1990)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 10.5

(50.9)

12.9

(55.2)

20.5

(68.9)

26.2

(79.2)

29.4

(84.9)

32.0

(89.6)

32.8

(91.0)

31.2

(88.2)

27.8

(82.0)

20.6

(69.1)

14.1

(57.4)

10.9

(51.6)

32.8

(91.0)

Temp. għolja medja f'°C (°F) −0.7

(30.7)

−0.3

(31.5)

3.0

(37.4)

8.4

(47.1)

15.1

(59.2)

18.9

(66.0)

20.5

(68.9)

20.5

(68.9)

16.4

(61.5)

11.4

(52.5)

5.9

(42.6)

2.1

(35.8)

10.1

(50.2)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) −3.2

(26.2)

−2.9

(26.8)

−0.1

(31.8)

4.9

(40.8)

11.0

(51.8)

15.3

(59.5)

17.2

(63.0)

17.3

(63.1)

13.7

(56.7)

9.2

(48.6)

3.9

(39.0)

−0.1

(31.8)

7.2

(45.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −5.8

(21.6)

−5.5

(22.1)

−2.6

(27.3)

2.3

(36.1)

7.8

(46.0)

12.1

(53.8)

14.4

(57.9)

14.6

(58.3)

11.3

(52.3)

7.0

(44.6)

2.0

(35.6)

−2.4

(27.7)

4.6

(40.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −30.2

(−22.4)

−31.2

(−24.2)

−22.0

(−7.6)

−5.9

(21.4)

−1.5

(29.3)

1.4

(34.5)

7.8

(46.0)

5.7

(42.3)

2.9

(37.2)

−5.5

(22.1)

−19.1

(−2.4)

−22.4

(−8.3)

−31.2

(−24.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 45

(1.8)

28

(1.1)

34

(1.3)

33

(1.3)

41

(1.6)

52

(2.0)

77

(3.0)

82

(3.2)

83

(3.3)

79

(3.1)

84

(3.3)

63

(2.5)

701

(27.6)

Sors: NOAA[1]
Data tat-temperatura tal-baħar għal Nida
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. medja tal-baħar f'°C (°F) 3.2

(37.76)

2.4

(36.32)

1.6

(34.88)

4.2

(39.56)

9.6

(49.28)

15.0

(59.00)

18.5

(65.30)

19.2

(66.56)

17.0

(62.60)

12.6

(54.68)

9.1

(48.38)

5.8

(42.44)

9.9

(49.73)

Sors 1: Seatemperature.org[2]

Turiżmu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Port ta' Nida.

Ir-raħal huwa post pjuttost għali għall-btajjel, li jospita madwar 200,000 sa 300,000 turist kull sajf, l-iktar Litwani, Ġermaniżi, Latvjani u Russi. Huwa kkaratterizzat minn divertiment mhux storbjuż u enfasi ċara fuq il-familja. Madankollu, f'dawn l-aħħar snin sar post ta' interess deċenti għall-mużika electronica u l-arti moderna fina f'sit forestali ekklettiku.

Mill-2001, il-Festival tal-Jazz ta' Nida ġie organizzat kull sena. Stazzjon tar-radju lokali, Neringa FM, ixandar mużika f'ħin reali fuq l-FM u online. Hemm ukoll postijiet interessanti x'wieħed iżur fil-qrib, inkluż uħud mill-ogħla duni tar-ramel fl-Ewropa, arloġġ tax-xemx kbir (li ġie rrestawrat wara li ġarrab xi ħsarat minħabba riefnu Baltiku), id-Dar Etnografika tas-Sajjied, gallerija-mużew tal-ambra u knisja Protestanta Ġermaniża (Evangelische) Gotika tal-brikks (mibnija fl-1888). Hemm ukoll sit tal-kampeġġ.

"Veduta tal-Moll ta' Purvynė" (għall-ħabta tal-1938, ta' Carl Knauf) imlaqqma mal-kontemporanji bħala l-"veduta Taljana".

Ir-raħal huwa magħruf għan-Nidden Kurenwimpel — li bil-Ġermaniż tfisser "pinnuri Kuronjani" — pinnuri mnaqqxa b'mod mirqum li huma partikolari għall-familji lokali residenti fl-Istmu Kuronjan. Il-pinnuri, li għadhom jispikkaw repliki tagħhom madwar Nida, fihom figuri ta' annimali u ta' bnedmin bħala pittogrammi li huma fdalijiet ta' tradizzjoni ta' kitba pagana. Fiċ-ċimiterju lokali, għad hemm eżempji ta' krikštas (pl. krikštai), markaturi funebri pagani minflok lapidi mal-oqbra.

Il-bajja ta' Nida tipparteċipa fil-Programm tal-Bandiera Blu. In-nudisti jużaw partijiet mill-bajja qrib Nida biex jgħumu għerwenin.

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

L-Ajruport ta' Nida jinsab fir-raħal, iżda ma għandu l-ebda rotta skedata u kapaċi jilqa' inġenji tal-ajru żgħar biss. Nida għandu wkoll port marittimu li jintuża għal-laneċ u għad-dgħajjes tas-sajd.

L-unika triq li tgħaddi għat-tul kollu tal-Istmu Kuronjan, li tikkollega Zelenogradsk u Smiltynė (fejn teżisti kollegament ta' lanċa lejn Klaipėda), tgħaddi mit-tarf ta' Nida. Kull siegħa, karozza tal-linja tgħaddi bejn il-vendi ta' Nida u ta' Smiltynė f'dik it-triq, u jeżistu wkoll karozzi tal-linja li jaqdu diversi bliet bħal Kaliningrad, Klaipėda, Kaunas u Vilnius.

Nies notevoli minn Nida[immodifika | immodifika s-sors]

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Nida Climate Normals 1961–1990". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-30. Miġbur 2024-06-11.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Nida Water Temperature | Lithuania". web.archive.org. 2023-04-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-30. Miġbur 2024-06-11.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)