Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/3 ta' Settembru
Dehra
3 ta' Settembru:
- 1939 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Franza, ir-Renju Unit, New Zealand, u l-Awstralja ddikjaraw gwerra fuq il-Ġermanja wara l-invażjoni tal-Polonja, u hekk iffurmaw l-Alleati.
- 1943 – It-Tieni Gwerra Dinjija: L-Italja ffirmat l-armistizju mal-alleati.
- 1994 – Qasma Sino-Sovjetika: Ir-Russja u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina qablu li ma jimmirawx armi nukleari kontra xulxin.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1899 – Frank MacFarlane Burnet, bijologu Awstraljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina (m. 1985)
- 1905 – Carl David Anderson, fiżiku Amerikan, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1991)
- 1908 – Lev Semenovič Pontrjagin, matematiku Russu (m. 1988)
Mietu f'dan il-jum...
- 1658 – Oliver Cromwell, mexxej militari u politiku Ingliż (t. 1599)
- 1883 – Ivan Turgenev (stampa), awtur Russu (t. 1818)
- 1914 – Albéric Magnard, kompożitur Franċiż (t. 1865)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Girgor il-Kbir.