Manuel Ferreira
Manuel Ferreira bil-kuluri ta' Estudiantes | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 22 ta' Ottubru 1905 Trenque Lauquen, Arġentina | ||
Mewt | 29 ta' Lulju 1983 (77 sena) Barċellona | ||
Tul | 1.76 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1924–1933 | Estudiantes | ||
1933–1935 | River Plate | ||
1935–1936 | Estudiantes | ||
Tim nazzjonali | |||
1927–1930 | Arġentina | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1955 | Estudiantes |
Manuel Ferreira (twieled fit-22 ta' Ottubru 1905 – miet fid-29 ta' Lulju 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Il-karriera ta' Ferreira kienet prinċiparjament ma' Estudiantes li magħhom lagħab f'90 logħba u skorja 26 gowl, minbarra sentejn ma' River Plate. Minkejja l-livell ta' żewġ timijiet hu qatt ma rebaħ titlu.
Mat-tim nazzjonali Arġentin lagħab bejn l-1927 u l-1930, u l-ewwel logħba tiegħu seħħet matul il-Campeonato Sudamericano tal-1927. L-Albicelestes spiċċaw it-turnew bil-punti sħaħ, quddiem ir-rivali tal-Urugwaj, li f'dak iż-żmien kienu f'taqtigħa bejniethom għas-supremazija kontinentali u dinjija. Fil-kompetizzjoni, Ferreira skorja żewġ gowls fl-aħħar logħba kontra l-ospiti tal-Perù.[1]
Fl-1928, Ferreira ħa sehem fid-dixxiplina tal-futbol waqt l-Olimpjadi tal-1928 ġewwa Amsterdam. Wara li għelbu lill-Istati Uniti, il-Belġju u l-Eġittu, l-Arġentini sabu lill-Urugwaj quddiemhom għall-finali tal-10 ta' Ġunju. Ferreira skorja l-gowl tad-dro fil-50 minuta wara li Pedro Petrone fetaħ l-iskor għall-avversarji. Wara li l-logħba spiċċat fi dro, fil-logħba ta' spareġġ, l-Urugwaj kisbu rebħa ta' 2–1 grazzi għall-gowl ta' Héctor Scarone. L-Arġentina temmet bil-midalja tal-fidda u Ferreira spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls. Il-vendetta tal-Arġentina waslet is-sena ta' wara bir-rebħ tal-Campeonato Sudamericano tal-1929; Ferreira reġa' spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers bi tliet gowls u minn dan it-turnew beda jilbes il-faxxa ta' kaptan.
L-Arġentina ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-1930. Ferreira ma skorja l-ebda gowl u minfloku plejers bħal Guillermo Stábile u Carlos Peucelle kienu l-istilel tal-Arġentina. Hu ggidwa lit-tim għall-finali kontra l-Urugwaj li ntlagħbet fit-30 ta' Lulju 1930 ġewwa l-Estadio Centenario li ntrebħet mill-Urugwajani b'riżultat ta' 4–2. Wara dan ir-riżultat diżappuntanti, Ferreira għalaq l-esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Nazzjonal
[immodifika | immodifika s-sors]- Arġentina
- Copa América: 1927, 1929
- Copa Newton: 1927, 1928
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Tabeira, Martín. "Southamerican Championship 1927" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-08-21.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Manuel Ferreira (Manuel Ferreira) |
- Manuel Ferreira fuq National-Football-Teams.com