Mário Zagallo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mário Zagallo
Ħajja
Isem propju Mário Jorge Lobo Zagallo
Twelid Atalaia, 9 Awwissu 1931
Nazzjonalità Brażil
L-ewwel lingwa Portugiż tal-Brażil
Mewt Rio de Janeiro, 5 Jannar 2024
Post tad-dfin Cemitério de São João Batista (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (falliment ta' diversi organi)
Edukazzjoni
Lingwi Portugiż
Portugiż tal-Brażil
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-futbol
kowċ
Mudell:Infobox biography/sport/football
Pożizzjoni jew speċjalità wing half
attakkant
Piż 61 kg
Għoli 169 cm
Psewdonomu Velho Lobo (vell llop)

Mário Jorge Lobo Zagallo (bil-pronunzja Portugiża: [ˈmaɾju zaˈɡalu]; twieled fid-9 ta' Awwissu 1931 – miet fil-5 ta' Jannar 2024) kien plejer tal-futbol professjonali li kien jilgħab bħala attakkant, koordinatur u kowċ Brażiljan.

Zagallo għandu r-rekord ta' rebħiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol inġenerali b'erba' unuri b'kollox. Huwa għandu r-rekord ukoll għall-preżenzi fil-finali tat-Tazza tad-Dinja b'sitt preżenzi. Kien l-ewwel persuna li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ.[1] Rebaħ il-kompetizzjoni fl-1958 u fl-1962 bħala plejer, u fl-1970 bħala kowċ. Barra minn hekk, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1994 bħala viċi kowċ. Zagallo kien ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil fl-1974 (u spiċċa r-raba') u fl-1998 (u spiċċa t-tieni) u kien assistent tekniku fl-2006. Huwa kien l-ewwel wieħed minn tliet irġiel, flimkien ma' Franz Beckenbauer tal-Ġermanja u Didier Deschamps ta' Franza, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ, u l-unika wieħed li rebaħha għal iktar minn darbtejn.

Fl-1992, Zagallo ngħata l-Ordni għall-Mertu tal-FIFA, l-ogħla unur mogħti mill-FIFA, għall-kontributi tiegħu lill-futbol.[2] Huwa ġie kklassifikat bħala d-9 l-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien mir-Rivista tal-Futbol Dinji fl-2013.[3][4] Fil-5 ta' Jannar 2024, Zagallo miet ta' 92 sena.[5] Huwa kien l-aħħar plejer Brażiljan li kien għadu ħaj li kien ipparteċipa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958.

Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo twieled f'Atalaia fl-istat tal-Grigal ta' Alagoas fid-9 ta' Awwissu 1931. Bħala żagħżugħ, huwa ħadem bħala suldat u ġie stazzjonat fl-Istadium ta' Maracanã meta l-Urugwaj rebaħ kontra l-Brażil fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1950.

Karriera bħala pleyer tal-futbol[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo bħala plejer tal-futbol.

Zagallo beda l-karriera tiegħu bħala plejer tal-futbol mal-América fl-1948, u iktar 'il quddiem lagħab mal-Flamengo u mal-Botafogo.[6]

Zagallo rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-futbol bħala plejer mal-Brażil fl-1958 u fl-1962. Fi żmien it-tornew tal-1958, Zagallo kien plejer tal-Flamengo, iżda fit-tornew tal-1962, huwa kien plejer tal-Botafogo.[7]

Zagallo b'kollox lagħab 33 logħba mal-Brażil bejn l-1958 u l-1964.[8]

Stil ta' logħob[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo kien winger mal-linja tax-xellug b'fiżiku żgħir, u kien magħruf għat-teknika tiegħu, għar-rata kbira ta' xogħol difensiv, kif ukoll għall-kapaċità tiegħu li jattakka mill-bogħod. Huwa kien kapaċi jilgħab ukoll bħala attakkant, jew bħala attakkant ewlieni, jew bħala midfielder avvanzat.[9][10]

Karriera bħala kowċ tal-futbol[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo ma' Pelé fl-1970.

Zagallo beda l-karriera tiegħu bħala kowċ tal-futbol mal-Botafogo, il-klabb li kien spiċċa l-karriera tiegħu miegħu bħala plejer, u fl-istess ħin kien ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan. Zagallo rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala kowċ fl-1970, u bħala viċi kowċ fl-1994, it-tnejn mal-Brażil. Huwa kien l-ewwel persuna li rebħet it-Tazza tad-Dinja kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. Huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala kowċ fl-1970 meta kellu 38 sena, u b'hekk huwa t-tieni l-iżgħar kowċ li rebaħ Tazza tad-Dinja, wara Alberto Suppici, li rebaħ mal-Urugwaj fl-1930 meta kellu 31 sena.

It-tim tal-Brażil ta' Zagallo fl-1970 kien jilgħab bil-formazzjoni 4–2–3–1. It-tim ħejja ruħu għat-tornew għal kważi tliet xhur, sabiex jilħaq jidra l-altitudni u s-sħana tas-sajf Messikan u l-altitudni. Zagallo qal li t-tim kien rebaħ il-biċċa l-kbira tal-logħbiet tiegħu fit-tieni nofs tal-logħbiet, fejn skurjaw 12 mid-19-il gowl tagħhom malli l-avversarji kien jibdew jgħejjew.[11]

Fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1974 fil-Ġermanja tal-Punent, Zagallo kien żvantaġġat minħabba l-irtirar ta' Pelé mit-tim nazzjonali erba' snin qabel, kif ukoll mill-fatt li Tostão u Carlos Alberto Torres kien weġġgħu u ma setgħux jilagħbu. Dan kien ifisser li żewġ plejers biss mill-ewwel ħdax tal-finali tal-1970 kienu preżenti fit-tim. Barra minn hekk, it-tim kellu nuqqas ta' prattika kompetittiva minħabba li l-Copa América ma ntlagħbitx bejn l-1967 u l-1975. B'rispons għall-eliminazzjoni tal-Brażil minn timijiet Ewropej iktar fiżiċi fl-1954 u fl-1966, Zagallo għażel li jilgħab b'mod aggressiv bl-istess mod. Brazil għaddew mill-ewwel stadju tal-gruppi bi żbrixx, b'gowl wieħed fid-differenza tal-gowls iktar mill-Iskozja, u ma għaddewx għall-finali wara li tilfu 2–0 kontra n-Netherlands, fejn Luís Pereira kien tkeċċa għal foul fuq Johan Neeskens. Il-Polonja mbagħad rebħet kontra l-Brażil fil-logħba għat-tielet u għar-raba' post.[12]

Fl-1989, Zagallo sar il-kowċ tal-Emirati Għarab Magħquda għall-kwalifikazzjoni fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1990. Huwa wassalhom għall-ewwel kwalifikazzjoni mhux mistennija għat-tornew, iżda telaq biex isir il-kowċ ta' Vasco da Gama ftit jiem qabel ma bdiet it-Tazza tad-Dinja u ġie sostitwit b'Carlos Alberto Parreira.[13]

F'Novembru 2002, Zagallo reġa' beda jikkowċja u reġa' sar il-kowċ tal-Brażil, wara l-irtirar ta' Luiz Felipe Scolari wara li rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta' dik is-sena. Fl-20 ta' Novembru, fl-unika logħba tiegħu bħala kowċ, it-tim rebaħ 3–2 f'logħba amikevoli barra minn darhom kontra l-Korea t'Isfel.[14]

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo fl-2008.

Zagallo żżewweġ lil Alcina de Castro fit-13 ta' Jannar 1955 fil-Knisja tal-Kapuċċini f'Rio de Janeiro. Huma baqgħu flimkien sal-mewt ta' de Castro fil-5 ta' Novembru 2012.[15] Mário u Alcina kellhom erbat itfal.[16] Huwa kien Kattoliku prattikant.[17][18][19]

Kunjom Zagallo ġie spellut Zagalo għall-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu, inkluż minnu nnifsu, sakemm qal lil ġurnalist fis-snin 90 tas-seklu 20 li kunjomu fuq iċ-ċertifikat tat-twelid kien Zagallo. Huwa kien ukoll l-unika attakkant Brażiljan li rebaħ it-Tazza tad-Dinja li kien magħruf b'kunjomu.[20]

F'Lulju 2022, Zagallo ddaħħal l-isptar b'infezzjoni respiratorja.[21] F'Awwissu 2023 iddaħħal l-isptar għal 22 jum minħabba infezzjoni urinarja.[22] Wara li ddaħħal l-isptar għal perjodu qasir f'Rio de Janeiro, huwa miet fil-5 ta' Jannar 2024 minħabba l-falliment ta' diversi organi, tal-età ta' 92 sena.[5]

Laqmijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Zagallo kien imlaqqam Il-Professur mill-plejers tiegħu matul il-karriera tiegħu bħala kowċ, minħabba l-għarfien tattiku tiegħu u l-preżenza qawwija tiegħu fuq il-bank. Huwa kien imlaqqam ukoll Velho Lobo ("Lupu Xiħ") minħabba kunjomu "Lobo", li jfisser "lupu".[23]

Statistika bħala kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

Sat-13 ta' Novembru 2022
Rekord bħala kowċ skont it-tim u l-andament
Tim Minn Sa Rekord
G W D L % ta' Rebħiet
Botafogo is-16 ta' Awwissu 1966 it-18 ta' Lulju 1970 238 85 64 89 35.71
Brażil (koordinatur) id-19 ta' Settembru 1967 19 ta' Settembru 1967 1 1 0 0 100.00
Brażil it-22 ta' Marzu 1970 is-6 ta' Lulju 1974 62 42 16 4 67.74
Fluminense il-5 ta' Settembru 1971 is-17 ta' Marzu 1972 54 28 16 10 51.85
Flamengo l-24 ta' Ġunju 1972 it-13 ta' Novembru 1974 176 88 39 49 50.00
Botafogo 1975 Diċembru 1975 21 16 3 2 76.19
Kuwajt il-5 ta' Frar 1976 it-23 ta' Marzu 1978 31 18 7 6 58.06
Botafogo l-14 ta' Settembru 1978 il-31 ta' Diċembru 1978 29 15 9 5 51.72
Al-Hilal il-5 ta' Jannar 1979 is-26 ta' Diċembru 1979 18 12 3 3 66.67
Vasco da Gama l-4 ta' Ottubru 1980 it-28 ta' Mejju 1981 50 26 14 10 52.00
Arabja Sawdija it-23 ta' Frar 1981 il-31 ta' Marzu 1984 37 16 9 12 43.24
Flamengo it-18 ta' Diċembru 1984 il-31 ta' Awwissu 1985 56 28 17 11 50.00
Botafogo id-29 ta' Diċembru 1986 is-27 ta' Novembru 1987 87 27 35 25 31.03
Bangu it-3 ta' Novembru 1988 is-27 ta' Ġunju 1989 67 17 30 20 25.37
Emirati Għarab Magħquda it-2 ta' Settembru 1989 it-12 ta' Ġunju 1990 24 4 13 7 16.67
Vasco da Gama it-2 ta' Ottubru 1990 is-16 ta' Mejju 1991 46 8 29 9 17.39
Brażil it-13 ta' Diċembru 1994 it-12 ta' Lulju 1998 74 55 13 6 74.32
Associação Portuguesa it-18 ta' Lulju 1999 it-13 ta' Ottubru 2000 102 39 27 36 38.24
Flamengo it-3 ta' Marzu 2001 il-31 ta' Diċembru 2001 65 32 11 22 49.23
Brażil (koordinatur) l-20 ta' Novembru 2002 l-20 ta' Novembru 2002 1 1 0 0 100.00
Total 1,239 558 355 326 45.04

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer[immodifika | immodifika s-sors]

Flamengo

  • Kampjonat Statali ta' Rio de Janeiro: 1953, 1954, 1955

Botafogo

  • Tornew Rio-São Paulo: 1962, 1964
  • Kampjonat Statali ta' Rio de Janeiro: 1961, 1962

Brazil

  • Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1958, 1962

Individual

  • Tim tal-Leġġendi tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1962
  • Klassifika tal-Aqwa Plejers fil-Mużew tal-Futbol Brażiljan

Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

Botafogo

  • Série A tal-Kampjonat Brażiljan: 1968
  • Kampjonat Statali ta' Rio de Janeiro: 1967, 1968[24]

Fluminense

  • Kampjonat Statali ta' Rio de Janeiro: 1971

Flamengo

  • Tazza taċ-Ċampjins: 2001
  • Kampjonat Statali ta' Rio de Janeiro: 1972, 2001[25]

Al-Hilal

  • Premier League tal-Arabja Sawdija: 1978-79

Brażil

Kuwajt

  • Tazza tal-Golf tal-Arabja: 1976[26]

Koordinatur[immodifika | immodifika s-sors]

Brażil

  • Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1994

Individwali

  • L-Aqwa Kowċ Nazzjonali tad-Dinja tal-IFFHS: 1997
  • Id-9 l-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien tar-Rivista tal-Futbol Dinji: 2013
  • Is-27 l-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien ta' FourFourTwo: 2020[27]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "World Cup winners as player, manager: Deschamps joins rare company | SI.com". web.archive.org. 2019-05-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-05-20. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "FIFA Order of Merit list" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-09-05. Miġbur 2024-01-07.
  3. ^ "The Greatest manager of all time - World Soccer". web.archive.org. 2019-04-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-04-04. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "The Greatest: - how the panel voted - World Soccer". web.archive.org. 2015-01-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-01. Miġbur 2024-01-07.
  5. ^ a b "Zagallo, o único tetracampeão mundial de futebol, morre aos 92 anos". G1 (bil-Portugiż). 2024-01-06. Miġbur 2024-01-07.
  6. ^ "Zagallo - Mário Jorge Lobo Zagallo - Sambafoot.com, tudo sobre o futebol brasileiro". web.archive.org. 2012-02-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-02-04. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "World Cup Champions Squads 1930 - 2022". www.rsssf.org. Miġbur 2024-01-07.
  8. ^ "Brazil - Record International Players". web.archive.org. 2018-12-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-02-03. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Vicente Feola: A controversial innovator - FIFA.com". web.archive.org. 2016-11-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-11-22. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "FIFA Tournaments - Players & Coaches - Mario ZAGALLO - Player Profile - FIFA.com". web.archive.org. 2016-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-09. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Brazil's 1970 World Cup squad were pioneers in physical preparation". ESPN.com (bl-Ingliż). 2020-04-14. Miġbur 2024-01-07.
  12. ^ Scragg, Steven (2016-12-08). "From beauty to beast: Brazil's transition from 1970 to 1974" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-07.
  13. ^ Tombs, Michael (2015-05-30). "UAE: a journey to the unknown at Italia 90" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-07.
  14. ^ "UOL Esporte - Últimas Notícias". www.uol.com.br. Miġbur 2024-01-07.
  15. ^ "Esposa de Zagallo morre no Rio | globoesporte.com". web.archive.org. 2016-08-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-08. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Zagallo recebe apoio de amigos no velório da esposa no Rio de Janeiro | globoesporte.com". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Folha Online - Mundo - Zagallo diz que "familia catolica perdeu seu irmao mais importante" - 02/04/2005". web.archive.org. 2016-03-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "Xará, Zagallo ressalta coincidências do nº 13 com o papa e lamenta: "Temos que engolir" - Futebol - $estacao.titulo". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  19. ^ "Mário Jorge Lobo Zagallo | TARDES DE PACAEMBU: o futebol sem as fronteiras do tempo". web.archive.org. 2016-04-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-22. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ Bellos, Alex (1 January 2014). Futebol: The Brazilian Way of Life - Updated Edition. A&C Black. p. 236. ISBN 978-1-4088-5416-7.
  21. ^ "Brazil great Zagallo hospitalized over respiratory infection". France 24 (bl-Ingliż). 2022-07-27. Miġbur 2024-01-07.
  22. ^ "'Tô de volta', comemora Zagallo após ter alta médica e voltar para casa no Rio". G1 (bil-Portugiż). 2023-09-01. Miġbur 2024-01-07.
  23. ^ "FIFA Tournaments - Players & Coaches - Mario ZAGALLO - Player Profile - FIFA.com". web.archive.org. 2016-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-09. Miġbur 2024-01-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "Botafogo". www.botafogo.com.br (bil-Portugiż). Miġbur 2024-01-07.
  25. ^ "IFFHS". www.iffhs.com. Miġbur 2024-01-07.
  26. ^ "Gulf Cup 1976". www.rsssf.org. Miġbur 2024-01-07.
  27. ^ Клаус. "FourFourTwo назвал 100 лучших тренеров за всю историю футбола . Валерий Лобановский в ТОП 10". ua.tribuna.com (bir-Russu). Miġbur 2024-01-07.