Aqbeż għall-kontentut

Lingwa Taljana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lingwa taljana)
Lingwa Taljana (lingua italiana)
Mitkellma: Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan
Reġjuni: Ewropa
Kelliema: 64 miljun
Familja: Lingwi Rumanzi
Uffiċjali
Lingwa uffiċjali ta': Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan
Regolati:
Kodiċijiet
ISO 639-1: it
ISO 639-2: ita
ISO 639-3: ita
Ara ukoll: Lingwa

It-Taljan (It-italiano.ogg italiano , jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.

Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.[1]

Konverżazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Malti Taljan IPAIPA
Wieħed uno /ˈuno/
Tnejn due /ˈdue/
Tlieta tre /tre/
Erbgħa quattro /ˈkwattro/
Ħamsa cinque /ˈtʃiŋkwe/
Sitta sei /ˈsɛi/
Sebgħa sette /ˈsɛtte/
Tmienja otto /ˈɔtto/
Disgħa nove /ˈnɔve/
Għaxra dieci /ˈdjɛtʃi/

Malti Taljan IPA
Ħdax undici /ˈunditʃi/
Tnax dodici /ˈdoditʃi/
Tlettax tredici /ˈtreditʃi/
Erbatax quattordici /kwatˈtorditʃi/
Ħmistax quindici /ˈkwinditʃi/
Sittax sedici /ˈseditʃi/
Sbatax diciassette /ditʃasˈsɛtte/
Tmintax diciotto /diˈtʃɔtto/
Dsatax diciannove /ditʃanˈnɔve/
Għoxrin venti /ˈventi/

Malti Taljan IPA
Wieħed u għoxrin ventuno /ventˈuno/
Tnejn u għoxrin ventidue /ventiˈdue/
Tlieta u għoxrin ventitré /ventiˈtre/
Erbgħa u għoxrin ventiquattro /ventiˈkwattro/
Ħamsa u għoxrin venticinque /ventiˈtʃiŋkwe/
Sitta u għoxrin ventisei /ventiˈsɛi/
Sebgħa u għoxrin ventisette /ventiˈsɛtte/
Tmienja u għoxrin ventotto /ventˈɔtto/
Disgħa u għoxrin ventinove /ventiˈnɔve/
Tletin trenta /ˈtrenta/

Ġranet tal-ġimgħa

[immodifika | immodifika s-sors]
Malti Taljan IPA
It-Tnejn lunedì /luneˈdi/
It-Tlieta martedì /marteˈdi/
L-Erbgħa mercoledì /merkoleˈdi/
Il-Ħamis giovedì /dʒoveˈdi/
Il-Ġimgħa venerdì /venerˈdi/
Is-Sibt sabato /ˈsabato/
Il-Ħadd domenica /doˈmenika/

L-Element Taljan fl-Ilsien Malti

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħafna Maltin jifhmu u jitkellmu t-Taljan ħabba l-programmi televiżivi jew għax jistudjawh l-iskola u l-università. Sal-1934 kien l-ilsien uffiċjali ta' Malta, sakemm ħadulu postu l-Malti u l-Ingliż.

L-Ilsien Malti għandu għeruq semitiċi imma biż-żmien ħa ħafna kliem mill-Isqalli Medjovali u mit-Taljan. Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li ġew mit-Taljan insibu:

1. Arti: pittur, tila, kapulavur, kompożizzjoni, kjaroskur, abbozz, pinzell, skultur, mudell, perspettiva, eċċ.

2. Mużika: opra, sopran, tenur, pjanu, sonata, orkestra, vjolin, sinfonija, kompożitur, kor, eċċ.

3. Letteratura: novella, rumanz, ballata, dramm, eleġija, epika, narrativa, metafora, sunett, lirika, eċċ.

4. Knisja: saċerdot, navi, sagristija, koppla, abbati, ostja, liturġija, vespri, altar, fratellanza, eċċ.

5. Mediċina: ingwent, siringa, operazzjoni, anatomija, infermier, mistura, professur, terapija, garza, loppju, eċċ.

6. Liġi: avukat, awla, libell, rikors, kawża, maġistrat, ġurat, prokuratur, proċess, appell, eċċ.

7. Politika: elezzjoni, kandidat, distrett, parlament, propaganda, ministru, partit, tessera, manifest, oppożizzjoni, gvern, eċċ.

8. Ħajja Urbana: palazz, funtana, qorti, teatru, mużew, lukanda, università, bibljoteka, pjazza, każin, eċċ.

9. Navigazzjoni: barkun, ankra, pruwa, poppa, vapur, ammirall, flotta, skuna, frejgata, karavella, eċċ.

10. Xjenza: ċellola, atomu, simmetrija, mikroskopju, laboratorju, fiżika, termometru, matematika, kimika, mikrobu, eċċ.

11. Ilbies: ingravata, kappell, mantell, ingwanti, kalzetti, pavru, inforra, ċintorin, beritta, xalla, eċċ.

12. Skola/Uffiċċju: segretarja, reġistru, skrivanija, nota, pitazz, gomma, riga, taljakarti, klassi, surmast, eċċ.

13. Militar: kavallerija, kapural, armata, gwerra, bumbardament, kanun, ġeneral, battalja, artillerija, suldat, eċċ.

14. Snajja': barbier, induratur, arġentier, tnalja, martell, ċana, morsa, tavla, bronż, stann, skalpell, eċċ.

15. Oġġetti tad-dar: purtiera, tapit, tvalja, antiporta, armarju, banju, finestrun, tavolina, pultruna, gwardarobba, eċċ.

16. Ikel: pizza, minestra, soppa, insalata, gallettini, torta, biskuttini, vitella, ċanga, balbuljata, spagetti, eċċ.

17. Arkitettura: perit, kolonna, arkata, pedament, intrata, balavostra, kuritur, loġġa, sala, pjanta, eċċ.

18. Frott, Siġar, Fjuri, Pjanti: freżja, prinjol, ċipress, mandolin, bambinella, margeriti, gladjoli, tulipan, arbuxxell, eċċ.

19. Annimali: iljunfant, tigra, ġiraffa, lupu, iljun, ċerv, ċerna, pixxispad, ajkla, melvizz, eċċ.

20. Ambjent Naturali: vulkan, xmara, bosk, peniżola, kaskata, arċipelagu, muntanja, foresta, oażi, kontinent, eċċ.

  • Simone, Raffaele (2010). Treccani (ed.). Enciclopedia dell'italiano. Parametru mhux magħruf |cid= injorat (forsi ridt tuża |ref= minflok) (għajnuna)
  • Berloco, Fabrizio (2018). Lengu (ed.). The Big Book of Italian Verbs: 900 Fully Conjugated Verbs in All Tenses. With IPA Transcription, 2nd Edition. ISBN 9788894034813. Parametru mhux magħruf |cid= injorat (forsi ridt tuża |ref= minflok) (għajnuna)
  • Massimo, Palermo (2015). Il Mulino (ed.). Linguistica italiana. ISBN 9788815258847. Parametru mhux magħruf |cid= injorat (forsi ridt tuża |ref= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]