Superliga Albaniża
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Superliga Albaniża 2015–16 | |
Superliga Albaniża | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1930 |
Nru. ta' timijiet | 10 |
Reġjun | Albanija |
Ċampjin attwali | KF Partizani Tiranë (2018–19) |
L-aktar rebħiet | Tirana (24 titli) |
Sit elettroniku | www.fshf.org |
Is-Superliga Albaniża (Albaniż: Kategoria Superiore), huwa l-ogħla kampjonat tal-futbol fl-Albanija, dan kien fondat fl-1930 taħt l-isem Kategoria e Parë (L-Ewwel Diviżjoni). KF Tirana huma l-aktar tim b'suċċess li rebaħ 24 titoli.
Fil-bidu tagħha, sitt timijiet ikkompetew għat-titlu tal-kampjonat. Fl-istaġun 1998-99, il-Kategoria superiore saret b'16-il tim parteċipanti; fl-1999 dak in-numru tnaqqas għal 14. Fl-istaġun 2006-07, 12-il tim lagħbu fis-Superliga.
Format kurrenti tal-kompetizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm 10 klabbs fil-kampjonat. Matul il-kors tal-istaġun (minn Awwissu sa Mejju) kull klabb jilgħab kontra ieħor erba darbtiet, darbtejn ġewwa darhom u darbtejn barra minn darhom, b'total ta' 36 logħba. It-tim jirċievi tliet punti għal rebħa u punt wieħed għal dro. L-ebda punti m'huma mogħtija għal telfa. It-timijiet huma kklassifikati mill-punti totali, imbagħad rekord ras imb ras, imbagħad id-differenza tal-gowl u wara l-gowls skorjati. Fl-aħħar ta' kull staġun, il-klabb bl-aktar punti huwa nkurunat ċampjin. Jekk il-punti huma ugwali, issir logħba bejniethom. L-aħħar żewġ timijiet huma relegati għall-Ewwel Diviżjoni Albaniża u jitilgħu żewġ timijiet mill-Ewwel Diviżjoni, flimkien mar-rebbieħ tal-play-offs li jinvolvu t-tielet u raba klabbs Albaniżi tal-Ewwel Diviżjoni, huma jkunu promossi fl-ogħla diviżjoni.
Prestazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Il-prestazzjonijiet ta' diversi klabbs huma elenkati f'din il-grafika. [1][2][3][4][5][6][7][8][9][10][11][12]
Klabb | Rebbieħa | Runners-up | Staġun |
---|---|---|---|
KF Tirana | 1930, 1931, 1932, 1934, 1936, 1937, 1964–65, 1965–66, 1968, 1969–70, 1981–82, 1984–85, 1987–88, 1988–89, 1994–95, 1995–96, 1996–97, 1998–99, 1999–00, 2002–03, 2003–04, 2004–05, 2006–07, 2008–09 | ||
Dinamo Tirana | 1950, 1951, 1952, 1953, 1955, 1956, 1960, 1966–67, 1972–73, 1974–75, 1975–76, 1976–77, 1979–80, 1985–86, 1989–90, 2001–02, 2007–08, 2009–10 | ||
Partizani Tirana | 1947, 1948, 1949, 1954, 1957, 1958, 1959, 1961, 1962–63, 1963–64, 1970–71, 1978–79, 1980–81, 1986–87, 1992–93 | ||
Vllaznia Shkodër | 1945, 1946, 1971–72, 1973–74, 1977–78, 1982–83, 1991–92, 1997–98, 2000–01 | ||
Skënderbeu Korçë | 1933, 2010–11, 2011–12, 2012–13, 2013–14, 2014–15 | ||
KF Elbasani | 1983–84, 2005–06 | ||
Flamurtari Vlorë | 1990–91 | ||
Teuta Durrës | 1993–94 | ||
FK Kukësi | — | ||
Besa Kavajë | — | ||
Tomori Berat | — | ||
Luftëtari Gjirokastër | — |
L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-12-22. Miġbur 2015-12-19.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-12-22. Miġbur 2015-12-19.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Websajt tal-FSHF
- Il-Kampjonat fuq FIFA
- Il-Kampjonat fuq soccerway.com
- League321.com - Statistiki.