Aqbeż għall-kontentut

Besa Kavajë

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Besa Kavajë
Isem sħiħ KS Besa Kavajë
Fundazzjoni 1925
Grawnd Stadiumi Besa, Kavajë
Kowċ Gugash Magani (en) Translate
Kampjonat Albanian First Division (en) Translate
L-ewwel
It-tieni

Besa Kavajë huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Kavajë. Huma jilagħbu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż. Il-grawnd tagħhom huwa Stadiumi Besa.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

KS Besa kien fundati fit-23 ta' Ottubru, 1925 bl-isem Shoqata Adriatiku. Fl-1930 huma bidlu isimhom għal "SK Kavaja". Huma għamlu d-debutt tagħhom fil-kampjonat prinċipali fl-1933. Fl-istess sena l-klabb bidel ismu ghal "Besa". Fil-UEFA Cup Winners’ Cup tal-1972-73 il-klabb għeleb klabb Daniż, Fremad Amager, wara li ġew 1–1 f'Kopenħagen u dro ta' mingħajr gowls ġewwa Kavajë. Fil-fażi ta wara, Besa kienu melgħuba minn tim Skoċċiż Hibernian minn Edinburgh (bl-aggregat 2–8). Besa qatt ma kienu ċampjins Albaniżi iżda ġew fit-2 post darbtejn.

Besa kkonfermaw posthom fil-2007–08 UEFA Cup wara li rebħu lil ġirien tagħhom KS Teuta 3–2 fil-finali tat-Tazza Albaniża fl-istaġun 2006–07. Huma ltaqgħu ma FK Bežanija tas-Serbja fl-ewwel rawnd tal-kwalifikazzjoni, li kienu ġew dro 2-2 barra min darhom u dro ta' mingħajr gowls f'darhom u għalhekk Besa marru fir-rawnd li jmiss minħabba l-gowls li skurjaw barra min darhom. Fit-tieni rawnd tal-kwalifikazzjoni huma tilfu 3–0 fiż-żewġ legs kontra l-Bulgari PFC Litex Lovech. Fl-2008, huma kkwalifikaw għall-Intertoto Cup minħabba li ġew it-tielet post fil-kampjonat tagħhom, filwaqt li ġew dro ta' mingħajr gowls kontra Ethnikos Achna FC u dro ta' 1-1 f'Ċipru u b'hekk reġaw għaddew bir-regola tal-gowls barra min darhom. Fit-tieni rawnd fl-Intertoto cup huma kienu eliminati minn Grasshopper Zürich mill-Iżvizzera.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Lulju 2010

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away
1972–73 UEFA Cup Winners' Cup 1R Danimarka Fremad Amager 0–0 1–1
2R Skozja Hibernian 1–1 1–7
2007–08 UEFA Cup 1RK Serbja FK Bezanija 0–0 2–2
2RK Bulgarija Litex Lovech 1–2 0–3
2008-09 UEFA Intertoto Cup 1R Ċipru Ethnikos Achnas 0–0 1–1
2R Svizzera Grasshopper Club Zürich 0–2 1–2
2010-11 UEFA Europa League 2R Greċja Olympiacos 0–5 1–6

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]