Ignazio Abate
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Ignazio Abate | ||
Twelid | 12 ta' Novembru 1986 Sant'Agata de' Goti | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Milan | ||
Numru | 20 | ||
Klabbs ġovanili | |||
Rescaldina | |||
1999–2004 | Milan | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2003–2007 | Milan | 0 | (0) |
2004–2005 | → Napoli (self) | 29 | (2) |
2005 | → Sampdoria (self) | 0 | (0) |
2005–2006 | → Piacenza (self) | 13 | (0) |
2006–2007 | → Modena (self) | 38 | (1) |
2007–2008 | Empoli | 24 | (1) |
2008–2009 | Torino | 25 | (1) |
2009– | Milan | 115 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2004 | Italja U-18 | 3 | (0) |
2005 | Italja U-19 | 2 | (1) |
2005–2006 | Italja U-20 | 6 | (0) |
2006–2009 | Italja U-21 | 10 | (1) |
2008 | Italja (O) | 8 | (1) |
2011– | Italja | 14 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 22:39, 19 ta' Mejju 2013 |
Ignazio Abate (Sant'Agata de' Goti, 12 ta' Novembru 1986) huwa futboler professjonali Taljan li jilgħab bħala difensur fil-klabb tas-Serie A Milan. Huwa magħruf għall-ġiri tajbin tiegħu mal-linja.
Werrej
Tfajjel[immodifika | immodifika s-sors]
Abate twieled ġewwa Sant'Agata de' Goti, bin tal-eks gowler Taljan Beniamino Abate.[1]
Karriera tal-Klabbs[immodifika | immodifika s-sors]
Bidu[immodifika | immodifika s-sors]
Abate beda jilgħab il-futbol mad-dilettanti Rescaldina, qabel ma ngħaqad man-nursery ta' Milan fl-1999.[2] Matul l-istaġun tal-2003-04, huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn lagħab fil-logħba tal-Coppa Italia kontra s-Sampdoria fit-3 ta' Diċembru. Huwa għamel id-debutt tiegħu fil-Kompetizzjonijiet Ewropej ukoll, f'logħba tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra ċ-Celta Vigo fid-9 ta' Diċembru.[3] F'dik il-logħba huwa kiser ir-rekord bħala l-iżgħar plejer tal-Milan li lagħab fil-UEFA Champions League, meta kien għad kellu 17-il sena u 27 jum.[4]
Żmien ta' self (2004–2007)[immodifika | immodifika s-sors]
Għall-istaġun tal-2004-05 kien ġie imsellef lill-Napoli fis-Serie C1, fejn hu għamel 29 apparenza u skorja 2 gowls. Fis-sajf tal-2005 hu kien lest li jgħaddi l-istaġun ta' wara b'self lis-Sampdoria.[5] Madanakollu, qabel il-bidu attwali tal-kompetizzjonijiet, kien issejjaħ lura u ġie misluf lil Piacenza minflok, għalkemm huwa għamel biss 13-il apparenza fl-ewwel staġun tiegħu tas-Serie B. Fl-istaġuni ta' wara, huwa kiseb aktar suċċess fil-winger taż-żgħażagħ, li għamel 38 apparenza matul il-ħin tas-self ma' Modena.
Debutt fis-Serie A (2007–2009)[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-istaġun tal-2007-08 Abate eventwalment għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A, wara li ġie akkwistat minn Empoli f'forma ta' ko-propjetà, għall-€900,000.[6][7] F'dik is-sena, huwa rnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A, f'logħba kontra Genoa, fis-27 ta' April 2008.[8] Wara r-relegazzjoni ta' Empoli, it-tim ta' Milan xtrah għal €2 miljuni, kif ukoll lil Luca Antonini għal-€2.9M (u biegħu lil Nicola Pozzi u lil Lino Marzoratti għal €4.75M b'total)[9] iżda bagħtuħ ma Torino fi ftehim ta' ko-proprjetà, għall-€2 miljuni.[10][11] Minkejja korriment kmieni, huwa kellu staġun tajjeb, li lagħab 25 logħba u skorja gowl.
Lura ma Milan[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-24 ta' Ġunju, 2009, Milan ħadu lil Abate mill-ġdid u dak iż-żmien kien inkluż fl-iskwadra tat-tim għall-istaġun 2009-10.[12] [13] Wara li serva prinċipalment bħala midfilder riżerv fl-ewwel ftit logħob, ftit tard hu beda jiġi impjegat bħala difesnur mal-linja regolari mill-kowċ ta' Milan, Leonardo. Minħabba l-prestazzjonijiet tajba tiegħu, fil-11 ta' Frar 2010 kien offrut u ffirma estensjoni għal kuntratt tieghu sal-2014.[14][15]
Il-kowċ ġdid Allegri żammu fl-istess pożizzjoni għall-istaġun 2010-11 fejn kien regoli u l-prestazzjonijiet solidi difensivi tiegħu selfu idejn fir-rebħa tat-18-il Scudetto ta' Milan u s-Super Coppa Italiana.
Karriera Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Wara playing fil-livelli varji ta' żgħażagħ fil-futbol internazzjonali, Abate għamel id-dubett mal-U–21 tal-Italja f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Lussemburgu, li qam minn fuq il-bank matul it-tieni taqsima, fit-12 ta' Diċembru 2006.[16]
Mat-tim nazzjonali Olimpiku kkowċjat minn Casiraghi, hu rebaħ it-Toulon Tournament 2008, fejn hu lagħab erba' logħbiet u skorja gowl kontra l-Istati Uniti.[17] Huwa wkoll ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku tal-2008 f'Bejġing.[18]
Huwa mbagħad ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-European U-21 Championship 2009 li kienet miżmuma fl-Iżveżja, li Abate għamel żewġ apparenzi.[19]
Abate għamel l-ewwel debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fil-11 ta' Novembru, 2011, b'rebħa ta' 2–0 kontra l-Polonja f'logħba ta' ħbiberija. Imbagħad kien inkluż fl-iskwadra Taljana għal UEFA Euro 2012. Huwa ngħata n-numru 7 fil-kompetizzjoni, u rċieva l-ewwel bidu tiegħu kontra l-Irlanda. Huwa beda l-kwarti tal-finali f'kunflitt kontra Ingilterra, iżda hu kien sostitut flokk Christian Maggio fid-90 minuta. Huwa kien eskluż mill-bidu tal-XI kontra l-Ġermanja fis-semifinali minħabba korrimenti. Huwa kien magħżul biex jibda t-telfa ta' 4-0 kontra Spanja fil-finali, fejn hu lagħab l-ammont sħiħ tal-ħin.
Statistika[immodifika | immodifika s-sors]
Mis-27 ta' Jannar 2013
1 Tinkludi t-Tazza Interkontinentali, u l-play-offs tas-Serie C1 u s-Supercoppa Italiana |
Mis-16 ta' Ottubru 2012[20]
|
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- Serie A: 2003–04, 2010–11
- Supercoppa Italiana: 2011
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Taljan) Alessandra Bocci, Fedeltà Abate "Niente estero io studio qui", La Gazzetta dello Sport, 22 ta' Settembru 2009.
- ^ (Taljan) Seconda Squadra 2003/2004. Associazione Calcio Milan (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-9 ta' Ottubru 2003)
- ^ (Ingliż) A.C. Milan – Ignazio Abate. Associazione Calcio Milan
- ^ (Ingliż) Milan youngster set for record books, Football Italia, 28 ta' Settembru 2011.
- ^ (Taljan) Abate per la Samp, Union of European Football Associations, 20 ta' Lulju 2005.
- ^ AC Milan Spa 2007 Annual Report (IT)
- ^ (Ingliż) Empoli raid Rossoneri for trio, Union of European Football Associations, 28 ta' Ġunju 2007.
- ^ (Ingliż) Genoa vs. Empoli – 27 April 2008. 27 ta' April 2008
- ^ (Ingliż) A.C. Milan official announcement, Associazione Calcio Milan, 16 ta' Ġunju 2006.
- ^ AC Milan Spa 2008 Annual Report
- ^ (Ingliż) Torino sign Abate, 24 ta' Lulju 2008.
- ^ (Ingliż) A.C. Milan official note. Associazione Calcio Milan, 24 ta' Ġunju 2009
- ^ (Taljan) AC Milan Group 2009 Annual Report. ca. April 2010
- ^ (Ingliż) A.C. Milan official note, Associazione Calcio Milan.
- ^ (Ingliż) Abate and Antonini commit to Milan, Union of European Football Associations, 11 ta' Frar 2010.
- ^ (Taljan) Italia – Lussemburgo. Federazione Italiana Giuoco Calcio, 12 ta' Diċembru 2006
- ^ (Ġermaniż) U-21 Italy – U-21 USA 2:0. 25 ta' Mejju 2008
- ^ (Ingliż) Italy – Squad list. Fédération Internationale de Football Association
- ^ (Ingliż) Italy – Italy Under 21
- ^ (Ingliż) Abate, Ignazio. national-football-teams.com
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Profil fuq il-websajt ta' AC Milan
- (IT) Profil fuq il-websajt tal-AIC
- Profil fuq l-ESPN
- Profil fuq UEFA.com
- (IT) Profile fuq il-websajt tal-FIGC
- (IT) Statistika fuq il-websajt ta' Lega Calcio