Heiko Westermann
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 14 ta' Awwissu 1983 Alzenau, Ġermanja tal-Punent | ||
| Tul | 1.90 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Mixtliet | |||
| 1988–1994 | SG Schimborn | ||
| 1994–1998 | 1. FC Hösbach | ||
| 1998–2000 | FC Bayern Alzenau | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2000–2003 | SpVgg Greuther Fürth II | ||
| 2002–2005 | SpVgg Greuther Fürth | ||
| 2005–2007 | Arminia Bielefeld | ||
| 2007–2010 | Schalke 04 | ||
| 2011–2015 | Hamburger SV | ||
| 2015–2016 | Real Betis | ||
| 2016–2017 | Ajax | ||
| 2017–2018 | Austria Wien | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2003–2004 | Ġermanja U21 | ||
| 2008–2014 | Ġermanja | ||
Heiko Westermann (Alzenau, 14 ta' Awwissu 1983) huwa eks plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala difensur ċentrali.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Westermann beda l-karriera professjonali mal-klabb mis-2. Bundesliga, Greuther Fürth. L-ewwel dehra tiegħu waslet fis-26 ta' Jannar 2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq MSV Duisburg. Fi tliet staġuni mal-klabb hu lagħab total ta' 92 logħba, fejn skorja ħames gowls.
Wara l-istaġun 2004–05, Westermann iffirma mat-tim promoss tal-Bundesliga Arminia Bielefeld. Fl-ewwel staġun tiegħu lagħab f'kull logħba ta' Bielefeld, fosthom 34 logħba tal-kampjonat u ħames partiti tad-DFB-Pokal. Hu baqa' figura regulari mal-klabb għas-sena ta' wara fejn tilef biss logħba waħda.
Fl-2007, Schalke akkwistaw is-servizzi tiegħu għal €2.8 miljun. Westermann iddebutta fl-24 ta' Lulju fil-konfront kontra 1. FC Nuremberg, li rebħuha 4–2 fejn ikkontribwixxa għal gowl. Id-debutt fil-Bundesliga wasal fis-26 ta' Awwissu 2007, bħala sostitut għal Rafinha fit-tielet ġimgħa tal-kampjonat kontra VfL Wolfsburg. Fl-istaġun segwenti hu kien strumentali fil-kampanja ta' Schalke fiċ-Champions League, fejn kien l-uniku plejer (barra l-gowlkiper) li lagħab kull minuta. Bil-kowċ il-ġdid Fred Rutten, għall-istaġun 2008–09 Westermann ġie skjerat ħafna drabi f'nofs il-grawnd.
F'Lulju tal-2010, Westermann iffirma għal €7.5 miljun ma' Hamburg.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Westermann iddebutta mat-tim nazzjonali Ġermaniż fi Frar tal-2008 kontra l-Awstrija (3–0). Hu ġie magħżul fost l-iskwadra Ġermaniża għall-Kampjonati Ewropej 2008. Fit-2 ta' Ġunju 2009, Westermann skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-Ġermanja fir-rebħa ta' 7–2 kontra l-Emirati Għarab Magħquda.
- Punteġġi u r-riżultati tal-Ġermanja qedgħin fil-lista xellugija.
| # | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1. | 6 ta' Settembru 2008 | Rheinpark Stadion, Vaduz, Liechtenstein | 6–0 | 6–0 | Kwal Tazza tad-Dinja 2010 | |
| 2. | 2 ta' Ġunju 2009 | Zayed Sports City Stadium, Abu Dhabi, United Arab Emirates | 1–0 | 7–2 | Logħba ta' ħbiberija | |
| 3. | 7 ta' Settembru 2010 | RheinEnergieStadion, Cologne, Germany | 1–0 | 6–1 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 | |
| 4. | 2 ta' Ġunju 2013 | RFK Stadium, Washington, SU | 1–2 | 3–4 | Logħba ta' ħbiberija |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (DE) Heiko Westermann fuq fussballdaten.de
- Heiko Westermann fuq National-Football-Teams.com