Frank Temile
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Frank Temile | ||
Twelid | 15 ta' Lulju 1990 Lagos | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.73m | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Birkirkara | ||
Klabbs ġovanili | |||
Covenant Lagos | |||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2006–2007 | Shooting Stars | ||
2007–2008 | Valletta | 20 | (10) |
2008 | FC Dynamo Kyiv | 1 | (0) |
2010 | → FC Dynamo-2 Kyiv (self) | 10 | (1) |
2011 | → PFC Olexandria (self) | 1 | (0) |
2012 | → FC Dynamo-2 Kyiv (self) | 3 | (0) |
2013– | Birkirkara | 7 | (2) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 13:28, 30 ta' Ottubru 2013 |
Frank Temile (Lagos, 15 ta' Lulju 1990) huwa futboler Niġerjan li jilgħab bħala attakkant mal-klabb tal-Premier League Malti, Birkirkara.
Werrej
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Covenant Lagos[immodifika | immodifika s-sors]
Huwa twieled ġewwa Lagos, in-Niġerja, Frank Temile beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-indiġeni tiegħu Covenant Lagos.
Shooting Stars[immodifika | immodifika s-sors]
Temile ssieħeb mal-mexxejja tal-Premier League Niġerjan Shooting Stars fejn hu lagħab fl-istaġun 2006–07 mal-klabb.
Valletta[immodifika | immodifika s-sors]
Wara xi wirjiet impressjonanti ma' Shooting Stars, Frank iddeċida li jissieħeb ma' Valletta, fejn kien allokat in-numru 14. Huwa kien magħżul bħala t-tielet barrani li lagħab għal Valletta. Fl-4 ta' Ottubru, 2007, huwa għamel id-debutt tiegħu b'telfa ta' 2-1 kontra Sliema Wanderers.
Fl-ewwel staġun tiegħu (2007–08) huwa skorja 10 gowls, u għenu lill-klabb jirbaħ il-Premier League Malti għall-ewwel darba f'seba' snin. L-impatt tiegħu matul l-ewwel staġun tant kien kbir li huwa kien ġie nnominat għal tliet premjijiet prestiġjużi fil-Premji tal-Futbol Malti. Dawn huma L-Aqwa Attakkant, L-Aktar Plejer Promettenti u L-Aqwa Plejer Barrani.[1][2] Huwa rnexxielu jirbaħ it-tliet premjijiet li kien nominat fihom.[3][4] Huwa rebaħ ukoll il-premju Replay Gala Night Player of the Year, fejn il-plejers lokali vvotawlu.
Fis-26 ta' Mejju, 2008, kien ġie rrapportat li Temile, flimkien mal-aġent tiegħu Henry Ekezie, kienu vvjaġġaw lejn Munich għall-prova ma' klabb Ġermaniż.[5]
Dynamo Kyiv[immodifika | immodifika s-sors]
Temile ssieħeb ma' FC Dynamo Kyiv fis-sajf tal-2008 iżda aktar lagħab għat-tim tar-riżerva FC Dynamo-2 Kyiv.
Birkirkara[immodifika | immodifika s-sors]
Temile ssieħeb ma' Birkirkara fis-suq tat-trasferimenti 2013 b'kuntratt sal-2014.[6]Fis-17 ta' Awwissu 2013, huwa għamel id-debutt tiegħu fil-Premier League Malti ma Birkirkara fejn huwa skorja żewġ gowls kontra Rabat Ajax, il-logħba spiċċat bl-iskor ta' 2-1.
Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]
Temile kien orfni, sfortunatament huwa tilef l-ommu meta kellu tliet snin u lil missieru meta kellu ħdax-il sena. Huwa tmexxa għal Malta meta kellu sittax-il sena fejn kien adottat mill-familja Gauci.[7]
Temile ġej minn familja tal-futbol. Iz-ziju tiegħu, Clement Temile, li huwa missier ta' Iżraeljan internazzjonali Toto Tamuz, kien lagħab diversi logħob għan-Niġerja u ħuh, Omonigho Temile, li lagħab għall-Botev Plovdiv u Valletta.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- Premier League Malti
- Rebbieħ : 2007-08 ma' Valletta FC
Individwali[immodifika | immodifika s-sors]
- Premji tal-Futbol Malti
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Melita Digital Malta Football Awards - Players keen to shine at the Palace. 2008-06-06
- ^ (Malti) Melita Digital Malta Football Awards 2007/08 - The Finalists
- ^ (Malti) Melita Digital Malta Football Awards 2007/08 - The Winners. 2008-06-06
- ^ City starlet steals show. 2008-06-07
- ^ Temile in Germany for trial. 2008-05-26
- ^ Frank Temile signs for the Stripes. 2013-07-06
- ^ Temile thrives in the city. 2007-12-11