Aqbeż għall-kontentut

Arsenal FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn FC Arsenal)
Arsenal FC
Isem sħiħ Arsenal Football Club
Ismijiet oħra The Gunners
Fundazzjoni 1886
Grawnd Emirates Stadium (en) Translate
Proprjetarju Kroenke Sports & Entertainment (en) Translate
President Stan Kroenke (mul) Translate
Chips Keswick (en) Translate
Kowċ Mikel Arteta (mul) Translate
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Arsenal Football Club, magħruf aħjar bħala Arsenal, hu klabb tal-futbol Ingliż, li hu bbażat f'Holloway, fit-Tramuntana ta' Londra. Huma jilgħabu fil-Premier League Ingliż u huma fost l-iktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż. L-Arsenal hu l-aktar tim mill-kapitali Ingliż li rebaħ titli, u t-tielet l-aktar fuq bażi nazzjonali, fejn fost l-oħrajn rebħu tlettax-il titlu tal-Ewwel Diviżjoni u tal-Premier League u għaxar FA Cups.[1]

L-Arsenal kien fundat fl-1886, minkejja li l-ewwel trofej maġġuri waslu fis-snin tletin, b'ħames titli tal-kampjonatu tnejn tal-FA Cup. Wara perjodu kemmxejn imdallam fis-snin ta' wara l-gwerra, huma saru t-tieni klabb tas-seklu 20 li rnexxielu jagħmel id-doppjetta fl-istaġun 1970–71, u matul l-għoxrin sena li segwew huma kien wieħed mill-aktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż.

Il-kuluri tal-klabb kienu tradizzjonalment aħmar u abjad, anke jekk dawn evolvew matul l-istorja. Similarment, il-klabb biddel il-lokazzjoni tagħhom maż-żmien; it-tim kien għall-ewwel fundat f'Woolwich, fix-Xlokk ta' Londra, imma fl-1913 huma mxew lejn it-Tramuntana għall-Arsenal Stadium, f'Highbury. Fl-2006, huma ttrasferixxew lejn l-istadju kurrenti tagħhom, dak tal-Emirates Stadium.

L-Arsenal għandhom bażi kbira ta' partitarji, li jżommu rivalità kbira ma' diversi klabbs oħra; l-aktar waħda prominenti hi dik mal-ġirien tat-Tottenham Hotspur, fejn il-partiti bejniethom huma magħrufin bħala d-derby tat-Tramuntana ta' Londra. Arsenal huma wieħed mill-aktar klabbs sinjuri fil-futbol Ingliż (fejn jiswa aktar minn £600 miljun mill-2007).

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Storja ta' Arsenal FC (1886–1966) u Storja ta' Arsenal FC (1966–preżent).

L-Arsenal kien fundat bħala Dial Square fl-1886 minn ħaddiema tar-Royal Arsenal f'Woolwich, imma ftit wara kienu ġew imsemmija Royal Arsenal. L-isem reġa' tbiddel għal darb'oħra għal Woolwich Arsenal wara li saru professjonisti fl-1891. Il-klabb ingħaqad mal-Football League fl-1893, fejn bdew fit-Tieni Diviżjoni, u kisbu l-ewwel promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni fl-1904. Madanakollu, il-pożizzjoni iżolata tal-klabb irriżultat f'attendenzi iktar baxxi minn ta' klabbs oħra, biex wassal lill-klabb fi problemi finanzjarji u kważi qrib il-falliment fl-1910, meta l-klabb kien akkwistat minn Henry Norris.[2] Norris prova jmexxi lill-klabb x'imkien ieħor, u fl-1913, ftit wara r-relegazzjoni lura lejn it-Tieni Diviżjoni, l-Arsenal imxew lejn l-Arsenal Stadium il-ġdid ġewwa Highbury, fit-Tramuntana ta' Londra; huma neħħew "Woolwich" mill-isem tat-tim fis-sena ta' wara.[3] Fl-1919, minkejja li spiċċaw biss fil-ħames post, l-Arsenal setgħu jerġgħu jingħaqdu mal-Ewwel Diviżjoni għall-ispejjeż tar-rivali lokali tat-Tottenham Hotspur, b'kawża ta' kontroversji fir-regolament.[a]

Il-kaptan ta' Arsenal Patrick Vieira jerfgħa t-trofew tal-Premier League 2003–04.
Il-plejers ta' Arsenal u l-benjamini jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fl-2004.
Il-plejers tal-Arsenal (bi flokkijiet sofor, xellug) flimkien mal-formazzjoni ta' Barcelona qabel il-bidu tal-finali tal-2005–06.

Fl-1925 l-Arsenal innominaw bħala kowċ lil Herbert Chapman li kien diġà rebaħ il-kampjonat ma' Huddersfield Town fiż-żewġ staġuni preċedenti. Ir-rivoluzzjoni teknika-tattika ta' Chapman flimkien mal-akkwisti ta' plejers ta' fama kbira bħal Alex James u Cliff Bastin, wasslu lill-Arsenal għall-perjodu tal-aktar suċċess u ta' dominju fil-futbol Ingliż tas-snin tletin. Taħt il-gwida tiegħu l-Arsenal rebħu l-ewwel trofej maġġuri – FA Cup fl-1929–30 u żewġ kampjonat fl-1930–31 u fl-1932–33. Barra minn hekk, Chapman kien responsabbli tat-tibdil tal-isem tal-istazzjon sotterran lokali ta' Londra, li minn "Gillespie Road Station" sar "Arsenal tube station", fejn b'hekk sar l-uniku stazzjon sotterran li ismu tbiddel minħabba klabb tal-futbol.[6]

Chapman miet f'daqqa waħda b'kawża ta' polmonite, u postu ħaduh Joe Shaw u George Allison. Taħthom, l-Arsenal rebaħ aktar titli (fl-1933–34, fl-1934–35 u fl-1937–38) u FA Cup fl-1935–36. Madanakollu, il-klabb beda bil-mod bil-mod isir aktar debboli mat-tmiem tad-deċennju, meta b'kawża tat-Tieni Gwerra Dinjija ġew sospiżi l-kompetizzjonijiet professjonistiċi kollha tal-Ingilterra.

Wara l-gwerra, taħt il-gwida ta' Tom Whittaker, is-suċċessur ta' Allison, l-Arsenal għadda mit-tieni perjodu ta' suċċessi fejn rebaħ il-kampjonat fl-1947–48 u fl-1952–53, u l-FA Cup fl-1949–50. Madanakollu, wara li l-fortuni tagħhom naqsu, fejn ma kinux qed jattiraw plejers tal-istess kalibru bħal ma kellhom fis-snin tletin, il-klabb ma kiseb l-ewwel trofew bejn is-snin ħamsin u sittin. Anki l-eks-kaptan tal-Ingilterra Billy Wright ma ġab l-ebda suċċess għall-klabb bħala kowċ, meta kien fid-diriġenza bejn l-1962 u l-1966.

L-Arsenal reġa' beda jirbaħ mill-ġdid permezz tal-inkarigu sorprendenti tal-fiżjoterapista Bertie Mee bħala kowċ fl-1966. Wara li tilfu żewġ finali tal-League Cup, l-iskwadra rebħet it-Tazza tal-Fieri, l-ewwel trofew Ewropew, fl-1969–70. Din ir-rebħa waslet ukoll għall-ewwel doppjetta tal-kampjonat u l-FA Cup, fl-1970–71. Imma wara dan il-perjodu favorevoli, kien hemm mument ta' kollass u fid-deċennju suċċessiv l-iskwadra waslet qrib ir-rebħ ta' diversi titli. L-Arsenal ikklassifikaw fit-tieni post tal-Ewwel Diviżjoni fl-1972–73, tilfu tliet finali tal-FA Cup (fl-1971–72, fl-1977–78 u fl-1979–80) u tilfu t-1979–80 wara l-għoti tal-penalties. L-uniku suċċess miksub, li għadu sal-lum ikkunsidrat bħala wieħed klassifiku, kienet l-1978–79 miksuba fl-aħħar minuta kontra l-Manchester United bl-iskor ta' 3–2.[b]

Fl-1986 kien hemm ir-ritorn tal-eks-plejer George Graham bħala kowċ fejn wassal it-tielet perjodu ta' glorja. L-Arsenal rebaħ l-League Cup fl-1987, fl-ewwel staġun taħt il-gwida ta' Graham. Din ir-rebħa kienet segwita minn dik fil-kampjonat fl-1988–89, mirbuħ fl-aħħar minuta tal-aħħar partita tal-istaġun kontra l-arċi-rivali u sfidanti għat-titlu Liverpool. L-Arsenal ta' Graham rebaħ kampjonat ieħor fl-1990–91 (fejn tilfu biss partita waħda), id-doppjetta tal-FA Cup u l-League fl-1993, u t-tieni trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej, fl-1993–94. Imma r-reputazzjoni ta' Graham kienet tħammġet meta kien ġie żvelat li kien aċċetta pagament illegali mill-aġent Rune Hauge biex jixtri ċerti plejers,[8] u b'hekk spiċċa eżonerat fl-1995. Is-sostitut tiegħu, Bruce Rioch, baqa' biss staġun wieħed, fejn ħalla l-iskwadra wara battibekk mal-bord tad-diretturi.[9]

Is-suċċessi tal-klabb tas-snin disgħin u tal-millenju l-ġdid, huma parti minnhom mertu tal-kowċ Arsène Wenger, li wasal fil-klabb fl-1996. Wenger adotta tattika ġdid, reġim ġdid ta' taħriġ u għamel l-akkwist ta' xi plejers barranin li kkomplemtaw mat-talenti Ingliżi li kienu diġà fit-tim. L-Arsenal għamel it-tieni doppjetta ta' tazez fl-1997–98 u t-tielet waħda fl-2001–02. Barra minn hekk it-tim wasal sal-finali tat-Tazza UEFA 1999–2000 (li tilfuha bl-għoti tal-penalties kontra l-Galatasaray), rebaħ l-FA Cup fl-2002–03 u fl-2004–05, u rebaħ il-Premier League fl-2003–04 mingħajr ma jitlef partita waħda, fejn ingħataw il-laqam bħala l-"Invinċibbli";[10] b'kollox, il-klabb lagħab 49 logħba fejn baqgħu mingħajr telfa, fejn dan hu rekord nazzjonali.

Minn mindu Wenger hu kowċ tal-Arsenal, fi tmien snin mill-ħdax taħt id-diriġenza tiegħu, dejjem ikklassifika fl-ewwel jew fit-tieni post fil-klassifika.[11] L-iskwadra hi, flimkien ma' Manchester United, Blackburn u Chelsea, waħda mill-erbgħa timijiet li rnexxielhom jirbħu l-Premier League minn mindu sar il-formazzjoni tiegħu fl-1993, minkejja li huma fallew li jerġgħu jakkwistawh fl-istaġun ta' wara kull darba li kienu ċampjins.[12] sal-2005–06 l-Arsenal qatt ma kienet irnexxielha tisspuera l-kwarti tal-finali taċ-Champpions League: f'din l-eddizjoni huma waslu sal-finali, fejn b'hekk saru l-ewwel tim ta' Londra li waslu sa dan l-istadju, imma kienu megħluba 2–1 minn Barcelona.[13] F'Lulju 2006 il-klabb ittrasferixxa għall-Emirates Stadium, fejn biddel b'hekk l-istadju wara 93 sena f'Highbury.

L-ewwel emblema tal-Arsenal mill-1888
Verżjoni tal-emblema tal-Arsenal użata bejn l-1949 u l-2002

L-ewwel emblema ta' Royal Arsenal, li kienet adottata fl-1888, kienet turi tliet kanuni li jidhru minn fuq u f'pożizzjoni vertikali, simili tal-istemma tal-Borough of Woolwich. Dawn xi kultant jistgħu jkunu mħawda ma' xi ċumniji, imma l-preżenza ta' ras ta' ljun u ta' qampiena fuq kull wieħed minnhom, huma indikazzjoni ċara li huma kanuni.[14] Din l-emblema kienet imneħħiha wara li ttrasferixxew lejn Highbury fl-1913, imma fl-1992, il-klabb adotta l-ewwel emblema b'kanun wieħed, fejn dan kien jipponta lejn il-Lvant, bil-laqam tal-klabb, "The Gunners", miktub fejnu; din l-emblema baqgħet biss sal-1925, meta l-kanun kien imnaqqas fid-daqs u orjentat lejn il-Punent.[14]

Fl-1949 il-klabb inawgura emblema aktar moderna bl-istess stil ta' kanun, bl-isem tat-tim b'karattri gotiċi fuq il-kanun, u roll ta' parċmina fejn fiha nkiteb il-mottu l-ġdid bil-Latin li kien adottat mill-klabb: Victoria Concordia Crescit (ir-rebħa tasal mill-armonija). Għall-ewwel darba, l-emblema kienet bil-kuluri, li varjaw xi ftit matul iż-żmien, fejn finalment saret bl-aħmar, l-aħdar u kulur id-deheb. B'kawża tan-numru ta' reviżjonijiet li saru fuq l-istemma, l-Arsenal ma kienx kapaċi li jagħmlu copyright fuqha. Minkejja li l-klabb irnexxielu jirreġistra l-emblema bħala trejdmark, u ġġieled (u fl-aħħar rebaħ) battalja twila legali ma' kummerċjalist ta' triq lokali li kien ibiegħ prodotti tal-Arsenal li ma kinux uffiċjali,[15] il-klabb staqsa għal protezzjoni legali aktar kompluta. Fl-2002 kienet ġiet introdotta emblema ġdida b'linji kurvi aktar moderni u stil aktar simplifikat, fejn il-kanun kien għal darb'oħra orjentat lejn il-Lvant, l-isem tal-klabb miktub b'karattri topografiċi u l-blu skur kien sostwit mal-aħdar.[16] L-emblema l-ġdida però kkawżat reazzjoni kritika min-naħa tal-partitarji: l-Assoċċazzjoni Indipendenti tal-Benjamini tal-Arsenal akkużaw fil-fatt lill-klabb li injoraw parti kbira tal-istorja u t-tradizzjoni tal-klabb, u li ma kkonsultawx lill-partitarji fuq din il-kwistjoni.[17]

Kuluri soċjali

[immodifika | immodifika s-sors]
Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Il-kuluri oriġinali tal-Arsenal għal-logħob f'darhom. It-tim libes uniformi simili matul l-istaġun 2005–06.

Għal biċċa l-kbir tal-istorja tal-Arsenal, il-kuluri għal-logħob ġewwa darhom kienu flokkijiet ħomor bi kmiem bojod u xorts bojod, minkejja li dawn mhux dejjem kienu hekk. L-għażla tal-aħmar kienet simbolu ta' rikonoxximent għad-donazzjoni tan-Nottingham Forest, ftit wara l-fundazzjoni tal-klabb fl-1886. Tnejn mill-membri fundaturi ta' Dial Square, Fed Beardsley u Morris Bates, kienu plejers tal-Forest, li ttrasferixxew f'Woolwich għax-xogħol. Meta ikkreaw l-ewwel tim f'dik iż-żona, ma kellhom l-ebda forma ta' uniformi, b'hekk Beardsley u Bates kitbu lil familji tagħhom għall-għajnuna, u rċevew uniformi u ballun. Il-flokk kellu sfumatura skura tal-aħmar, u kien milbus ma' xorts bojod u kalzetti blu.[18] Fl-1933 Herbert Chapman ried li l-plejers tiegħu jilbsu aktar distintament u b'hekk immodifika l-uniformi fejn żied kmiem bojod u biddel l-isfumatura tal-aħmar.

Hemm min jgħid li Chapman għamel din l-għażla minħabba li kien inspirat minn partitarju li kien liebes ġersi aħmar mingħajr kmiem fuq flokk abjad; verżjoni oħra tgħid li Chapman kien inspirat minn ħwejjeġ simili milbusin minn Tom Webster, fejn hu kien jilgħab il-golf miegħu.[19] Jekk dawn l-istejjer humiex veri jew le, m'humiex ta' importanza, hekk kif minn dak il-mument l-Arsenal minn dejjem adotta l-flokkijiet ħomor u bojod b'eċċezzjoni ta' żewġ staġuni: fl-1966–67, meta libsu flokkijiet kollha ħomor li milli jidher ma tantx kienu populari mal-partitarji,[18] u fl-2005–06, l-aħħar staġun tal-Arsenal f'Highbury, meta huma rritornaw lejn il-flokkijiet bi sfumatura ħamra, simili ta' dawk milbus fl-1913.

Il-kuluri ta' darhom, inspirat diversi klabbs oħra. Fl-1909, Sparta Prague adottaw uniformi ħamra skura bħal dik milbusa fl-istess epoka mill-Arsenal;[19] fl-1938, Hibernian adottaw id-disinn tal-kmiem tal-Arsenal għall-uniformi ħadra u bajda tagħhom.[20] Fis-snin tletin, il-kowċ ta' Sporting Clube de Braga, wara li kien irritorna minn logħba f'Highbury, iddeċieda li jadotta l-uniformi ħadra tal-iskwadra tiegħu ma' dik tal-"Gunners".[21]

L-Arsenal għadu sal-lum juża' l-istess kuluri. Il-kuluri adottati mill-Arsenal għal-logħob barra minn darhom kienu, tradizzjonalment, l-isfar u l-blu, minkejja li bejn l-1982 u l-1984, kienu ġew milbusa uniformi ta' kulur aħmar u blu skur.[22] Mal-bidu tas-snin disgħin, il-kuluri tal-uniformi għal-logħob barra minn darhom kienu mibdula regolarment. Fost l-aktar sinjifikant hemm: flokk b'żewġ tonalitajiet ta' blu; xi varjanti tal-isfar u l-blu tradizzjonali, pereżempju, l-istrixxi blu skuri fuq deheb mettaliku fl-2001–02; l-isfar u l-griż skur tal-istaġuni 2005–06 e 2006–07.

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Emirates Stadium u Arsenal Stadium.
Veduta minn ġewwa tal-Arsenal Stadium, magħruf aħjar bħala Stadju Highbury
L-Emirates Stadium il-ġdid kif jidher minn barra

Għal parti kbira tal-istorja tal-klabb, l-Arsenal kien jilgħab fix-Xlokk ta' Londra. Lagħab l-ewwel partiti tiegħu f'Manor Ground fi Plumstead, u perjodu ta' tliet snin f'Invicta Ground bejn l-1890 u l-1893. Il-Manor Ground inizzjalment kienet biss għalqa, imma l-klabb installa tribuni u terrazzini fil-ħin biex ikun jista' jilgħab l-ewwel logħba tiegħu fil-Football League f'Settembru 1893. L-istadju kien użat fl-għoxrin sena ta' wara sakemm sar it-trasferiment tal-klabb lejn it-Tramuntana ta' Londra fl-1913. L-istadju suċċessiv tal-Arsenal, l-Arsenal Stadium, magħruf aħjar bħala bħala Highbury, ospita l-logħob intern tal-"Gunners" minn Settembru 1913 sa Mejju 2006.

Il-kostruzzjoni tiegħu kienet fdata f'idejn l-arkitett Archibald Leitch. Kellu disinn komuni ta' ħafna grawnds tal-futbol Brittaniċi, bi tribuna waħda li kienet tgħatti.[23] Fis-snin tletin, l-istadju għadda minn ristruturazzjoni kbira, bil-kostruzzjoni tat-tribuni ġodda tal-Punent u l-Lvant fuq stil art deco u l-bini tas-saqaf tat-terazza tan-North Bank, li aktar tard sofra bumbardament tal-Ewwel Gwerra Dinjija, u ma kienx restawrat qabel l-1956.[23]

Fl-aqwa tiegħu, il-Highbury seta' jospita aktar minn 60,000 spettatur, u kellu kapaċità ta' 57,000 sal-bidu tas-snin disgħin, meta ir-rapport Taylor u r-regolament tal-Premier League kienu nfurzaw lill-klabb biex jikkonverti lil Highbury f'postijiet fejn kulħadd jista' jpoġġi għall-bidu tal-istaġun 1993–94, fejn b'hekk il-kapaċità naqset għal 38,419 spettatur.[24] Din il-kapaċità kellha tonqos iktar matul logħob taċ-Champions League biex jakkomodaw bords pubbliċitarji. B'hekk matul l-istaġuni 1998–99 u 1999–00, Arsenal lagħbu l-logħob interni taċ-Champions League f'Wembley Stadium, li seta' jospita aktar minn 70,000 persuna.[25] Wara li kkunsidraw diversi oppzjonijiet, l-Arsenal iddeċieda fis-sena 2000 li jibni stadju ġdid ta' 60,000 post f'Ashburton Grove, l-Emirates Stadium, madwar 500 metru fil-Lbiċ ta' Highbury.[26]

Għall-bidu l-proġett kien sospiż minħabba spiżi kbar,[27] imma l-kostruzzjoni kienet kompluta f'Lulju 2006, lejn il-bidu tal-istaġun 2006–07. L-istadju jġib l-isem tal-isponsor tiegħu, il-kumpanija tal-ajru Emirates, fejn il-klabb iffirma kuntratt ta' madwar £100 miljun;[28] madanakollu xi partitarji rreferu għall-grawnd bħala Ashburton Grove, jew il-Grove, minħabba li ma aċċettawx l-isem tal-isponsor bħala l-isem tal-istadju wkoll. L-istadju se jkun uffiċċjalment imsejjaħ bħala Emirates Stadium sal-2012 u l-logo tal-kumpanija tal-ajru se jidher fuq il-flokkijiet tal-iskwadri sal-aħħar tal-istaġun 2013–14.[28]

L-Arsenal għandha fost l-ikbar u l-iktar bażi ta' benjamini leali, li ssegwi lit-tim kemm fil-logħob f'darhom u anki barra minn darhom. Fil-fatt, fil-kors tal-istaġun 2007–08, huma rreġistraw it-tieni medja l-aktar għolja ta' spettaturi preżenti fl-istadju għal klabb tal-futbol Ingliż (60,070, ugwali għal 99.5% tal-kapaċità disponibbli fl-istadju)[29] u sal-2006, ir-raba' l-akbar medja ta' kull żmien.[30] Il-benjamini ħafna drabi jsejħu lil xulxin bħala "Gooners", isem li ġej mil-laqam tal-klabb, "The Gunners". Il-lokazzjoni tal-klabb, li tgħaqqad kemm żoni sinjuri bħal Canonbury u Barnsbury, żoni mħalltin bħal Islington, Holloway u Highbury, u żoni industrijali bħal Finsbury Park u Stoke Newington, ifisser li l-benjamini tal-Arsenal huma provenjenti minn klassijiet soċjali diversi. Barra minn hekk, skont rapport tal-2002, il-klabb għandu l-akbar perċentwal (7.7%) ta' partitarji li mhumiex bojod minn kull klabb ieħor tal-futbol Ingliż.[31]

Bħal kull klabb ta' kalibru tal-futbol Ingliż, l-Arsenal għandu numru ta' klabbs subordinati, fosthom il-Klabb Uffiċċjali tal-Benjamini tal-Arsenal, li hu affiljat mal-klabb, u l-Assoċċazzjoni Indipendenti Benjamini Arsenal, li min-naħa l-oħra jżomm linja indipendenti. Hemm ukoll l-Arsenal Supporters' Trust, li tippromovi manifestazzjonijiet bejn il-benjamini. Il-benjamini tal-klabb jippubblikaw ukoll fanzines, jew rivisti, bħal The Gooner, Highbury High, Gunflash u Up The Arse!. Barra mill-korijiet tal-istadju, il-partitarji tal-Arsenal ikantaw "One-Nil to the Arsenal" (fuq ir-ritmu ta' "Go West") u "Boring, Boring Arsenal", li qabel kienet titkanta regolarment minn partitarji avversarji, imma issa saret titkanta ironikament mill-benjamini tal-Arsenal meta t-tim ikun qed jilgħab tajjeb.[32]

Minbarra n-numru kbir ta' benjamini li jinsabu fl-Ingilterra, it-tim Ingliż naqas mid-dipendenza fuq il-ġeografija, hekk kif in-numru ta' benjamini kiber ukoll madwar id-dinja. Il-bażi ta' partitarji kiber internazzjonalment bil-wasla tat-televiżjoni satellitari, u issa hemm ukoll klabbs ta' benjamini barranin subordinati mal-klabb. skont rapport tal-2005 minn Granada Ventures, hu stmat li hemm madwar 27 miljun benjamin tal-Arsenal, li b'hekk jagħmlu t-tielet klabb l-aktar segwit fid-dinja.[33]

L-akbar rivalità profonda u li ilha sejra hi dik kontra l-ġirien tagħhom tat-Tottenham Hotspur. Il-partiti bejn dawn iż-żewġ timijiet huma msejjħin bħala d-derby tat-Tramuntana ta' Londra. Partiti kontra timijiet oħra minn Londra, bħala Chelsea u West Ham United, huma wkoll imħarsa bħala importanti, imma r-rivalità ma' dawn it-timijiet mhix daqshekk kbira kkomparata dik mat-Tottenham. Barra minn hekk, l-Arsenal u l-Manchester United kellhom rivalità kbir li tmur lura lejn l-aħħar tas-snin tmenin, li ntensifikat meta ż-żewġ timijiet kienu jikkompetu għat-titlu tal-Premier League.[34]

L-Arsenal fil-komunità

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1985, l-Arsenal iffundaw proġett għall-komunità, "Arsenal in the Community", li joffri sport, edukazzjoni u proġetti tal-karità.[35] Il-klabb jappoġġja direttament numru ta' kawżi karitabbli u fl-1992 stabilixxa l-grupp "The Arsenal Charitable", li ġabar aktar minn 3 miljun għal każijiet lokali.[36] Barra minn hekk, skwadra eks-professjonistika famuża, mill-1991 bdiet tgħin fil-ġbir ta' fondi għal motivi tajbin.[35]

Arsenal Ladies

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Arsenal Ladies LFC.

L-Arsenal Ladies hi l-iskwadra tal-futbol femminili affiljat ma' dik maskili. Fundata fl-1987, il-klabb sar wieħed semi-professjonista fl-2002 taħt il-gwida ta' Vic Akers, li qabel kien ukoll kowċ tal-klabb prinċipali. L-Arsenal Ladies hi l-iskwadra Ingliża bl-ikbar numru ta' suċċessi fil-futbol femminili; hi attwalment iċ-ċampjin kurrenti tal-Premier League femminili u huma l-unika tim Ingliż li rebħu t-Tazza UEFA femminili fl-istaġun 2006–07.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' kowċis ta' Arsenal FC.

Fuq il-bankina tal-Arsenal kien hemm preżenti tmintax-il kowċ u ħamsa oħrajn li kellhom rwol temporanju, minn mindu l-klabb kien appunta lill-ewwel kowċ professjonista, Thomas Mitchell fl-1862.[37] L-aktar li serva għal żmien twil kien George Allison (1934–1947) waqt li l-aktar wieħed li serva fuq terminu ta' logħob hu l-kowċ preżenti Unai Emery (2018–). Wenger hu wkoll l-uniku kowċ tal-Arsenal li ġej minn barra mir-Renju Unit jew l-Irlanda u hu dak bl-aktar suċċessi fejn għandu perċentwal ta' 57.36% ta' rebħiet (sal-11 ta' Mejju 2008), waqt li Leslie Knighton hu l-inqas wieħed ta' suċċess b'perċentwal ta' 34.46%. Żewġ kowċis tal-Arsenal mietu matul il-karriera tagħhom mal-klabb – Herbert Chapman u Tom Whittaker.[38]

Kompetizzjonijiet domestiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
L-Ewwel Diviżjoni: 7
1930–31, 1932–33, 1933–34, 1934–35, 1937–38, 1947–48, 1952–53, 1970–71, 1988–89
Premier League: 9
1990–91, 1997–98, 2001–02, 2003–04
1929–30, 1935–36, 1949–50, 1970–71, 1978–79, 1992–93, 1997–98, 2001–02, 2002–03, 2004–05
1986–1987, 1992–1993
1930, 1931, 1933, 1934, 1938, 1948, 1953, 1991, 1998, 1999, 2002, 2004

Kompetizzjonijiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
1993–94
1969–70
  1. ^ Kien ġie allegat li l-promozzjoni tal-Arsenal seħħet grazzi għall-azzjonijiet diżonesti min-naħa tal-president tal-Arsenal Henri Norris; ara Storja ta' Arsenal FC (1886–1966) għal aktar dettalji. Dawn id-dikjarazzjonijiet jaqilbu bejn makkinazzjonijiet politiċi u bejn korruzzjoni totali; l-ebda prova ċerta ta' xi ħaġa ħażin ma kienet qatt instabet.[4][5]
  2. ^ Sondaġġ Ingliż tal-2005 fost il-benjamini wera li l-finali tal-FA Cup 1979 kienet il-ħmistax-il l-isbaħ partita ta' kull żmien.[7]
  1. ^ "Club Honours" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-03-18.
  2. ^ Soar, Phil; Tyler, Martin (2005). The Official Illustrated History of Arsenal (bl-Ingliż). Hamlyn. pp. 32–33. ISBN 0-600-61344-5.
  3. ^ Soar, Phil; Tyler, Martin (2005). The Official Illustrated History of Arsenal (bl-Ingliż). p. 40.
  4. ^ Soar, Phil; Tyler, Martin (2005). The Official Illustrated History of Arsenal (bl-Ingliż). p. 40.
  5. ^ Jon Spurling (2004). Rebels for the Cause: The Alternative History of Arsenal Football Club (bl-Ingliż). Mainstream. pp. 38–41. ISBN 0-575-40015-3.
  6. ^ "London Underground and Arsenal present The Final Salute to Highbury" (bl-Ingliż). Transport for London. 2006-01-12. Miġbur 2008-06-30.
  7. ^ Winter, Henry (2005-04-19). "Classic final? More like a classic five minutes" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. Miġbur 2007-01-30.
  8. ^ Graham kien sospiż għal sena mill-Football Association għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskandlu wara li hu stess ammetta li kien irċieva "rigali mhux mistenni" minn Hauge. Referenza: Collins, Roy (2000-03-18). "Rune Hauge, international man of mystery" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2008-06-30. Dan il-każ hu muri aktar fid-dettal fuq: Bower, Tom (2003). Broken Dreams (bl-Ingliż). Simon & Schuster. ISBN 0-7434-4033-1.
  9. ^ "Arsenal - summary of the 1995/96 season". Arseweb.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2008-06-30.
  10. ^ Hughes, Ian (2004-05-15). "Arsenal the Invincibles" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-06-30.
  11. ^ "Arsenal" (bl-Ingliż). Football Club History Database. Miġbur 2008-06-30.
  12. ^ "FA Premier League Champions 1993-2007" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2008-06-30.
  13. ^ "Ronaldinho delivers for Barça" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-01-30. Miġbur 2008-05-23.
  14. ^ a b "The Crest" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-03-02.
  15. ^ Free, Dominic (2003). "Arsenal v. Reed in the Court of Appeal" (bl-Ingliż). Michael Simkins LLP. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-04-08. Miġbur 2008-03-02.
  16. ^ "Arsenal go for a makeover" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-02-01. Miġbur 2008-06-04.
  17. ^ "Crestfallen" (PDF). aisa.org (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2006-11-08. Miġbur 2008-06-04.
  18. ^ a b "Squad Photos Gallery" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-06-04.
  19. ^ a b "Arsenal Kit Design" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-06-04.
  20. ^ "Hibernian" (bl-Ingliż). historicalkits.co.uk. Miġbur 2007-02-01.
  21. ^ "Nicking the shirts off their backs" (bl-Ingliż). The Guardian. 2005-11-23. Miġbur 2008-03-06.
  22. ^ "80s Shirts". Arsenal Shirts (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-05. Miġbur 2008-06-04.
  23. ^ a b "A Conservation Plan for Highbury Stadium, London" (PDF) (bl-Ingliż). Islington Council. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2007-06-20. Miġbur 2008-06-05.
  24. ^ "Highbury" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-06-05.
  25. ^ "Arsenal get Wembley go-ahead" (bl-Ingliż). BBC Sport. 1998-07-24. Miġbur 2008-03-06.
  26. ^ "Arsenal unveil new stadium plans" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2000-11-07. Miġbur 2008-03-06.
  27. ^ "Arsenal stadium delay" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2003-04-16. Miġbur 2008-03-06.
  28. ^ a b "Arsenal name new ground" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-10-05. Miġbur 2008-03-06.
  29. ^ Kempster, Tony. "Attendances 2007/08" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-04-11.
  30. ^ "All Time League Attendance Records". nufc.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-29. Miġbur 2008-04-11.
  31. ^ "Soccer violence declining say fans" (bl-Ingliż). BBC News. 2012-02-27. Miġbur 2008-04-11.
  32. ^ Noble, Kate (2002-09-22). "Boring, Boring Arsenal" (bl-Ingliż). Time. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-24. Miġbur 2008-04-11.
  33. ^ "Arsenal FC - the Premiership's fastest growing football brand" (bl-Ingliż). Granada Ventures. 2005-08-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-04. Miġbur 2008-04-11.
  34. ^ Lappin, Tom (2004-10-23). "Red-hot rivalry, but United and Arsenal won't rely on brute force" (bl-Ingliż). The Scotsman. Miġbur 2008-04-10.
  35. ^ a b "Community Department celebrates 21st birthday!" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-06-19.
  36. ^ "Arsenal Charity Ball raises over £60,000" (bl-Ingliż). Arsenal.com. 2006-05-11. Miġbur 2008-06-19.
  37. ^ "Arsenal Managers" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2008-06-10.
  38. ^ "The Managers" (bl-Ingliż). Arsenal FC. Miġbur 2009-03-13.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]