European Border Breakers Awards


Ta' kull sena, il-European Border Breakers Awards (EBBA)[1] jirrikonoxxu s-suċċess ta' għaxar mużiċisti jew gruppi emerġenti li laħqu udjenzi barra minn pajjiżhom bl-ewwel album tagħhom. Ir-rebbieħa tal-European Border Breakers Award jinkludu lil Adele, Tokio Hotel, The Baseballs, Zaz, Lykke Li, Milow, Katie Melua, Damien Rice, Caro Emerald, Stromae u Mumford & Sons.[2]
Organizzazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.[3] L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.[4]
Imsieħba
[immodifika | immodifika s-sors]- European Broadcasting Union (L-Unjoni tax-Xandir Ewropea) (EBU)[5]
- The European Talent Exchange Program (ETEP) (Il-Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talenti), li jifforma netwerk bejn il-festivals Ewropej tal-mużika popolari, biex b'hekk jiffaċilita l-ibbukkjar ta' gruppi mużikali Ewropej barra minn pajjiżhom.[5] Joffri wkoll tagħrif għall-midja dwar artisti emerġenti Ewropej.[6]
L-għażla tar-rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]L-artisti jew gruppi nnominati għall-European Border Breakers Awards jintgħażlu skont dawn il-kriterji:
- Is-suċċess fl-aħħar sena tal-ewwel xogħol internazzjonali tagħhom fil-pajjiżi Ewropej barra l-pajjiż tagħhom.
- L-ammont ta' drabi li l-istazzjonijiet tar-radju tal-Unjoni tax-Xandir Ewropea idoqqu d-diski tal-artist.
- Is-suċċess tal-artist fil-festivals tal-Ewropa (ETEP) barra minn pajjiżu.[7]
Il-Premju tal-Għażla tal-Poplu
[immodifika | immodifika s-sors]Sa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju "normali".[8] L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.[9]
L-ispettaklu
[immodifika | immodifika s-sors]
Sa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.[8] Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu. Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali. Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.[10] L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.
Tagħrif storiku
[immodifika | immodifika s-sors]Kienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.[3] Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea. Il-European Border Breakers Awards jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.[8]
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]2012
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Elektro Guzzi | Elektro Guzzi | |
| Selah Sue | Selah Sue | |
| Agnes Obel | Philharmonics | |
| Ben l’Oncle Soul | Soulman | |
| Boy | Mutual Friends | |
| James Vincent McMorrow | Early in the Morning | |
| Afrojack | Lost and Found | |
| Alexandra Stan | Saxobeats | |
| Swedish House Mafia | Until One | |
| Anna Calvi | Anna Calvi | |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue
2011
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Aura Dione | Columbine | |
| The Baseballs | Strike | |
| Zaz | ZAZ | |
| Donkeyboy | Caught | |
| Inna | Hot | |
| Saint Lu | Saint Lu | |
| Mumford & Sons | Sigh No More | |
| Miike Snow | Miike Snow | |
| Caro Emerald | Deleted Scenes From The Cutting Room | |
| Stromae | Cheese |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs
2010
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Milow | Milow | |
| Charlie Winston | Hobo | |
| Peter Fox | Stadtaffe | |
| Soap&Skin | Lovetune for Vacuum | |
| Kerli | Love Is Dead | |
| Jenny Wilson | Hardships | |
| Buraka Som Sistema | Black Diamond | |
| Sliimy | Paint Your Face | |
| Esmée Denters | Outta Here | |
| Giusy Ferreri | Gaetana |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow
2009
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Aaron | Artificial Animals Riding on Neverland | |
| Adele | 19 | |
| Alphabeat | Alphabeat | |
| Cinema Bizarre | Final Attraction | |
| The Dø | A Mouthfull | |
| Kraak & Smaak | Boogie Angst | |
| Ida Corr | One | |
| Lykke Li | Youth Novels | |
| The Script | The Script | |
| The Ting Tings | We Started Nothing |
2008
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Reborn | Fools Rush In | |
| Dúné | We are in there, you are out there | |
| Sunrise Avenue | On The Way To Wonderland | |
| Ayo | Joyful | |
| Cascada | Everytime We Touch | |
| Dolores O'Riordan | Are You Listening? | |
| Hemp Gru | Klucz | |
| Miguel Ángel Muñoz | M.A.M. | |
| Basshunter | LOL <(^^)> | |
| The Fratellis | Costello Music |
2007
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Gabriel Ríos | Ghostboy | |
| Tokio Hotel | Schrei | |
| Ilona Mitrecey | Un monde parfait | |
| Elena Paparizou | My Number One | |
| Corinne Bailey Rae | Corinne Bailey Rae | |
| Celtic Woman | Celtic Woman | |
| Vittorio Grigolo | In the Hands of Love | |
| Blog 27 | Lol | |
| José González | Veneer | |
| Beatriz Luengo | Beatriz Luengo |
2006
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Sarah Bettens | Scream | |
| Hush | A Lifetime | |
| Juli | Es ist Juli | |
| Amel Bent | Un jour d'été | |
| KT Tunstall | Eye to the Telescope | |
| Hal | Hal | |
| Arash | Boro Boro | |
| Bebe | Pafuera Telanaras | |
| Heaven Street Seven | Get Out And Walk! |
2005
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| The Raveonettes | Chain gang of love | |
| Wir sind Helden | Die Reklamation | |
| Redrama | Every Day Soundtrack | |
| Corneille | Parce que l'on vient de loin | |
| Katie Melua | Call Off the Search | |
| Damien Rice | O | |
| Benny Benassi | Hypnotica | |
| Myslovitz | Korova Milky Bar | |
| Ana Johnsson | The Way I Am |
2004
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Mużiċist | Album |
|---|---|---|
| Lasgo | Some Things | |
| Saybia | The Second You Sleep | |
| Masterplan | Masterplan | |
| Carla Bruni | Quelqu'un m'a dit | |
| The Darkness | Permission To Land | |
| The Thrills | So Much For The City | |
| Tiziano Ferro | Rosso Relativo | |
| Mariza | Fado Em Mim | |
| Las Ketchup | Hijas del Tomate |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑
- ↑ Subba-cultcha.com, ed. (19-09-2011). "Winners of the 2011 European Border Breakers Awards" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-07. Miġbur 2012-01-31. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 "A guide to music festivals at home and in the EU", Talktoeu.ie. Arkivjat fid-19 ta' Settembru, 2011
- ↑ Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (18-09-2011). "About Eurosonic Noorderslag" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (19-09-2011). "EBBA Awards" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Etep.nl, ed. (19-09-2011). "European Talent Exchange Program" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Europeanborderbreakersawards.eu, ed. (19-09-2011). "Selection criteria" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - 1 2 3 Ec.europa.eu, ed. (19-09-2011). "European Union Award for Contemporary Music" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Encore.celebrityaccess.com, ed. (19-09-2011). "Milow Wins First Public Choice At EBBA!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Nps.nl, ed. (08-01-2011). "Programma" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna)