Emvin Cremona
Emvin Cremona | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 27 Mejju 1919 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | Valletta, 29 Jannar 1987 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur disinjatur tal-bolol tal-posta artist grafiku |
Emanuel Vincent "Emvin" Cremona (27 ta’ Mejju 1919 – 29 ta’ Jannar 1987) kien artist u disinjatur ta’ bolol Malti. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa artisti Maltin tas-seklu 20 [1] Cremona huwa magħruf għall-biċċa l-kbira tal-bolol Maltin tal-Milieda mill-1957 sal-bidu tas-snin tmenin, kif ukoll edizzjonijiet oħra, inkluża l-ħarġa tal-bolol li tfakkar l-indipendenza ta’ Malta mill-Gran Brittanja fl-1964. Studja fl-Iskola ta' l-Arti ta' Malta u fir-Regia Accademia delle Belle Arti f'Ruma. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu jinstabu fil-knejjes parrokkjali tal-Imsida u l-Ħamrun, is-Santwarju Ta' Pinu u l-Kappella tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f’Ġinevra u l-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fihom ukoll pitturi ta’ Cremona. [2] [3]
Emanuel Vincent Cremona – ismu tqassar informalment għal Emvin mit-twelid – twieled il-Belt Valletta fis-27 ta’ Mejju 1919. Fl-1933, żar Ruma għall-ewwel darba u ż-żjara impressjonatu ferm. Sal-1936 attenda l-Iscuola Umberto I għall-edukazzjoni formali tiegħu. Aktar tard attenda l-Iskola tal-Arti, u sab ruħu fi klassi li kienet komposta minn Willie Apap, Anton Inglott, Esprit Barthet, u Victor Diacono. L-għalliema tagħhom kienu Edward Caruana Dingli u Karmenu Mangion, it-tnejn ta’ temperament klassiku mħallat u Romantiku.[4]
Ta’ età żgħira, Cremona kien jipparteċipa fil-wirjiet annwali tal- Malta Amateur Art Association. Fl-1937 ikkompeta għall-borża ta’ studju tal-Gvern, fejn ġie fit-tielet post wara Willie Apap u Anton Inglott. Minkejja dan l-intopp, fortunatament irnexxielu jsib biżżejjed għajnuna finanzjarja biex imur Ruma għal kors ta’ studji fir-Regia Accademia di Belle Arti taħt Carlo Siviero bejn l-1938 u l-1940. F’Ruma tqarreb sew fi ħbiberija profonda ma’ Anton Inglott. Iż-żewġ artisti żgħażagħ kienu għadhom Ruma eżatt qabel ma l-Italja daħlet fil-gwerra fl-1940, iżda reġgħu lura Malta flimkien fuq l-aħħar dgħajsa biex waslu lura pajjiżhom qabel beda t-taħbit fuq Malta.
Fl-1945 huwa rebaħ il-Agnes Schembri Bequest, li ppermettielu jmur Londra u Pariġi biex japprofondixxi l-istudji tiegħu fl-arti. Bejn l-1945 u l-1947 attenda klassijiet fls-Slade School of Fine Arts u aktar tard attenda lezzjonijiet fl-Ecole Superieur de Beaux Arts ta' Pariġi taħt il-professur Jean Dupas. Cremona reġa' lura Malta fl-1948.
Huwa kien fost l-artisti lirrappreżentaw lill-pajjiż fl-ewwel pavaljun Malti fil-Biennale ta’ Venezja fl-1958.
Cremona żżewweġ lil Lilian Gatt u kellu erbat itfal.[5]
Ara ukoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Celebrating the genius of Emvin Cremona". Times of Malta (bl-Ingliż). 2020-01-14. Miġbur 2023-10-23.
- ^ "Emvin Cremona: (1919 – 1987) pittur". schoolnet.gov.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 June 2016.
- ^ Reljic, Teodor (14 September 2016). "The reduced masterpieces of Emvin Cremona". Malta Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 September 2016.
- ^ Agius, Joseph (30 April 2020). "The Maltese artist who broke glass". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2020-05-02.
- ^ Malta: Six Modern Artists. Malta University Services Ltd. 1991. pp. 73–76.